LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 4/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • L-​istazzjon Spazjali Internazzjonali Laboratorju F’orbita
    Stenbaħ!—1999
  • L-​Użu Tas-​Slielem Dawn l-​Affarijiet Tiċċekkjahom għas-​Sigurtà?
    Stenbaħ!—1999
  • Mingħand Il-qarrejja
    Stenbaħ!—1999
  • Ġeħova Jridek Tkun “Qawwi u Sħiħ”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Stenbaħ!—2000
g00 4/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Darba Kien Kriminal Nixtieq nikteb biex nuri l-​apprezzament tiegħi għall-​esperjenza taʼ Enrique Torres, Jr., “Minn Iljun Jgħajjat għal Ħaruf Ġwejjed.” (8 t’Awissu, 1999) Din enfasizzat l-​imħabba u l-​ħniena t’Alla tagħna Jehovah, u kemm hu paċenzjuż magħna. Uriet ukoll li aħna bħala ġenituri qatt m’għandna naqtgħu qalbna minn uliedna, minkejja kemm dawn jistgħu jitbegħdu mil-​livelli t’Alla.

J. F., Ingilterra

Trabbejt bħala Kristjan, imma minħabba sħubija ħażina, spiċċajt involut fid-​droga u l-​vjolenza. Meta kelli 18-il sena, weħilt il-​ħabs għal 25 sena. Għalkemm ġejt aċċettat lura fil-​kongregazzjoni Kristjana, taʼ spiss inħossni li ma jien tajjeb għal xejn. Madankollu, meta qrajt dan l-​artiklu, stajt napprezza li Jehovah m’huwiex ’il bogħod minn dawk li jfittxuh. Għalkemm xorta waħda għadni l-​ħabs, din l-​esperjenza inkuraġġietni biex nibqaʼ sod.

R. B., Stati Uniti

Hummingbirds L-​artiklu “L-​Għasfur li Jbus il-​Fjuri” (8 t’Awissu, 1999) kien verament mill-​aqwa. Qabel ġieli osservajt il-​hummingbirds, imma lanqas qatt ma rrealizzajt li kienu daqshekk żgħar. Permezz tal-​kliem u l-​stampi, qanqaltuli l-​interess f’dawn il-​ħlejjaq affaxxinanti.

R. H., Ġermanja

Bqajt impressjonata bit-​tagħrif u bl-​istampi verament sbieħ. Fl-​istaġun tas-​sajf, il-​hummingbirds taʼ sikwit jiġu fil-​ġnien tiegħi. Verament nieħu gost nosservahom dawn l-​għasafar meraviljużi. Ħafna drabi, li narahom biss ikun biżżejjed biex iqajjimni fuq tiegħi.

C.S.S., Brażil

Sigurtà bis-​Slielem Grazzi għall-​artiklu “L-​Użu tas-​Slielem—Dawn l-​Affarijiet Tiċċekkjahom għas-​Sigurtà?” (8 t’Awissu, 1999) Dan l-​aħħar waqajt minn fuq sellum u, b’riżultat taʼ dan, kelli nagħmel operazzjoni f’irkobbti. Napprezzahom ħafna l-​għaxar suġġerimenti li tajtu u se niftakarhom għal meta nerġaʼ nuża s-​sellum darb’oħra.

D. N., Messiku

L-​Istazzjon Spazjali Għandi 16-il sena, u l-​esplorazzjoni fl-​ispazju minn dejjem affaxxinatni. Għalhekk nixtieq nuri l-​gratitudni tiegħi għall-​artiklu “L-​Istazzjon Spazjali Internazzjonali—Laboratorju f’Orbita.” (8 taʼ Settembru, 1999) Artikli bħal dawn ifissru ħafna għalija!

K. E., Stati Uniti

Intom tfaħħru lil dan l-​istazzjon spazjali mingħajr kritika taʼ xejn. Alla ma inkludiex lil dan il-​proġett bħala parti mill-​pjan tiegħu għall-​bniedem. U l-​ispejjeż li jintefqu biex isir tlugħ spazjali wieħed, meta hemm miljuni taʼ nies imutu bil-​ġuħ, huma xi ħaġa taʼ mistħija. Intom iġġibu għajb lil Alla meta tagħtu glorja lil dawn l-​affarijiet.

P.N.M., Ingilterra

Il-​Bibbja tgħid li “l-​art hu taha lill-​bnedmin.” (Salm 115:16) Madankollu, m’hemm ebda bażi Skritturali li tgħid li hu ħażin li l-​bniedem jieħu interess fl-​ispazju. Tant hu hekk li l-​Bibbja tinkuraġġixxi lil nies taʼ fidi biex josservaw is-​smewwiet ħalli fihom jaraw l-​għerf u l-​qawwa kreattiva t’Alla. (Salm 8:​4, 5 [8:​3, 4, “NW”]; 19:2 [19:​1, “NW”]) Barra minn hekk, ma kinitx l-​intenzjoni tagħna li nagħtu glorja lil dan l-​istazzjon spazjali; aħna sempliċement irrapportajna dwar il-​pjanijiet għall-​bini tiegħu. Jekk l-​istazzjon spazjali jipproduċix riċerka li tiġġustifika l-​ispejjeż kbar li saru fuqu għad irridu naraw iktar ’il quddiem.—ED.

Baqgħu Sodi Minkejja l-​Persekuzzjoni Għadni kif spiċċajt naqra l-​artiklu “Naqdi lil Alla bil-​Mewt maʼ Wiċċi.” (8 taʼ Settembru, 1999) Peress li l-​aħwa fl-​Angola ssaportew għal iktar minn 17-il sena, art li darba kienet spiritwalment ħawlija issa ġiet imbierka bi frott abbundanti!

R. Y., Ġappun

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja