LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 7/8 p. 30
  • Hija l-Evoluzzjoni Loġika?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hija l-Evoluzzjoni Loġika?
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Is-sigriet tal-kolla tal-brimba
    Stenbaħ!—2014
  • Hemm Werqa fl-Għanqbuta!
    Stenbaħ!—2002
  • Il-ħolqien jew l-evoluzzjoni?—It-2 parti: Għala għandek tiddubita l-evoluzzjoni?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Brimba li Tagħmilha taʼ Nemla
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2000
g00 7/8 p. 30

Hija l-​Evoluzzjoni Loġika?

ILLUM, dawk li jappoġġaw it-​teorija taʼ l-​evoluzzjoni jgħidu li din hija fatt. Madankollu, kemm huma loġiċi l-​istqarrijiet li taʼ spiss jagħmlu? Ikkunsidra dan li ġej.

Il-ħarir li jipproduċu l-​brimb huwa wieħed mill-​iktar materjali b’saħħithom li jafu bih. Skond in-​New Scientist, “kull ħajta tistaʼ tiġġebbed daqs 40 fil-​mija tat-​tul tagħha u tiflaħ enerġija mitt darba iktar mill-​ħadid mingħajr ma tinqataʼ.” Kif isir dan il-​ħarir taʼ l-​għaġeb? Likwidu li jdellek, li huwa proteina, jgħaddi minn tubi żgħar ħafna fil-​ġisem tal-​brimba, u l-​likwidu jinbidel f’ħajta solida billi jerġgħu jitranġaw il-​molekuli tal-​proteini fil-​likwidu, tispjega l-​Encyclopædia Britannica.

In-New Scientist jikkonkludi: “Il-​brimba evolviet tekniki li huma bil-​wisq akbar minn dawk taʼ l-​aqwa mgħallem fil-​kimika.” Jistaʼ wieħed jimmaġina kif brimba evolviet teknika taʼ manifattura li tant hija komplikata li l-​bniedem għad irid jifhem kif taħdem?

Artiklu li deher f’The Wall Street Journal, minn Phillip E. Johnson, professur tal-​liġi fl-​Università taʼ Kalifornja, jinnota li evidenza favur l-​evoluzzjoni m’hemmx, imma taʼ spiss jiġri li dawk li jappoġġaw l-​evoluzzjoni jwaqqgħu għaċ-​ċajt lil dawk li jiddubitawha. L-​artiklu jgħid: “It-​teorija taʼ l-​evoluzzjoni qed ikollha problemi serji rigward l-​evidenza—imma dawk li jappoġġawha ma jridux dibattitu onest li jistaʼ jdgħajfilhom il-​mod kif jaħsbuha huma.”

Eżempju ieħor li juri n-​nuqqas taʼ loġika fl-​idea taʼ l-​evoluzzjoni għandu x’jaqsam mal-​pjanti. Xjenzati li għamlu riċerki fil-​Marokk sabu 150 fossila taʼ archaeopteris. The Daily Telegraph taʼ Londra tgħid li l-​archaeopteris huma l-​iktar fossili li nstabu s’issa li jixbhu lill-​ewwel pjanti biż-​żerriegħa, l-​antenati tal-​biċċa l-​kbira tas-​siġar li għandna llum. F’din il-​gazzetta, l-​editur rigward ix-​xjenza ddikjara li din il-​pjanta “għenet biex tifforma d-​dinja moderna billi vvintat il-​weraq u l-​friegħi.” Li “tivvinta” jfisser li “ssawwar permezz tal-​ħsieb.” Huwa loġiku li ngħidu li pjanta kellha l-​abbiltà li taħseb u li tivvinta?

Salamun, wieħed mill-​iktar nies għorrief, iwissina biex ‘nagħrfu naħsbu,’ biex nużaw moħħna. Qatt ma kien daqshekk bżonnjuż li nagħmlu hekk daqskemm hu llum.—Proverbji 5:2, Karm Żammit.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja