LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/14 p. 16
  • Is-sigriet tal-kolla tal-brimba

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-sigriet tal-kolla tal-brimba
  • Stenbaħ!—2014
  • Materjal Simili
  • Hemm Werqa fl-Għanqbuta!
    Stenbaħ!—2002
  • Brimba li Tagħmilha taʼ Nemla
    Stenbaħ!—2002
  • Hija l-Evoluzzjoni Loġika?
    Stenbaħ!—2000
  • Werrej
    Stenbaħ!—2014
Stenbaħ!—2014
g 1/14 p. 16
Brimba tad-​dar qed tinseġ għanqbuta

ĠIET DISINJATA?

Is-​sigriet tal-​kolla tal-​brimba

IL-​BRIMBA tad-​dar Amerikana (Parasteatoda tepidariorum) tipproduċi għanqbuta b’kolla li tistaʼ tkun b’saħħitha biżżejjed biex teħel maʼ ħajt jew dgħajfa biżżejjed biex tinqalaʼ minn mal-​art. B’hekk isservi taʼ nassa bil-​molol biex taqbad priża li ma ttirx. Din il-​brimba kif tipproduċi bħal ankri li huma kemm b’saħħithom u kemm dgħajfin għall-​għanqbuta tagħha b’tip wieħed taʼ kolla?

L-​iscaffolding disc taʼ brimba

Scaffolding tal-​ħarir

Ikkunsidra: Il-​brimba twaħħal l-​għanqbuta maʼ ħajt, saqaf, jew xi ħaġa oħra billi tinseġ irqajjaʼ taʼ ħarir li jwaħħlu ħafna—jissejħu scaffolding discs—u li huma b’saħħithom biżżejjed biex jifilħu l-​impatt taʼ priża ttir. Riċerkaturi fl-​Università taʼ Akron, Ohio, l-​Istati Uniti, skoprew li, mill-​banda l-​oħra, l-​irqajjaʼ tal-​ħarir imqabbdin mal-​art—li jissejħu gumfoot discs—għandhom arkitettura, jew disinn, totalment differenti. B’ħafna inqas postijiet fejn jeħlu milli għandhom l-​iscaffolding discs, il-​gumfoot discs iħallu l-​għanqbuta tinqalaʼ faċilment u kwalunkwe priża li tkun daħlet fiha tinħataf f’daqqa minn mal-​art.

Il-​gumfoot disc taʼ brimba

Gumfoot tal-​ħarir

Skont stqarrija tal-​aħbarijiet mill-​Università taʼ Akron, ir-​riċerkaturi li skoprew din il-​meravilja tan-​natura “diġà qed jaħdmu fuq li jiżviluppaw kolla sintetika li tikkopja l-​istrateġija tad-​disinn intelliġenti li tuża l-​brimba tad-​dar.” Ix-​xjenzjati qed jittamaw li joħolqu kolla li tistaʼ tintuża kemm fil-​faxex u kemm fit-​trattament tal-​ksur fl-​għadam.

Int x’taħseb? L-​abbiltà li l-​brimba tad-​dar tipproduċi bħal ankri li huma kemm b’saħħithom u kemm dgħajfin bl-​istess tip taʼ kolla ġiet bl-​evoluzzjoni? Jew ġiet disinjata?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja