LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 7/8 p. 3
  • Il-Propaganda Tistaʼ Toqtol

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Propaganda Tistaʼ Toqtol
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Nirbħu l-ġlieda tal-moħħ
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
  • L-Informazzjoni Wżata Ħażin
    Stenbaħ!—2000
  • Tkunx Vittma tal-Propaganda!
    Stenbaħ!—2000
  • Irreżisti l-Propaganda taʼ Satana
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 7/8 p. 3

Il-​Propaganda Tistaʼ Toqtol

Gidba tistaʼ tkun laħqet daret nofs id-​dinja waqt li l-​verità tkun għadha qed tilbes iż-​żarbun.​—Jingħad li qalha MARK TWAIN.

“JA BIĊĊA taʼ Lhudi!” għajtet l-​għalliema taʼ l-​iskola maʼ student taʼ sebaʼ snin waqt li lagħbitlu daqqa. Imbagħad qalet lit-​tfal tal-​klassi biex imorru ħdejh f’ringiela wara xulxin u jobżqulu f’wiċċu.

Kemm l-​għalliema kif ukoll l-​istudent, li kien jiġi n-​neputi tagħha, kienu jafu tajjeb li hu u l-​ġenituri tiegħu ma kinux taʼ demm Lhudi. Lanqas it-​twemmin tagħhom ma kien Lhudi. Minflok, kienu Xhieda taʼ Jehovah. L-​għalliema kienet qed tapprofitta ruħha mill-​preġudizzju li ħafna kellhom kontra l-​Lhud, u wżatu biex tkompli tħeġġeġ il-​mibegħda lejn dan l-​istudent. L-​għalliema u l-​klassi tagħha kienu ilhom snin sħaħ jisimgħu lill-​qassis tagħhom jgħidilhom li x-​Xhieda taʼ Jehovah kienu mill-​agħar. Il-​ġenituri tat-​tifel kien hemm min sejħilhom Komunisti u aġenti tas-​CIA (Central Intelligence Agency). Allura sħabu tal-​klassi marru f’ringiela wara xulxin, ħerqanin biex jobżqu f’wiċċ dan il-​“biċċa taʼ Lhudi.”

Dan it-​tifel baqaʼ ħaj biex jirrakkonta dak li ġralu. Imma ma kienx hekk għas-​sitt miljun Lhudi li kienu qed jgħixu fil-​Ġermanja u f’pajjiżi fil-​qrib xi 60 sena ilu. Il-​propaganda krudili serviet biex teqred il-​ħajjiet taʼ dawk il-​Lhud fil-​kmamar tal-​gass u fil-​kampijiet tal-​konċentrament tan-​Nazi. L-​anti-Semitiżmu velenuż verament kien mifrux, profond, u ħadd ma kien jiddubitah. Dan wassal lil ħafna nies biex iqisu lil-​Lhud bħala għedewwa li kellhom jitneħħew min-​nofs mhux biss għax hekk kien hemm bżonn imma għax kienet ħaġa ġusta. F’dan il-​każ, il-​propaganda kienet arma li ntużat biex jinqerdu ħafna u ħafna nies.

Iva, il-​propaganda tistaʼ tintwera fil-​beraħ permezz taʼ l-​użu t’emblemi taʼ mibegħda bħall-​iswastika, jew baxx baxx f’xi ċajta bla sugu. Dawn il-​metodi li tant jirnexxu f’li jipperswadu lil ħaddieħor huma wżati regolarment minn dittaturi, politikanti, membri tal-​kleru, dawk li jagħmlu r-​reklami, negozjanti, ġurnalisti, nies tar-​radju u t-​televixin, aġenti pubbliċitarji, u oħrajn interessati f’li jinfluwenzaw il-​ħsieb u l-​imġiba taʼ ħaddieħor.

M’għandniex xi ngħidu, messaġġi taʼ propaganda jistgħu jintużaw biex jitwettqu affarijiet pożittivi fis-​soċjetà, bħalma jsir f’xi kampanji kontra x-​xorb u s-​sewqan. Imma l-​propaganda tistaʼ tintuża wkoll biex tħeġġeġ il-​mibegħda għall-​minoranzi etniċi u reliġjużi jew biex tħajjar lin-​nies ħalli jixtru s-​sigaretti. Ir-​riċerkaturi Anthony Pratkanis u Elliot Aronson jiġbdulna l-​attenzjoni lejn il-​fatt li ninsabu bombardjati l-​ħin kollu b’metodi taʼ komunikazzjoni li jipprovaw jipperswaduna. Ir-​riċerkaturi jgħidu wkoll li dawn il-​metodi ma jipperswadux lin-​nies f’diskussjonijiet u dibattiti fejn kulħadd jistaʼ jesprimi ruħu, imma billi jieħdu vantaġġ mill-​affarijiet li jolqtuna fil-​ħajja tagħna u mill-​iktar emozzjonijiet bażiċi tagħna bħala bnedmin. Skond ma jkomplu jgħidu r-​riċerkaturi, tajjeb jew ħażin, l-​era tagħna hija era taʼ propaganda.

Il-propaganda kif intużat matul is-​sekli biex teffettwa l-​ħsieb u l-​azzjonijiet tan-​nies? X’tistaʼ tagħmel biex tipproteġi ruħek minn propaganda perikoluża? Hemm minfejn nistgħu niksbu informazzjoni taʼ min joqgħod fuqha? Dawn il-​mistoqsijiet u oħrajn se niddiskutuhom fl-​artikli li jmiss.

[Stampa f’paġna 3]

Il-​propaganda ntużat biex il-​Lhud jisfaw vittmi matul l-​Olokawst

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja