LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 9/8 pp. 8-9
  • Kif Jiġu Segwiti l-Prinċipji Tajbin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Jiġu Segwiti l-Prinċipji Tajbin
  • Stenbaħ!—2000
  • Materjal Simili
  • Il-Prinċipji Tajbin taʼ l-Olimpijadi Jinsabu Fi Kriżi
    Stenbaħ!—2000
  • Minn Olimpja għal Sydney
    Stenbaħ!—2000
  • Werrej
    Stenbaħ!—2000
  • “Fittex Il-Paċi u Iġri Warajha”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 9/8 pp. 8-9

Kif Jiġu Segwiti l-​Prinċipji Tajbin

RIEDA tajba, fratellanza, u paċi fid-​dinja kollha—min ma jfaħħarhomx prinċipji nobbli bħal dawn? Il-Baruni Pierre de Coubertin, dak li reġaʼ ta l-​ħajja lill-​Olimpijadi, kien jemmen li dan il-​logħob kien se jegħleb il-​mibegħda bejn il-​ġnus. Dan kien se jseħħ billi jqanqal rispett kbir lejn min jikkompeti minkejja r-​razza u r-​reliġjon tiegħu, sew jekk ikun raġel u sew jekk mara. Il-​Baruni Pierre de Coubertin kien iħoss li “dinja aħjar setgħu jġibuha biss individwi aħjar.” Imma jistaʼ l-​isport tassew iġib il-​paċi fid-​dinja? Jekk inqisu dak li ġara s’issa, ikollna ngħidu le.

Filwaqt li l-​isport għandu loku, l-​edukazzjoni mill-​Bibbja hija l-​fattur li jġib il-​paċi vera. Tabilħaqq, il-​prinċipji Bibliċi jistgħu jipproduċu “individwi aħjar,” bħalma qal Coubertin. Ikkunsidra ftit skritturi li jekk in-​nies japplikawhom jistaʼ jkollhom il-​paċi, tkun xi tkun in-​nazzjonalità tagħhom.

“Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”—Ġwann 13:35.

“Jekk jistaʼ jkun, sakemm ikun ġej minnkom, għixu fil-​paċi maʼ kulħadd.”—Rumani 12:18.

“Dment li għandna ż-​żmien ħa nagħmlu l-​ġid maʼ kulħadd.”—Galatin 6:10.

“Tagħmlu xejn b’pika taʼ partit, anqas għall-​ftaħir fieragħ; imma kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-​ieħor aħjar minnu.”—Filippin 2:3.

“It-​taħriġ tal-​ġisem ftit jiswa, waqt li t-​tjieba tiswa għal kollox billi fiha għandha l-​wegħda tal-​ħajja taʼ issa u taʼ dik li għad trid tiġi.”—1 Timotju 4:8.

Il-​prinċipji tajbin li jinsabu f’dawn l-​iskritturi veru huma effettivi? Ikkunsidra x’ġara f’Munich, il-​Ġermanja. Fl-​1974, sentejn biss wara, il-​Logħob Olimpiku li sar f’dik il-​belt tħarbat minħabba t-​terroriżmu u l-​qtil. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kellhom konvenzjoni internazzjonali fl-​Istejdjum Olimpiku. Fost dawk li attendew kien hemm gruppi mill-​Greċja u mit-​Turkija—pajjiżi li kienu qed jiġġieldu kontra xulxin. Fil-​fatt, matul dak is-​sajf stess, it-​truppi Griegi u Torok kienu fl-​inkwiet bejniethom minħabba l-​gżira taʼ Ċipru. Kien dan se jeffettwa lill-​Kristjani li kienu qed jattendu din il-​konvenzjoni? Le! Kemm kien iqanqallek qalbek li tara l-​Griegi u t-​Torok jitgħannqu u jsejħu lil xulxin ħija u oħti!

Ix-Xhieda taʼ Jehovah huma magħrufin mad-​dinja kollha bħala wħud li jgawdu relazzjonijiet paċifiċi bejniethom illi m’humiex imfixklin min-​nazzjonalità, mill-​grupp etniku, jew mit-​tribù taʼ dak li jkun. M’għandniex xi ngħidu, ma jippretendux li diġà għandhom unità u kooperazzjoni perfetta mad-​dinja kollha. Bħal kulħadd, huma jridu jaħdmu iebes biex isegwu l-​parir taʼ l-​appostlu Kristjan Pawlu sabiex ‘jinżgħu l-​bniedem il-​qadim bl-​għemil kollu tiegħu, u jilbsu l-​bniedem il-​ġdid.’ (Kolossin 3:9, 10) Madankollu, huma jemmnu ħafna li jekk in-​nies isegwu l-​prinċipji tal-​Bibbja jistgħu ‘jfittxu s-​sliem u jqisu li jiksbuh.’—1 Pietru 3:11.

B’dispjaċir ngħidu li l-​Olimpijadi—minkejja l-​prinċipji sbieħ li kellhom fil-​bidu—kixfu kwalitajiet ħżiena f’ħafna nies. F’kuntrast maʼ dan, il-​Kelma qawwija t’Alla ġġiegħel lin-​nies jiżviluppaw l-​isbaħ kwalitajiet, u ġġib ’il quddiem rieda tajba u paċi internazzjonali.

[Stampi f’paġna 8]

L-​Olimpijadi jġibu ’l quddiem il-​kompetizzjoni

[Sors]

Aus dem Fundus der MÜNCHNER OLYMPIAPARK GMBH, München

[Stampi f’paġna 9]

Il-​Bibbja ġġib ’il quddiem il-​paċi

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja