LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 9/8 pp. 28-29
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Iktar Pajjiż fid-​Dinja li Juża Tabakk
  • Kif Jitneħħa l-​Melħ mill-​Ilma Baħar
  • L-​Adolexxenti u t-​Telefon
  • Aġġornament dwar il-​Ġuħ fid-​Dinja
  • Il-​Kafè u s-​Sustanzi Velenużi
  • Konnessjoni bejn it-​Tensjoni Qawwija u l-​Abbuż tat-​Tfal
  • Basktijiet taʼ l-​Iskola Tqal
  • Il-​Lingwi f’Londra
  • Meta l-​Ġenituri Jkun Jimpurtahom
  • Għala xi Nies Jixbgħu mill-Ħajja
    Stenbaħ!—2001
  • Problema mad-Dinja Kollha
    Stenbaħ!—2001
  • Is-Suwiċidju—L-Epidemija Moħbija
    Stenbaħ!—2000
  • X’Inhu l-Istress?
    Stenbaħ!—2020
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 9/8 pp. 28-29

Ħarsa Lejn id-​Dinja

L-​Iktar Pajjiż fid-​Dinja li Juża Tabakk

Iċ-​Ċina hija “l-​iktar pajjiż fid-​dinja li tipproduċi u tikkonsma tabakk,” jirrapporta The Journal of the American Medical Association. “Mill-​popolazzjoni taʼ 1.2 elf miljun ruħ li hemm fiċ-​Ċina, iktar minn 300 miljun raġel u 20 miljun mara jpejpu.” Tobba mill-​Akkademja Ċiniża tal-​Mediċina Preventiva u l-​Assoċjazzjoni Ċiniża dwar it-​Tipjip u s-​Saħħa, f’Beijing, ngħaqdu maʼ tobba oħra minn pajjiżi tal-​Punent. Huma ppubblikaw ir-​riżultati taʼ stħarriġ li għamlu fil-​pajjiż lil iktar minn 120,000 parteċipant. X’kienet il-​konklużjoni li waslu għaliha? Iċ-​Ċina tinsab fi “stadju bikri t’epidemija tat-​tabakk,” u “li mill-​inqas 50 miljun Ċiniż li qed ipejpu u li llum jinsabu ħajjin huma mistennijin li jmutu qabel il-​waqt.” Ir-​rapport jgħid li l-​età medja tan-​nies fiċ-​Ċina li bdew ipejpu għall-​ewwel darba niżlet bi tliet snin mill-​1984 ’l hawn, u minn 28 sena ġiet għal 25. Ftit nies biss għarfu li t-​tipjip jistaʼ jikkaġuna l-​kanċer fil-​pulmun u l-​mard tal-​qalb.

Kif Jitneħħa l-​Melħ mill-​Ilma Baħar

Il-​gazzetta The Australian tirrapporta li fuq gżira żgħira lejn in-​naħa t’isfel taʼ l-​Awstralja, l-​ilma baħar qiegħed jinbidel f’ilma tajjeb għax-​xorb ġewwa impjant tad-​desalinazzjoni. Għalkemm din m’hijiex xi ħaġa ġdida, ir-​rapport jgħid li t-​teknoloġija li qed tiġi wżata hija pass ’il quddiem għaliex ma tinvolvix l-​użu taʼ sustanzi kimiċi. Biex jiġi provdut ilma għall-​komunità taʼ 400 ruħ f’Penneshaw, fuq il-​Gżira taʼ Kangaroo, “l-​ilma qiegħed jiġi pompjat mill-​oċean u mgħoddi bi pressa qawwija minn ġo rita artifiċjali sabiex jitneħħa l-​melħ. Imbagħad, il-​konċentrat, jew l-​ilma mielaħ, jistaʼ jerġaʼ jintafaʼ lura fil-​baħar mingħajr problemi.” Minkejja li hemm il-​ħsieb li din is-​sistema ġdida tibda tintuża iktar, xorta jibqaʼ l-​fatt li tiswa l-​flus, avolja tiswa inqas mill-​metodi tradizzjonali li qed jintużaw biex jippurifikaw l-​ilma, tgħid il-​gazzetta The Australian.

L-​Adolexxenti u t-​Telefon

L-​adolexxenti huma magħrufin għal kemm jitkellmu fuq it-​telefon. “Huma jduru għat-​telefon meta jkunu ferħanin jew meta ma jkollhomx x’jagħmlu,” tinnota Przyjaciółka, rivista Pollakka li toħroġ kull ġimgħa. Madankollu, ħafna minnhom lanqas biss jagħtu kas kemm idumu jitkellmu fuq it-​telefon jew kemm tiswa telefonata. X’inhi s-​soluzzjoni? Ir-​rivista tissuġġerixxi li l-​persuna żagħżugħa tintalab tħallas għall-​inqas parti mill-​kont tat-​telefon. Tissuġġerixxi wkoll li l-​adolexxenti għandu jintqalilhom li “t-​telefon qiegħed hemm biex jużah kulħadd u li hemm oħrajn li minn żmien għal żmien ikunu jixtiequ jużawh.”

Aġġornament dwar il-​Ġuħ fid-​Dinja

Skond ma jirrapporta State of the World 2000, “l-​Organizzazzjoni Dinjija għas-​Saħħa (WHO) tikkalkula li bejn wieħed u ieħor, nofs il-​popolazzjoni fil-​pajjiżi kollha, kemm sinjuri u kemm fqar, tbati minn xi tip jew ieħor taʼ malnutriment.” Huwa kalkulat li 1.2 elf miljun ruħ fid-​dinja kollha qed ibatu minn nuqqas taʼ ikel sustanzjuż. Barra dawn, jingħad li hemm eluf taʼ miljuni oħra li jbatu minn ‘ġuħ moħbi.’ Dawn huma dawk in-​nies li fid-​dehra jkunu jidhru mitmugħin tajjeb, imma fil-​fatt ma jkunux qed jieħdu biżżejjed vitamini u minerali. L-​Istitut Worldwatch, li jipproduċi r-​rapport annwali State of the World jgħid: “Illum għadha tippersisti l-​idea żbaljata li l-​ġuħ jirriżulta minn skarsezza taʼ ikel . . . Ir-​realtà hija li l-​ġuħ huwa riżultat tad-​deċiżjonijiet li jieħdu l-​bnedmin.” L-​Istitut kompla jgħid li jekk in-​nies ikollhomx biżżejjed x’jieklu jew le ma jiddependix dejjem minn kemm ikun hemm ikel fil-​pajjiż. Xi kultant, din id-​deċiżjoni iktar tiġi effettwata minn ċerti kwistjonijiet, bħalma huma x’tip t’għajxien diċenti għandu jkollhom in-​nies, kif għandhom jitqiesu n-​nisa, u jekk il-​gvernijiet għandhomx jagħtu rendikont lin-​nies tagħhom jew le.

Il-​Kafè u s-​Sustanzi Velenużi

Il-​gazzetta Australian tirrapporta li skond riċerka li saret dan l-​aħħar, il-​kafè jistaʼ jneħħi mill-​ilma tal-​vit “78 sa 90 fil-​mija tal-​metalli tqal imdewba, bħalma huma ċ-​ċomb u r-​ram.” Tkompli tgħid li dan jiġri minħabba li l-​molekuli negattivi jew newtrali fil-​kafè mitħun jiġbdu l-​molekuli pożittivi li jkollhom il-​metalli tqal. Dr. Mike McLaughlin, li jistudja s-​sustanzi kimiċi fid-​dinja taʼ madwarna, qal li iktar ma jkun qawwi l-​kafè, iktar jitneħħew metalli tqal. Saru wkoll esperimenti simili bit-​tè, imma sabu li filwaqt li jneħħi madwar kwart taċ-​ċomb, it-​tè ma tantx jidher li kellu effett fuq ir-​ram.

Konnessjoni bejn it-​Tensjoni Qawwija u l-​Abbuż tat-​Tfal

Skond ma rrapportat il-​gazzetta The Dallas Morning News, dawk in-​nisa li ġew abbużati fiżikament jew sesswalment matul tfulithom jistgħu jibqgħu jbatu għal għomorhom, billi ma jirreaġixxux kif suppost għat-​tensjoni. Riċerkaturi fl-​Università t’Emory f’Atlanta għażlu żewġ gruppi taʼ nisa u qabbduhom jagħmlu biċċa xogħol li toħloq tensjoni. Grupp minnhom kien taʼ nisa li kienu ġew abbużati u l-​ieħor taʼ nisa li qatt ma kienu ġew abbużati. Ir-​riċerkaturi qabblu t-​taħbit tal-​qalb u l-​livelli t’ormoni li għandhom x’jaqsmu mat-​tensjoni, taż-​żewġ gruppi. Huma sabu li dawk li kienu sofrew abbuż fi tfulithom irreaġixxew b’mod differenti għat-​tensjoni, u kellhom iktar taħbit taʼ qalb, u livelli ogħla t’ormoni li għandhom x’jaqsmu mat-​tensjoni. Bħalma qalet il-​gazzetta, ir-​riċerkaturi kkonkludew li dawn in-​nisa setgħu sofrew bidla bijokimika permanenti f’ġisimhom, li teffettwalhom il-​mod kif jirreaġixxu għat-​tensjoni u kif jistgħu jikkontrollawha.

Basktijiet taʼ l-​Iskola Tqal

Studju li sar mill-​Akkademja Amerikana taʼ Kirurgi Ortopediċi wera li hemm konnessjoni qawwija bejn l-​uġigħ li jkollhom it-​tfal f’daharhom u fi spallejhom, u l-​basktijiet tqal li jġorru għall-​iskola. Xi tfal iġorru basktijiet tqal sa 18-il kilo, meta jpoġġu fihom il-​kotba taʼ l-​iskola, xi ħaġa x’jieklu u x’jixorbu, xi strument mużikali u xi tibdila ħwejjeġ ukoll. It-​tobba tat-​tfal iwissu li jekk tfal tal-​primarja kuljum iġorru basktijiet tqal bħal dawn għall-​iskola, huma jistgħu jispiċċaw bi problemi serji f’daharhom, inkluż sinsla tad-​dahar mgħawġa. Xi speċjalisti jissuġġerixxu lill-​kapijiet taʼ l-​iskola u lill-​għalliema li t-​tfal m’għandhomx iġorru basktijiet li jkunu itqal minn 20 fil-​mija tal-​piż tagħhom. Suġġeriment ieħor huwa li l-​basktijiet għandhom jinġarru “fuq ir-​roti, jintrabtu b’ċineg mal-​qadd, u anki jkollhom id-​dahar miksi b’materjal artab,” tirrapporta Excelsior, gazzetta li toħroġ fil-​Belt tal-​Messiku.

Il-​Lingwi f’Londra

It-​tfal taʼ l-​iskola f’Londra, l-​Ingilterra, jitkellmu mill-​inqas bi 307 lingwi, tirrapporta l-​gazzetta taʼ dik il-​belt, The Times. Dr. Philip Baker, wieħed mill-​awturi taʼ l-​ewwel stħarriġ li sar dwar il-​lingwi li jintużaw fil-​mument f’Londra, baqaʼ skantat bil-​varjetà li sab. Hu qal: “Issa nħossuna kważi ċerti li Londra hija l-​iktar belt fid-​dinja li fiha lingwi differenti, saħansitra ħafna iktar minn New York.” In-​numru taʼ 307 ma jinkludix il-​mijiet taʼ djaletti u jistaʼ jkun ħafna akbar minn hekk. Mit-​850,000 tifel u tifla taʼ l-​iskola f’Londra, żewġ terzi biss jitkellmu bl-​Ingliż fid-​dar. L-​akbar gruppi taʼ lingwi barranin ġejjin mis-​sottokontinent Indjan. Hemm mill-​inqas 100 lingwa Afrikana li tintuża. Fi skola waħda biss, l-​istudenti jitkellmu bi 58 lingwa.

Meta l-​Ġenituri Jkun Jimpurtahom

“Ix-​xjenzati issa qed jgħidu li s-​sigriet wara s-​suċċess taʼ tifel huwa li jkollu ġenitur li jimpurtah minn dak li qiegħed jitgħallem—u juri dan bil-​fatti,” tgħid The Toronto Star. Żewġ aġenziji federali, Statistiċi tal-​Kanada u l-​Iżvilupp tar-​Riżorsi Umani fil-​Kanada, ħadmu id f’id biex isegwu l-​iżvilupp u s-​saħħa taʼ 23,000 tifel u tifla Kanadiżi taʼ bejn l-​4 u l-​11-il sena. Dan ix-​xogħol kien ilu sejjer mill-​1994. Mir-​riżultati li ħarġu, il-​biċċa l-​kbira tal-​ġenituri Kanadiżi juru interess kbir fit-​taħriġ taʼ wliedhom, speċjalment meta jkunu għadhom fil-​primarja. Ir-​rapport jgħid li “95 fil-​mija tat-​tfal taʼ bejn l-​10 u l-​11-il sena jgħidu li l-​ġenituri tagħhom dejjem jew kważi dejjem jinkuraġġuhom biex imorru tajjeb fl-​iskola” u li 87 fil-​mija tal-​ġenituri “jaqraw kuljum maʼ wliedhom matul l-​ewwel, it-​tieni u t-​tielet sena skolastika.” Mary Gordon, li torganizza programmi għall-​ġenituri fi ħdan il-​Bord taʼ l-​Iskola Distrettwali f’Toronto, tgħid: “Issa nafu li ma tridx tkun xi sinjur jew taʼ skola biex tkun ġenitur tajjeb imma trid tkun preżenti, attent, u interessat.” Hi tkompli żżid: “Hija l-​edukazzjoni fit-​trobbija li tiżviluppa l-​imħuħ, u dan iseħħ l-​ewwel fid-​dar.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja