LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 11/8 pp. 3-4
  • Saħħa Aħjar—Hemm Xi Direzzjoni Ġdida?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Saħħa Aħjar—Hemm Xi Direzzjoni Ġdida?
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Dak li Ħafna Saru Jfittxu
  • Terapiji Alternattivi—Għala Ħafna Jużawhom
    Stenbaħ!—2000
  • Daqqa t’Għajn Lejn it-Terapiji Alternattivi
    Stenbaħ!—2000
  • Il-Kura li Tagħżel Int
    Stenbaħ!—2000
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Jaċċettaw Kura Medika?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 11/8 pp. 3-4

Saħħa Aħjar—Hemm Xi Direzzjoni Ġdida?

Ftit huma s-​suġġetti li jinteressaw lin-​nies iktar milli jinteressahom is-​suġġett tas-​saħħa. Xi kultant jidher li hemm opinjonijiet daqskemm hemm tobba fil-​qasam tas-​saħħa. Stenbaħ! ma jżomm maʼ l-​ebda waħda minnhom. Minflok, b’din is-​serje t’artikli, qed jipprova jirrapporta dwar iż-​żjieda fl-​użu taʼ kuri li ħafna drabi jissejħu kuri alternattivi. Aħna ma nappoġġawx il-​kuri taʼ saħħa li se niddiskutu dwarhom, jew xi oħrajn. Ħafna tipi taʼ kuri mhux se jissemmew, kemm dawk li huma popolari u kemm dawk li jqajmu kontroversja. Aħna nemmnu li l-​edukazzjoni rigward kwistjonijiet taʼ saħħa ġeneralment tkun utli; id-​deċiżjonijiet rigward kwistjonijiet taʼ saħħa huma persunali għalkollox.

KULĦADD jixtieq ikun f’saħħtu. Imma saħħa tajba ma tinkisibx malajr, kif nistgħu naraw mill-​għadd taʼ nies li jilmentaw dwar saħħithom. Xi wħud jemmnu li hawn iktar nies morda llum milli qatt kien hemm qabel.

Ħafna tobba, li jkunu jridu jgħinu lill-​pazjenti tagħhom jikkumbattu l-​mard, jiddependu ħafna minn mediċini li jiġu żviluppati u reklamati ferm minn kumpaniji li jipproduċu mediċini. Taʼ min jinnota kemm is-​suq dinji taʼ mediċini bħal dawn kiber f’dawn l-​aħħar snin. Fil-​fatt dan żdied minn ftit eluf taʼ miljuni taʼ liri fis-​sena għal mijiet t’eluf taʼ miljuni taʼ liri kull sena. X’kienet waħda mill-​konsegwenzi taʼ dan kollu?

Il-mediċini li jordnaw it-​tobba għenu lil ħafna nies. Madankollu, xi wħud li jieħdu dawn il-​mediċini jew baqgħu fejn kienu jew saħħithom marret għall-​agħar. Għalhekk, dan l-​aħħar xi wħud bdew jużaw metodi oħra taʼ kura medika.

Dak li Ħafna Saru Jfittxu

F’ċerti postijiet, il-​mediċina moderna tas-​soltu ilha tintuża bħala l-​proċedura normali taʼ kura. Iżda issa ħafna qed ifittxu terapiji li saru jissejħu alternattivi, jew li jikkumplimentaw. Ir-​rivista Consumer Reports taʼ Mejju 2000 qalet: “Il-​Ħajt taʼ Berlin li ilu għal ħafna żmien jifred lit-​terapiji alternattivi minn dawk komuni issa donnu qed jiġġarraf.”

Ir-rivista The Journal of the American Medical Association (JAMA), tal-​11 taʼ Novembru, 1998, qalet li t-​terapiji medikali alternattivi ġew imsejħin interventi rigward il-​mod kif jaħdmu, u dawn la huma mgħallmin ħafna fl-​iskejjel tal-​mediċina u lanqas m’huma ġeneralment disponibbli fl-​isptarijiet taʼ l-​Istati Uniti. Din osservat li minkejja dan kollu t-​terapiji alternattivi qed jingħataw iktar attenzjoni nazzjonali mill-​medja, il-​komunità medika, l-​aġenziji tal-​gvern, u l-​pubbliku.

Madankollu, il-​Journal of Managed Care Pharmacy nnota kif kienu mexjin l-​affarijiet dan l-​aħħar u fl-​1997 spjega li fl-​imgħoddi t-​tobba li kienu jipprovdu kura medika tradizzjonali ma kinux jemmnu fil-​kura alternattiva. Imma dan kompla jinnota li issa hemm 27 skola tal-​mediċina fl-​Istati Uniti (u issa rapport iktar reċenti jgħid 75 skola) li joffru, għal min irid, kors fuq il-​mediċina alternattiva, inkluż l-​universitajiet taʼ Harvard, Stanford, Arizona, u Yale.

Il-JAMA nnotat dak li qed jagħmlu ħafna pazjenti biex jipprovaw itejbu saħħithom. Din irrapportat: “Fl-​1990, ġie stmat li 1 (19.9%) minn kull 5 individwi li kienu qed imorru għand tabib mediku għal xi kundizzjoni prinċipali kien ukoll qed juża terapija alternattiva. Dan il-​persentaġġ żdied għal kważi 1 (31.8%) minn kull 3 fl-​1997.” L-​artiklu osserva wkoll: “L-​istħarriġ nazzjonali li sar barra l-​Istati Uniti jissuġġerixxi li l-​mediċina alternattiva hija popolari madwar id-​dinja industrijalizzata kollha.”

Skond il-​JAMA, il-​proporzjon tal-​popolazzjoni li dan l-​aħħar użat kura alternattiva f’perijodu taʼ tnax-il xahar kien taʼ 15 fil-​mija fil-​Kanada, 33 fil-​mija fil-​Finlandja, u 49 fil-​mija fl-​Awstralja. Il-​JAMA ammettiet li huwa taʼ min jinnotah kemm it-​terapija alternattiva qed ifittxuha nies. Dan huwa minnu b’mod speċjali meta tqis il-​fatt li t-​terapiji alternattivi rari jkunu mdaħħlin fil-​benefiċċji taʼ l-​assigurazzjoni. Għalhekk l-​artiklu fil-​JAMA kkonkluda li l-​proporzjon taʼ kemm nies qed jużaw terapiji alternattivi x’aktarx li se jkun ħafna iktar kieku fil-​futur l-​assigurazzjoni kellha tkopri dawn it-​terapiji.

F’ħafna pajjiżi, in-​nies ilhom imdorrijin iħalltu terapiji alternattivi flimkien maʼ dawk tradizzjonali. It-​Tabib Peter Fisher, mir-​Royal London Homeopathic Hospital, innota li l-​forom prinċipali tal-​mediċina alternattiva “tistaʼ tgħid li saru tradizzjonali f’ħafna postijiet. M’għadx hemm iktar żewġ tipi taʼ mediċina, ortodossa u li tikkumplimenta,” sostna hu. Hu qal li hemm biss jew mod tajjeb jew mod ħażin taʼ kura.

B’hekk ħafna nies professjonali fil-​mediċina qed jagħrfu l-​valur kemm tal-​mediċina ortodossa jew tradizzjonali u kemm tat-​terapiji alternattivi. Flok ma jinsistu li l-​pazjenti jridu jagħżlu bejn tip taʼ kura jew oħra, huma jagħtuhom il-​parir li jieħdu vantaġġ minn kulma huwa taʼ ġid għall-​pazjenti stess mid-​diversi għamliet taʼ terapija li jistgħu jfejquhom.

X’inhuma ftit mill-​metodi wżati għall-​fejqan u li jissejħu mediċina alternattiva, jew li tikkumplimenta? Meta bdew jintużaw xi wħud minnhom u fejn? U għala hemm ħafna nies li qed jużawhom?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja