LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g00 12/8 pp. 10-12
  • Is-Soluzzjoni sa fl-Aħħar!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Soluzzjoni sa fl-Aħħar!
  • Stenbaħ!—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ġenituri Jistgħu Jipprovdu Parti mis-​Soluzzjoni
  • Gvern Divin Se Jipprovdi s-​Soluzzjoni Sħiħa
  • It-Tfal Jistħoqqilhom li Jħossuhom Mixtiqin u Maħbubin
    Stenbaħ!—2000
  • Ħarreġ lit-​Tfal Tiegħek mill-​Infanzja
    Is-Sigriet taʼ l-Hena fil-Familja
  • Għallem lil Uliedek Iħobbu lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ġenituri, Ipprovdu għall-Bżonnijiet tal-Familja Tagħkom
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2000
g00 12/8 pp. 10-12

Is-​Soluzzjoni sa fl-​Aħħar!

IMMAĠINA dinja li fiha t-​tfal kollha jkollhom min iridhom u jħobbhom tassew, u jkunu mberkin b’ġenituri li jimpurtahom minnhom u jħobbuhom u li sinċerament ikunu jixtiequ jipprovdu l-​aħjar gwida u direzzjoni għal uliedhom. Immaġina dinja fejn it-​tfal kollha jkunu f’saħħithom fiżikament u mentalment, fejn imkien ma ssib tfal jiġġerrew mat-​toroq, u fejn it-​tfal ma jkunux għadhom jiġu mċaħħdin mit-​tfulija minħabba l-​bżonn ekonomiku li jaħdmu!

Sabiħa? Dażgur. Hija possibbli? Ix-​Xhieda taʼ Jehovah hekk jaħsbu, u dan jagħmluh għal żewġ raġunijiet.

Il-​Ġenituri Jistgħu Jipprovdu Parti mis-​Soluzzjoni

Int bla dubju taqbel li l-​kbar tassew jistgħu jsolvu—u xi kultant anki jistgħu jevitaw—xi wħud mill-​problemi tat-​tfal. M’għandniex xi ngħidu, dan iseħħ sakemm ikunu lesti li jagħmlu hekk. Iva, il-​ġenituri nfushom kapaċi jsolvu parti mill-​problema.

Per eżempju, jekk il-​kbar ikunu jistgħu jsegwu l-​parir tal-​Bibbja li “l-​mara ma għandhiex tħalli lil żewġha . . . u r-​raġel ma għandux jitlaq lil martu,” dawn ma jkollhomx tfal li jbatu minħabba li jgħixu f’familja mifruda bis-​separazzjoni jew id-​divorzju.—1 Korintin 7:10, 11.

Jekk il-​kbar ikunu lesti li jsegwu l-​parir tal-​Bibbja li ‘jgħixu kif jixraq, . . . mhux bl-​ikel iż-​żejjed u s-​sokor,’ ma jkollhomx tfal li jbatu minħabba l-​inkwiet li jinqalaʼ jekk il-​ġenituri jkunu sakranazzi jew jiddependu mid-​drogi.—Rumani 13:13; Efesin 5:18.

Jekk il-​kbar ikunu lesti li jsegwu l-​parir tal-​Bibbja li ‘jitbegħdu miż-​żína’ se jkun hemm inqas riskju li wliedhom jikbru u jħossu li ħadd ma jridhom, forsi f’xi familja b’ġenitur wieħed.—1 Tessalonikin 4:3; Mattew 19:9, Karm Żammit.

Jekk il-​kbar isegwu l-​parir tal-​Bibbja, “La ddejjqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom,” u li ‘jħobbu lil uliedhom’ mhux se jkollhom tfal li jġarrbu wġigħ fiżiku jew mentali minħabba l-​abbuż fil-​forom kollha tiegħu.—Kolossin 3:21; Titu 2:4.

Fi ftit kliem, jekk il-​kbar kollha jkunu lesti li jsegwu l-​parir tal-​Bibbja li ta Ġesù, “Mela dak kollu li tridu li l-​bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom,” se jkun hemm miljuni taʼ tfal li jħossu li ħadd ma jridhom jew iħobbhom?—Mattew 7:12.

B’ferħ, hemm ħafna kbar li huma lesti li jagħmlu dan kollu li semmejna hawn fuq. Imma b’dispjaċir ngħidu li mhux kollha lesti li jagħmlu hekk, u dik hi l-​problema. U anki dawk li huma lesti li jagħmlu dan, isibu li l-​isforzi tagħhom taʼ spiss jiġu mfixklin mill-​imperfezzjoni umana u mill-​affarijiet li m’għandhomx kontroll fuqhom. Il-​bnedmin jistgħu jipprovdu parti mis-​soluzzjoni għall-​problemi tat-​tfal, imma jidher ċar li ma jistgħux jipprovdu soluzzjoni sħiħa.

Gvern Divin Se Jipprovdi s-​Soluzzjoni Sħiħa

Il-​kittieb John Ruskin, li semmejna fl-​artiklu taʼ qabel, kien jemmen fis-​sod li l-​ewwel dmir taʼ Stat hu li jara li t-​tfal kollha li jitwieldu fih ikollhom post xieraq fejn joqogħdu, ikunu mlibbsin, mitmugħin, u edukati sew, sakemm jikbru u jilħqu l-​età tagħhom. Madankollu, Ruskin ammetta li “sabiex [iwettaq] dan, il-​Gvern irid ikollu dik l-​awtorità fuq in-​nies li aħna issa lanqas biss noħolmu biha.”

Gvern li għandu appoġġ divin biss jistaʼ jkollu l-​awtorità ħelwa li tkellem dwarha Ruskin. U fil-​fatt gvern bħal dan ġie mwiegħed—dak li Ġesù semma f’Mattew 6:9, 10. Ladarba dan il-​gvern li għamlu Alla jibda jikkontrolla għalkollox l-​affarijiet taʼ l-​art, se juri l-​awtorità tiegħu fuq il-​popli kollha​—billi jipprovdi djar, ilbies, ikel, u edukazzjoni lis-​sudditi kollha tiegħu, inkluż it-​tfal. (Isaija 65:17-25) Imma dan il-​gvern perfett se jagħmel iżjed minn hekk.

Is-Saltna t’Alla se terġaʼ ġġib il-​bnedmin fi stat perfett, u b’hekk dawn ikunu jistgħu jrabbu lit-​tfal f’bilanċ perfett. (Ġob 33:24-26) It-​tfal se jitrabbew fi spirtu taʼ paċi u fratellanza universali, skond l-​ideali li huma mniżżlin fid-​Dikjarazzjoni tal-​Ġnus Magħquda għad-​Drittijiet tat-​Tfal. (Salm 46:9, 10 [46:8, 9, NW]) Qatt iktar m’hu se jkun hemm il-​bżonn taʼ Sena Internazzjonali tat-​Tfal jew taʼ xi Konvenzjoni tad-​Drittijiet tat-​Tfal.

Għal Ġesù Kristu, is-​Sultan taʼ dan il-​gvern tas-​sema, se jkun faċli ħafna li jerġaʼ jagħti saħħa perfetta lill-​ġenituri u lit-​tfal li jkollhom xi diżabilità. Il-​mirakli taʼ fejqan li għamel waqt li kien fl-​art huma garanzija taʼ dan. (Luqa 6:17-19; Ġwann 5:3-9; 9:1-7) Hu saħansitra se jkun kapaċi jirxoxta lil tfal mejtin u lil ġenituri mejtin!—Mattew 9:​18-​25.

X’ferħ li nkunu nafu li l-​waqt t’Alla biex jaġixxi għan-​nom tat-​tfal fuq din l-​art huwa fil-​qrib!

[Kaxxa/Stampi f’paġna 12]

Għajnuna għaż-​Żgħażagħ

Ix-​Xhieda taʼ Jehovah huma interessati ferm kemm f’li jgħinu liż-​żgħażagħ jevitaw il-​problemi u kemm li juruhom l-​aħjar mod biex ikampaw mal-​problemi li ma jistgħux jevitaw. Għalhekk matul is-​snin huma ppubblikaw għadd t’għajnuniet li l-​iskop tagħhom hu li jissodisfaw il-​bżonnijiet taż-​żgħar—minn tfal li għadhom ma jmorrux l-​iskola sa adolexxenti. Fost dawn il-​pubblikazzjonijiet hemm il-​kotba Il-​Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-​Bibbja u Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-​Mistoqsijiet Tagħhom, kif ukoll il-​vidjo li jismu Young People Ask—How Can I Make Real Friends? Dawn jistgħu jinkisbu mingħand ix-​Xhieda taʼ Jehovah li jgħixu fil-​lokalità tiegħek jew billi tikteb lill-​pubblikaturi taʼ din ir-​rivista.

Lil uliedhom stess, ix-​Xhieda taʼ Jehovah juruhom li huma mixtiqin u maħbubin billi jiddiskutu magħhom regolarment dwar il-​problemi tagħhom. Il-​ġenituri taʼ spiss jużaw il-​materjal mill-​aqwa li jinstab fil-​pubblikazzjonijiet li semmejna hawn fuq. Dawn jużawh bħala l-​bażi taʼ programm progressiv u regulari biex iħarrġu liż-​żgħażagħ tagħhom. Forsi int tixtieq tuża metodu simili mat-​tfal tiegħek.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja