LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g01 1/8 pp. 26-27
  • Jagħmel Differenza X’Kura Medika Tagħżel?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jagħmel Differenza X’Kura Medika Tagħżel?
  • Stenbaħ!—2001
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Gwidi Skritturali
  • Qis il-​Mixi Tiegħek
  • Kun Realistiku u Raġunevoli
  • Ix-Xhieda taʼ Ġeħova Jaċċettaw Kura Medika?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Jista’ Kristjan Jaċċetta Kura Medika?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Ix-Xhieda ta’ Ġeħova Jaċċettaw Kura Medika?
    Mistoqsijiet Komuni dwar ix-Xhieda taʼ Ġeħova
  • Ipprepara Issa għal Emerġenza Medika
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2001
g01 1/8 pp. 26-27

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Jagħmel Differenza X’Kura Medika Tagħżel?

IL-​MARD, il-​ħsara, u l-​problemi taʼ saħħa saru komuni ħafna fost il-​bnedmin. Dawn l-​affarijiet ineħħu l-​kuntentizza u ħafna wħud ifittxu serħan permezz taʼ kura medika. Ġesù Kristu għaraf li t-​tfittxija għall-​kura tiswa għal xi ħaġa, għax qal li “mhux dawk li huma f’saħħithom għandhom bżonn it-​tabib, iżda l-​morda.”—Luqa 5:31.

Luqa, il-​kittieb Bibliku li niżżel dan il-​kliem, kien tabib hu nnifsu. (Kolossin 4:14) Jistaʼ jkun li Pawlu bbenefika mill-​pariri mediċi u esperti taʼ Luqa matul il-​vjaġġi tagħhom flimkien. Imma l-​Iskrittura tipprovdi xi gwida dwar liema forom taʼ kura medika huma aċċettabbli għall-​Kristjani? Jagħmel differenza x’kura medika tagħżel?

Gwidi Skritturali

Il-​Bibbja tistaʼ tiggwida lil dak li jkun biex jagħmel deċiżjonijiet għaqlin fejn għandha x’taqsam il-​kura medika. Per eżempju, Dewteronomju 18:​10-12 jagħmilha ċara li Alla ‘jistkerrahhom’ prattiċi bħalma huma t-​teħbir u l-​maġija. Il-​prattika tas-​“seħer” li Pawlu wissiena kontriha kienet tinkludi dawn l-​atti projbiti. (Galatin 5:​19-21) B’hekk, il-​Kristjani veri jevitaw kwalunkwe proċedura dijanjostika jew terapewtika li b’mod ċar tinvolvi l-​ispiritiżmu.

Il-Bibbja tirrivela wkoll kemm il-​Ħallieq jistma l-​qdusija tal-​ħajja u d-​demm. (Ġenesi 9:​3, 4) Ladarba x-​Xhieda taʼ Jehovah huma determinati li jobdu l-​kmand biex ‘jitbegħdu mid-​demm,’ huma joġġezzjonaw għal proċeduri mediċi li jmorru kontra l-​kmand tal-​Bibbja li nitbegħdu mid-​demm. (Atti 15:28, 29) Dan ma jfissirx li huma jirrifjutaw kull kura medika. Għall-​kuntrarju, huma jfittxu l-​aħjar kura possibbli għalihom u għal uliedhom. Madankollu, huma jitolbu lil nies professjonali involuti fil-​qasam tas-​saħħa biex jipprovdulhom kura li ma tmurx kontra t-​twemmin reliġjuż tagħhom.

Qis il-​Mixi Tiegħek

Is-​Sultan Salamun wissa li “min moħħu dgħajjef jemmen kollox, iżda min jilħaqlu jqis il-​mixi tiegħu.” (Qwiel 14:​15, Saydon) Dak li jkun għandu “jqis il-​mixi tiegħu,” anki meta xi deċiżjoni medika ma tmurx direttament kontra l-​prinċipji Bibliċi. Mhux il-​forom kollha taʼ kura medika huma t’għajnuna. Meta Ġesù qal li ‘l-​morda għandhom bżonn tabib,’ huwa ovvju li ma kienx qed japprova l-​kuri mediċi kollha li kien hemm disponibbli fi żmienu. Hu kien jaf li xi forom taʼ prattiċi mediċi kienu bbażati fuq loġika valida u xi oħrajn kienu bbażati fuq ideat foloz.a

Bl-​istess mod illum, xi kuri jistgħu jkunu għalxejn, jew saħansitra intenzjonati biex jidħqu b’dak li jkun. Jekk individwu juri nuqqas t’għaqal jistaʼ jidħol f’riskji bla bżonn. Taʼ min jgħid ukoll li ċerta kura li tkun t’għajnuna għal xi ħadd tistaʼ ma tkunx effettiva fuq ħaddieħor, jew saħansitra tagħmillu l-​ħsara. Meta jiffaċċja deċiżjoni medika, individwu għaqli jiżen l-​għażliet li għandu bil-​għaqal minflok ma “jemmen kollox,” anki meta jirċievi pariri mingħand ħbieb b’intenzjoni tajba. Individwu bħal dan juri “moħħ f’loku” billi jfittex tagħrif taʼ min joqgħod fuqu sabiex ikun f’qagħda li jagħmel għażla informata.—Titu 2:​12, NW.

Kun Realistiku u Raġunevoli

Huwa xieraq li taħseb dwar il-​qagħda taʼ saħħtek. Jekk turi tħassib bilanċjat dwar saħħtek tkun qed turi l-​apprezzament lejn ir-​rigal tal-​ħajja u s-​Sors divin tiegħu. (Salm 36:10 [36:​9, NW]) Għalkemm il-​Kristjani jirsistu biex isibu kura medika xierqa, huma għandhom ikunu bilanċjati fejn tidħol is-​saħħa. Per eżempju, jekk individwu li jinsab relattivament f’saħħtu jsir ossessjonat bis-​saħħa u l-​qagħda fiżika, dan jistaʼ jwasslu biex ma jibqax ‘jagħraf jagħżel l-​aħjar.’—Filippin 1:10; 2:​3, 4.

Fi żmien Ġesù kien hemm mara marida serjament li kienet “nefqet kull ma kellha” għand it-​tobba biex issib kura għall-​marda li kienet ilha tbati biha. X’kien ir-​riżultat? Minflok ma fieqet, hi marret għall-​agħar, u dan żgur li keddha iktar. (Mark 5:​25, 26) Hi għamlet dak kollu li setgħet biex issib serħan, imma kien kollu għalxejn. L-​esperjenza tagħha turi kemm kienet limitata x-​xjenza medika fi żmienha. Anki llum, minkejja l-​avvanzi li saru fir-​riċerka u t-​teknoloġija medika, ħafna nies isibu ruħhom f’sitwazzjoni simili. Għalhekk huwa importanti li jkollna ħarsa realistika taʼ x’inhi kapaċi twettaq ix-​xjenza medika. Saħħa perfetta m’hijiex xi ħaġa li tistaʼ tinkiseb fil-​preżent. Il-​Kristjani jagħrfu li l-​waqt t’Alla biex ‘idewwi l-​ġnus’ għad irid iseħħ fil-​futur. (Apokalissi 22:​1, 2) Għaldaqstant, irridu niżviluppaw ħarsa bilanċjata fejn tidħol il-​kura medika.—Filippin 4:​5, NW.

Huwa ċar mela li jagħmel differenza x’għażla nagħmlu. Għaldaqstant, meta niffaċċjaw deċiżjonijiet rigward kura medika, l-​għażla tagħna għandha tirrifletti żewġ affarijiet, jiġifieri x-​xewqa li għandna li nkunu f’saħħitna, kif ukoll ix-​xewqa li nibqgħu ngawdu relazzjoni b’saħħitha m’Alla. Jekk nagħmlu hekk, nistgħu nkomplu nħarsu ’l quddiem b’fiduċja għal meta titwettaq il-​wegħda taʼ Jehovah li fid-​dinja l-​ġdida tant glorjuża li ġejja, “ħadd minn min jgħammar hemm ma jgħid: ‘Jien marid.’”​—Isaija 33:24.

[Nota taʼ taħt]

a Per eżempju, fl-​enċiklopedija taʼ l-​ewwel seklu minn Dijoskoride, rimedju li kien jintqal li huwa tajjeb għas-​suffejra kien li wieħed jixrob taħlita magħmula mill-​inbid u d-​demel tal-​mogħoż! M’għandniex xi ngħidu, aħna issa nafu li x’aktarx li riċetta bħal din kienet iktar iżżidlu wġigħ lil dak li jkun.

[Stampa f’paġna 26]

“It-​Tabib,” 1891, minn Sir Luke Fildes

[Sors]

Tate Gallery, London/Art Resource, NY

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja