Ejja u Ismaʼ t-Taħdita Pubblika bla Ħlas
“Min qed jgħallem il-verità lill-ġnus kollha?”
Isqof darba sostna: “Il-verità assoluta ma jistaʼ jkun jafha ħadd minna.” Hija din il-ħarsa xierqa? Jew jeżisti sors taʼ verità assoluta? Huwa possibbli li xi darba għad jiġi żmien meta kulħadd jibda jitkellem il-verità?
It-taħdita t’hawn fuq se tingħata bħala t-taħdita prinċipali fil-Konvenzjoni Distrettwali tax-Xhieda taʼ Jehovah f’Malta. Din il-konvenzjoni taʼ tlett ijiem se jkun jisimha “Għalliema tal-Kelma t’Alla.” Il-programm se jiġi preżentat bl-Ingliż u bil-Malti. Din it-tema t’hawn fuq se tkun enfasizzata f’iktar minn 2,000 konvenzjoni oħra f’iktar minn 150 pajjiż madwar id-dinja.
Fost il-mistoqsijiet li se jitwieġbu hemm dawn: Minfejn ġejja l-verità? Kif tinkixef il-verità? Liema ktieb ewlieni jikxef il-verità?
L-indirizz u d-data tal-konvenzjoni hawn Malta huma mniżżlin hawn taħt.