LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 1/8 pp. 22-23
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Te Kontra l-​Virus
  • Dejn Minħabba t-​Telefonati
  • Ilma għat-​Turisti?
  • Il-​Periklu tat-​Tipjip
  • L-​Eżerċizzju Jistaʼ Jnaqqas id-​Dipressjoni
  • Kemm Hu Premjanti li Taqra lit-​Tfal
  • Djar li Jmarrdu lin-​Nies
  • L-​Infiq Sar Faċli
  • Għandi Bżonnu t-Telefon Ċellulari?
    Stenbaħ!—2002
  • Ħarsa Lejn Id-​dinja
    Stenbaħ!—1999
  • Ħarsa Lejn Id-dinja
    Stenbaħ!—2001
  • Ħarsa Lejn Id-​Dinja
    Stenbaħ!—1998
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 1/8 pp. 22-23

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Te Kontra l-​Virus

Studji preliminari f’laboratorju juru li l-​“varjetà kbira taʼ tejiet li hawn fis-​suq itaffu jew joqtlu tipi differenti taʼ virus,” tirrapporta Reuters Health Information. Bosta tipi taʼ te aħdar u iswed, te normali u dak kiesaħ, ġew testjati fuq tessuti t’annimali infettati bil-​virus taʼ l-​erpete (herpes simplex) 1 u 2 u t-​T1 virus (tal-batterji). Skond ir-​riċerkatur Dr. Milton Schiffenbauer taʼ l-​Università taʼ Pace fi New York, “it-​te kiesaħ jew te normali veru jeqred jew imewwet il-​virus [taʼ l-​erpete] fi ftit minuti.” L-​istess tip taʼ riżultati nkisbu mal-​virus T1. Għalkemm għadhom ma fehmux sew kif it-​te jtellef lil dawn it-​tipi taʼ virus milli jibqgħu ħajjin, ir-​riċerkaturi sabu li anki wara li ħalltu l-​ilma mat-​te, dan xorta baqaʼ effettiv. Huma sabu li t-​te iswed huwa xi daqsxejn iktar b’saħħtu biex joqtol il-​virus milli hu t-​te aħdar.

Dejn Minħabba t-​Telefonati

Skond il-​gazzetta The Sunday Telegraph, iż-​żgħażagħ Awstraljani “li għad għandhom 18-il sena ddikjaraw lilhom infushom falluti minħabba l-​kontijiet enormi tat-​telefon ċellulari.” Influwenzati mir-​reklami insistenti, kif ukoll mill-​fatt li jistgħu faċilment jiddejnu biex jagħmlu t-​telefonati, xi żgħażagħ spiċċaw biex il-​kontijiet tat-​telefon ċellulari tagħhom telgħulhom għal eluf taʼ dollari. Filwaqt li kkummenta dwar din ix-​xejra li dejjem qed tiżdied fost iż-​żgħażagħ, il-​Ministru tal-​Fair Trading Awstraljan John Watkins qal: “Xi żgħażagħ qegħdin issa jitilqu mill-​iskola mimlijin dejn, u ma tantx hemm ċans li se jħallsuh malajr. Dan hu tabilħaqq mod traġiku kif tibda l-​ħajja.” Il-​gazzetta tagħti dawn is-​suġġerimenti li ġejjin biex tgħin liż-​żgħażagħ jevitaw in-​nassa tad-​dejn: Kun ċert li tifhem eżatt kemm se jkunu jiswew it-​telefonati li tagħmel. Ikkunsidra li tixtri telefon ċellulari li jkollu l-​card imħallsa biex b’hekk ma tispiċċax b’xi kont kbir tat-​telefon. Ipprova uża t-​telefon fil-​ħinijiet meta t-​telefonati jkunu jiswew inqas.

Ilma għat-​Turisti?

The Guardian taʼ Londra tgħid li ħafna mill-​postijiet turistiċi madwar id-​dinja qed jitħabtu biex ilaħħqu maʼ mewġa kbira taʼ turisti, li minħabba fihom hemm domanda għal iktar u iktar swimming pools u postijiet fejn jintlagħab il-​golf. Dan qed joħolqilhom il-​problema taʼ nuqqas taʼ ilma. “Din il-​kwistjoni hija kbira ħafna u globali,” tgħid Tricia Barnett tat-​Tourism Concern. “Xi kultant tara raħal [fl-Afrika] li għandu biss vit wieħed, meta fil-​kmamar kollha taʼ kull lukanda hemm il-​vitijiet u d-​doċċa.” Organizzazzjoni globali għall-​ħarsien tikkalkula li turist fi Spanja juża 880 litru ilma kuljum, waqt li resident lokali juża 250 litru biss. Post fejn jintlagħab il-​golf li fih tmintax il-​ħofra, f’pajjiż niexef qoxqox jistaʼ jaħlilek ilma daqs belt t’10,000 ruħ. L-​Organizzazzjoni tal-​Ġnus Magħquda għall-​Ikel u l-​Biedja kkalkulat li l-​ilma li jużaw 100 turist f’55 ġurnata jistaʼ jintuża biex ikabbar biżżejjed ross biex jitmaʼ 100 persuna għal 15-il sena

Il-​Periklu tat-​Tipjip

“Il-​mewt taʼ wieħed minn kull tmienja taʼ dawk li ma jpejpux li mietu bil-​kanċer fil-​pulmun kienet kaġunata minn oħrajn li jpejpu,” isostni Naohito Yamaguchi taʼ l-​Istitut tar-​Riċerka taċ-​Ċentru Nazzjonali tal-​Kanċer fil-​Ġappun. Ix-​xjenzati bbażaw ir-​riċerka tagħhom fuq studju li sar fuq 52,000 persuna li mietu bil-​kanċer fil-​pulmun. Barra minn hekk, “riċerka li ilha ħafna li saret turi li l-​monossidu tal-​karbonju (carbon monoxide) tossiku u s-​sustanzi li jikkaġunaw il-​kanċer jinstabu iktar fid-​duħħan li jitfaʼ ’l barra min ikun qed ipejjep milli fid-​duħħan tas-​sigarett li jkun qed jiblaʼ direttament min ipejjep,” tgħid il-​gazzetta Asahi Shimbun. Fl-​1999, f’riċerka li saret mill-​gvern fil-​Ġappun li fiha kienu involuti 14,000 persuna nstab li 35 fil-​mija taʼ dawk li jaħdmu jew imorru l-​iskola u 28 fil-​mija taʼ dawk li jkunu d-​dar ġew esposti għad-​duħħan mit-​tipjip taʼ ħaddieħor. “Dawk li jpejpu għandhom ikunu konxji dwar kemm ħsara qed jikkaġunaw lil dawk li ma jpejpux, u hu għalhekk li għandu jsir sforz kbir biex jisseparaw lil dawn iż-​żewġ gruppi,” jgħid Yamaguchi.

L-​Eżerċizzju Jistaʼ Jnaqqas id-​Dipressjoni

“Għal xi pazjenti, l-​eżerċizzju fiżiku jistaʼ jkun iktar effettiv mill-​pilloli li jintużaw biex ifejqu d-​dipressjoni,” tgħid The Harvard Mental Health Letter, waqt li kkummentat dwar ir-​riċerka li saret fiċ-​Ċentru Mediku tad-​Duke University fl-​Istati Uniti. Tliet gruppi taʼ 50 persuna li jsofru minn dipressjoni qawwija ngħataw terapija differenti għal erbaʼ xhur. Lil dawk fi grupp wieħed tawhom pillola anti-dipressant, dawk fi grupp ieħor għamlu eżerċizzju biss, u dawk fit-​tielet grupp għamlu t-​tnejn. Wara erbaʼ xhur, bejn 60 u 70 fil-​mija tal-​pazjenti mit-​tliet gruppi “ma baqgħux isofru minn dipressjoni klinika,” tgħid il-​Health Letter. Madankollu, matul is-​sitt xhur taʼ wara, il-​pazjenti li kellhom jagħmlu l-​eżerċizzju biss bħala terapija “kienu f’kundizzjoni aħjar, kemm emozzjonalment u kemm fiżikament; fil-​fatt, ir-​rata taʼ dawk li reġgħu waqgħu fid-​dipressjoni kienet biss taʼ tmienja fil-​mija.” Dan jitqabbel tajjeb mat-​38 fil-​mija taʼ dawk li ħadu l-​pilloli u l-​31 fil-​mija taʼ dawk li għamlu l-​eżerċizzju u ħadu l-​pilloli.

Kemm Hu Premjanti li Taqra lit-​Tfal

“Meta [t-tfal] jaraw li ommhom u missierhom iħobbu jaqraw, huma jipprovaw jimitawhom,” tinnota Przyjaciółka, rivista Pollakka li toħroġ kull ġimgħa. F’era li fiha t-​tfal qed iqattgħu dejjem iktar ħin quddiem it-​TV, jgħid l-​artiklu, kemm hu taʼ benefiċċju li taqra lit-​tfal saħansitra mindu jkollhom sentejn. Dan tistaʼ tagħmlu billi turihom l-​istampi u tispjegalhom dwarhom. Il-​ġenituri jistgħu jistaqsu lit-​tfal dwar dak li jkunu għadhom kif qraw biex jaraw jekk humiex qed jifhmu l-​informazzjoni. ‘U jekk it-​tfal f’daqqa waħda jibdew jiddejqu . . . , ipprova żejjen il-​qari billi tagħmlu iktar interessanti permezz tal-​ġesti u billi toqgħod tbiddel leħnek.’ Il-​ġenituri huma mħeġġin biex isiru jafu xi jħobbu t-​tfal tagħhom u jitkellmu magħhom dwar dan. “Tkellem dwar dawk il-​kotba li kienu jogħġbuk meta kont żgħir, semmi xi ftit titli interessanti . . . Taqtax qalbek, imma kompli aqralhom lil uliedek, anki meta jsiru jafu jaqraw waħedhom,” tgħid Przyjaciółka. ‘Xi kultant, biex tinkuraġġihom, ikun biżżejjed li taqra ftit mill-​paġni tal-​bidu, imbagħad it-​tfal jieħdu gost ikomplu jaqraw huma.’

Djar li Jmarrdu lin-​Nies

Ir-​rivista New Scientist tgħid li ġo xi djar f’Melbourne [l-Awstralja] li ilhom mibnijin inqas minn sena nstab li kien hemm sustanzi organiċi li jevaporaw malajr (VOCs) 20 darba iktar mil-​limitu taʼ sigurezza rikkmandat mill-​Kunsill Nazzjonali taʼ Riċerka Medika u tas-​Saħħa. Waħda minn dawn is-​sustanzi kimiċi hija l-​formaldehyde, “li tikkaġuna irritazzjoni fil-​ġilda u forsi anki l-​kanċer.” Il-​formaldehyde jgħaddi fl-​arja minn ġo materjal tal-​bini bħat-​twavel taʼ l-​art magħmulin mill-​injam u mill-​għamara. Tapiti ġodda jarmu l-​istirene, sustanza oħra li hija suspettata li ġġib il-​kanċer, “filwaqt li ż-​żebgħa u s-​solventi jarmu varjetà taʼ komposti tossiċi,” jispjega r-​rapport. “Il-​kimiċi mhux suppost li jagħmlu ħsara serja lis-​saħħa tan-​nies. Imma dawn jistgħu jqabbdu wġigħ taʼ ras u jeffettwaw b’mod ħażin lil grupp żgħir taʼ nies li huma partikolarment sensittivi għal dawn l-​affarijiet.”

L-​Infiq Sar Faċli

Il-​gazzetta Calgary Herald tirrapporta li minħabba t-​teknoloġija avanzata, ix-​xiri sar passatemp nazzjonali taʼ 24-siegħa-kuljum u 7-t’ijiem-fil-ġimgħa għal ħafna Kanadiżi. “Il-​konsumaturi jistgħu jixtru bla waqfien minn fuq l-​Internet, minn The Shopping Channel (Stazzjon Televiżiv tax-​Xiri), bil-​posta, permezz taʼ katalgi jew jixtru l-​affarijiet dak il-​ħin stess bil-​credit card.” Cards li jkollhom limiti għolja taʼ kemm tistaʼ tiġbed jinkuraġġixxu lin-​nies biex jonfqu kemm jifilħu. Xi credit cards ikollhom offerti biex ikomplu jħajru lin-​nies jixtru iktar. Larry Wood, professur tal-​fakultà tal-​finanzi fl-​Università taʼ Calgary qal li n-​nies ikollhom il-​flus biex jixtru l-​oġġett imma minflok iħallsu bil-​credit card biex b’hekk ikunu jistgħu jieħdu xi rigali jew punti. Huma jkollhom il-​ħsieb li fl-​aħħar tax-​xahar jużaw il-​flus biex jiddepożitawhom fil-​kont ħalli jkopru dak li jkunu ġibdu bil-​card. Imbagħad jonfqu l-​flus li jkollhom f’idejhom u jispiċċaw biex ikollhom iħallsu wkoll l-​ammonti li jkunu nefqu bil-​credit card. Iżda, Wood jemmen li l-​problema hija iktar serja. Hu jħoss li, biex jipprovaw iżommu ċertu livell t’għajxien, il-​konsumaturi jippreferu jiddejnu milli jnaqqsu x-​xiri tagħhom. Skond l-​istħarriġ li sar fl-​1999 minn Statistics Canada, it-​total taʼ dejn bil-​credit card Kanadiża jammonta għal iktar minn 14-il biljun dollaru Kanadiż (Lm4.2 biljuni).

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja