LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 1/8 pp. 24-27
  • Ġurnata mad-Dniefel

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġurnata mad-Dniefel
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Ngħumu mad-​Dniefel
  • Jaqbdu l-​Ħut u Jilagħbu
  • ‘Stampi Magħmulin mill-​Ħoss’
  • Is-sonar tad-denfil
    Ġie Disinjat?
  • Speċi Mhedda bl-Estinzjoni
    Stenbaħ!—2005
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Is-Sensi taʼ l-Għaġeb fid-Dinja taʼ l-Annimali
    Stenbaħ!—2003
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 1/8 pp. 24-27

Ġurnata mad-​Dniefel

MINN KITTIEB TAʼ STENBAĦ! FI NEW ZEALAND

HIJA l-​unika ħlejqa li tħobb lill-​bniedem għall-​ebda vantaġġ partikulari, spjega Plutarku, kittieb Grieg taʼ komponimenti letterarji. Għal min kien qed jirreferi? Għal ħadd ħlief għad-​denfil, mammal li għandu x’jaqsam mill-​qrib mal-​balieni.

Skond The World Book Encyclopedia, “ħafna xjenzati jemmnu li d-​dniefel huma fost l-​iktar annimali intelliġenti, flimkien max-​ximpanzì u l-​klieb.” Madankollu, bħalma qal Plutarku, id-​dniefel ma jinġibdux lejn il-​bniedem sempliċement għax jitmagħhom. Għall-​kuntrarju, mid-​dehra ħafna minnhom sempliċement togħġobhom il-​kumpanija tagħna. “Għalkemm id-​denfil forsi m’għandux bżonn il-​bniedem,” jinnota l-​ktieb Mysteries of the Deep, “huwa kurjuż u x’aktarx li jieħu pjaċir jara l-​buffunati tagħna l-​istess bħalma aħna nieħdu pjaċir b’tiegħu.” Mit-​32 speċi taʼ dniefel tal-​baħar, 4 minnhom jgħixu fi New Zealand: id-​denfil komuni, id-​denfil geddumu qasir, id-​dusky dolphin, u l-​iktar wieħed żgħir tad-​dinja​—il-​Hector’s dolphin.a

Hemm ħafna dniefel fil-​Bay of Islands, naħa sabiħa fil-​kosta taʼ New Zealand. Aħna ninsabu ħerqanin li mmorru s’hemm, u għalhekk nitilqu bid-​dgħajsa mill-​belt taʼ Russell. Il-​gwida tagħna tgħidilna li minbarra d-​dniefel taʼ geddumhom qasir u dawk komuni, għandna mnejn naraw l-​orki u l-​balieni suwed—li kollha jaqgħu taħt il-​kategorija tad-​denfil. Hi tissuġġerixxi li biex narawhom irridu noqogħdu attenti jew għall-​ilma li jtajru mit-​toqba li għandhom fuq rashom jew għax-​xewka taʼ daharhom. “Xi drabi,” tinnota hi, “huma jsibuna l-​ewwel!”

Ngħumu mad-​Dniefel

Ftit wara, il-​forom skuri kbar tad-​dniefel taʼ geddumhom qasir—twal sa 4 metri—jidhru quddiemna, hekk kif tara x-​xewkiet taʼ daharhom għaddejjin faċilment minn bejn il-​mewġ. Waqt li jilagħbu, jibdew jinġarru mill-​mewġ taʼ quddiem il-​pruwa tad-​dgħajsa. Id-​dgħajsa tieqaf, u jien u l-​gwida ninżlu bil-​mod fl-​ilma fond u aħdar, fejn id-​dniefel salvaġġi jħalluna ngħumu magħhom.

Imdawra bid-​dniefel, li tidher biss ix-​xewka taʼ daharhom, bla ma naf fejn se naqbad inħares l-​ewwel, nieħu nifs qawwi u nibqaʼ ċċassata u mbeżżgħa bil-​forom griżi għaddejjin taħti. Denfil minnhom jitlaʼ mill-​qiegħ biex joqgħod jiflini u mbagħad idur bil-​mod, hekk kif jurini taħt żaqqu kollu abjad. Għalkemm id-​dniefel iżommu ċertu distanza, it-​twerżiq tas-​sonar tagħhom jinstemaʼ b’mod ċar. Mid-​dehra, mingħajr ma jagħtu kas il-​fatt li qed nipprova nimita l-​ħsejjes tagħhom, id-​dniefel jitilqu u jerġgħu jidhru biex ikomplu jduru.

Jaqbdu l-​Ħut u Jilagħbu

Hekk kif nerġgħu nitilgħu fuq id-​dgħajsa, nerħulha għal wara d-​dniefel lejn bajja għall-​kenn. Hemmhekk naraw iktar dniefel milli nistgħu ngħoddu—jaqbżu u jtajru l-​ilma maʼ kullimkien! Fil-​fatt, huma qed jaqbdu l-​ħut. Id-​dieta tagħhom tikkonsisti prinċipalment minn klamari, ħut, u krustaċej. Saħansitra nosservaw li qed issir dik li tidher lezzjoni taʼ kif jinqabad il-​ħut. Donnu li l-​omm qed ittarrax ħuta żgħira bis-​sonar tagħha, u l-​ferħ mid-​dehra jipprova jaqbadha billi jagħtiha daqqa b’denbu. Għandu mnejn li l-​ferħ għandu bżonn ftit iktar lezzjonijiet!

Id-dniefel iqattgħu l-​biċċa l-​kbira tal-​ġurnata jilagħbu u jiġru flimkien. Wieħed minnhom jgħaddi minn naħa għall-​oħra, hekk kif kollu arja juri ftit alka tal-​baħar fuq ix-​xewka taʼ dahru. Il-​gwida tagħna tispjega li l-​alka tal-​baħar hija l-​ġugarell favorit tad-​dniefel. Huma jpoġġuha fuq ix-​xewka taʼ daharhom jew fuq geddumhom u jilagħbu biha għal żmien twil. Meta jispiċċa jilgħab wieħed, ikun hemm ieħor li jaqbadha u jilgħab biha hu.

‘Stampi Magħmulin mill-​Ħoss’

Biex “jaraw” iktar sew x’hemm madwarhom taħt l-​ilma, id-​dniefel jużaw sistema biex jinstabu oġġetti fil-​bogħod permezz taʼ l-​eku, jew sistema tas-​sonar. Din taħdem fuq frekwenza simili għal dik li tintuża fl-​ultrasawnd biex toħroġ stampa taʼ kif inhu l-​ġisem minn ġewwa. Id-​dniefel jibagħtu xi ħsejjes billi jċaqċqu, u l-​“istampi” li jirċievu jgħinuhom isibu l-​ikel u l-​oġġetti l-​oħrajn taʼ interess—inkluż lilna. Id-​dniefel jikkomunikaw maʼ xulxin billi jwerżqu jgħajtu u dan jagħmluh fuq frekwenzi li huma għaxar darbiet iktar għoljin u erbaʼ darbiet u nofs iktar mgħaġġlin mid-​diskors tal-​bniedem. Minflok ma jużaw lingwa bħalma nafuha aħna, mid-​dehra d-​dniefel joħolqu ‘stampi magħmulin mill-​ħoss.’

B’mod ċar, għad hemm ħafna x’nitgħallmu dwar id-​dniefel. Forsi xi darba nifhmuhom bis-​sħiħ—kif jaħsbu u x’jaħsbu dwarna. Mimlijin bi stagħġib u affezzjoni għad-​dniefel, ħa nħallulhom din il-​bajja mwarrba u sabiħa, b’ramel abjad u bi rdumijiet miksijin biċ-​ċpar. Issa għandna rispett akbar għal dawn il-​ħlejjaq u iktar riverenza profonda għall-​Ħallieq tagħhom.—Apokalissi 4:11.

[Nota taʼ taħt]

a Speċi oħrajn li kultant issibhom fi New Zealand huma l-​hourglass dolphin u s-​southern right whale dolphin li m’għandux xewka tad-​dahar.

[Kaxxa/Stampa f’paġna 26, 27]

It-​Trobbija taż-​Żgħar

Id-​dniefel m’humiex ħut iżda mammali. Għaldaqstant, ferħ taʼ denfil jgħix billi jixrob il-​ħalib li jipproduċi l-​ġisem taʼ l-​omm. Matul il-​perijodu taʼ tliet snin li l-​omm tieħu ħsieb il-​ferħ tagħha, hi tgħallmu x’għandu bżonn ikun jaf biex jibqaʼ ħaj. Per eżempju, hi tgħallmu kif għandu juża s-​sistema taʼ l-​eku, jew tas-​sonar tiegħu, inkluż il-​“marka” li biha jispiċċa kull “sentenza.” Hi tgħallmu wkoll kif jaqbad il-​ħut, kif jitgħammar, u kif jaġixxi maʼ dniefel oħra.

Ferħ taʼ denfil jitwieled minn denbu l-​ewwel, u jkun milwi fi tnejn ġewwa ommu. Il-​frieħ li jkunu għadhom kemm twieldu jkollhom linji weqfin jidhru, li juru minfejn kien milwi fil-​ġuf. Ferħ jibda jerdaʼ waqt li jgħum, hekk kif jibqaʼ l-​ħin kollu qrib t’ommu u jieħu vantaġġ mill-​effetti tal-​movimenti li tagħmel bl-​għawm tagħha.

[Sors]

© Jeffrey L. Rotman/CORBIS

[Mappa f’paġna 27]

(Ghall-formazzjoni shiha tat-​test, ara pubblikazzjoni)

NEW ZEALAND

Bay of Islands

[Stampa f’paġna 25]

Denfil geddumu qasir

[Sors]

© Jeff Rotman

[Stampa f’paġna 25]

Hector’s dolphin

[Sors]

Ritratt minn Zoe Battersby

[Stampa f’paġna 26]

Dusky dolphin

[Sors]

Mark Jones

[Stampa f’paġna 26]

Dniefel komuni

[Sors]

© R.E. Barber/Visuals Unlimited

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja