LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 2/8 p. 3
  • “L-Isbaħ Jum taʼ Ħajjitna”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “L-Isbaħ Jum taʼ Ħajjitna”
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Żid mal-Ferħ u d-Dinjità tal-Ġurnata tat-Tieġ Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Kaxxa għall-Mistoqsija
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Uri l-Fidi Tiegħek bil-Mod Kif Tgħix Ħajtek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Tiġijiet Ferriħin li Jġibu Unur lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 2/8 p. 3

“L-​Isbaħ Jum taʼ Ħajjitna”

TIEĠ huwa okkażjoni taʼ ferħ. Ħafna kienu l-​koppji li qalu: “Kien l-​isbaħ jum taʼ ħajjitna.” Imma jistaʼ jkun ukoll wieħed mill-​iktar jiem diffiċli. L-​istress u l-​għeja li jkollhom l-​għarajjes u l-​familji tagħhom jistgħu jkunu kbar ferm, kemm minħabba d-​deċiżjonijiet u l-​preparamenti kollha meħtieġa, kif ukoll minħabba li dak in-​nhar tat-​tieġ l-​għarajjes se jiltaqgħu maʼ ħafna nies.

Mat-tieġ jibda mod taʼ ħajja li hu ġdid għall-​koppja. Imma mhux huma t-​tnejn biss jiġu effettwati. Il-​membri tal-​familja taʼ min ikun se jiżżewweġ spiss jesperjenzaw diversi sentimenti. Dan jiġri peress li l-​persuna li jħobbu, sew jekk tkun binthom, binhom, oħthom jew ħuhom, issa se tifforma familja għaliha.

Il-mod kif isir tieġ ivarja minn pajjiż għal ieħor, u hawnhekk ma jistax ikun li niddiskutu dwar il-​modi differenti kollha. Dawn l-​artikli se jiffokaw fuq dak li sar tradizzjonali fil-​pajjiżi tal-​Punent u pajjiżi simili. F’dawn il-​pajjiżi, biex tiżżewweġ jistaʼ jiswielek ħafna flus. Xi wħud jonfqu kemxa flus ġmielha għal dak in-​nhar tat-​tieġ, inkluż għall-​kiri taʼ sala jew restorant fejn isir ir-​riċeviment u għas-​servizz taʼ l-​ikel. Huwa kalkulat li fl-​Italja, tieġ normali jqum iktar minn Lm4,000. Fil-​Ġappun, bħal f’pajjiżi oħrajn, iċ-​ċifra tistaʼ tkun ogħla. Ġeneralment, m’humiex l-​għarajjes li jħallsu l-​kont imma l-​ġenituri.

It-tiġijiet huma negozju kbir għal ħafna kumpaniji li jipprovaw jirriklamaw l-​idea taʼ tieġ “perfett,” fejn ma jkun jonqos xejn. Fuq kollox, skond huma, “dan huwa l-​isbaħ jum taʼ ħajtek!” B’hekk joffru viżibilju taʼ prodotti u servizzi li jgħidu li huma “essenzjali” biex din il-​ġurnata jagħmluhielek “perfetta.” Jistaʼ jkollok inviti eżatt kif tridhom, il-​libsa li dejjem xtaqt, ilbiesi għall-​bridesmaids, u ġlekkijiet eleganti jew ilbiesi simili għall-​għarus u għall-​ħbieb taʼ ġewwa. Imbagħad hemm ukoll il-​fjuri, il-​karozzi lussużi, forsi xi restorant għal ikla kbira, fotografu, xi orkestra, u affarijiet oħrajn. Il-​lista taʼ dak kollu li l-​għarajjes għandhom mnejn jixtiequ, kif ukoll il-​lista l-​oħra taʼ l-​ispejjeż, tistaʼ tqabbad il-​bard lil ħafna missirijiet.

F’ħafna soċjetajiet tingħata importanza kbira għal li wieħed isegwi t-​tradizzjoni. Hemm mod stabbilit kif wieħed għandu jsegwi serje taʼ azzjonijiet formali, u huwa mistenni li l-​għarus u l-​għarusa jimxu miegħu. Iva, hemm ħafna affarijiet x’tiftakar, imma għandek biss żmien qasir biex torganizza kollox.

Taħseb li għandek xi ħaġa sabiħa lejn xiex tħares jew xi ħaġa li taqtagħlek qalbek? Twieġeb xi twieġeb, meta toqgħod taħseb dwar dak kollu li hemm involut f’tieġ se jqumu ċertu mistoqsijiet. Illum il-​ġurnata, xi jfisser li tiżżewweġ? Hemm bżonn taʼ dan kollu sabiex tnejn jiżżewġu “kif suppost”? Kif jistaʼ wieħed jegħleb id-​diversi diffikultajiet prattiċi u emozzjonali?

Minkejja t-​tensjoni kollha, ħafna wħud irnexxielhom jippjanaw tajjeb id-​dettalji tat-​tieġ u gawdew din l-​okkażjoni. L-​esperjenzi tagħhom jistgħu jgħinu lil oħrajn li qed jagħmlu l-​preparamenti għal din l-​istess okkażjoni. Ukoll, hemm prinċipji fil-​Bibbja li jistgħu jgħinuna meta nkunu qed nagħmlu l-​pjanijiet tat-​tieġ, sabiex din il-​ġurnata tkun waħda li fiha kulħadd jieħu pjaċir, jifraħ, u jinbena.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja