LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 3/8 pp. 26-27
  • Is-Sentimenti taʼ Ħtija—Huma Dawn Dejjem Ħżiena?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Is-Sentimenti taʼ Ħtija—Huma Dawn Dejjem Ħżiena?
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Inhi l-​Ħtija?
  • Is-​Sentimenti taʼ Ħtija Jistgħu Jkunu Tajbin
  • Ħarsa Bilanċjata Lejn is-​Sentimenti taʼ Ħtija
  • Ħares Dritt ’il Quddiem Lejn il-Futur
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2020
  • Taqtax Qalbek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • Kif Nistaʼ Ngħix Bin-Niket Tiegħi?
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
  • Il-ħtija—⁠“Naddafni minn dnubi”
    Erġaʼ lura għand Ġeħova
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 3/8 pp. 26-27

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Is-​Sentimenti taʼ Ħtija—Huma Dawn Dejjem Ħżiena?

ĦAFNA nies illum jemmnu li mhux tajjeb li wieħed iħoss sentimenti taʼ ħtija. Huma jħossuhom bħall-​filosfu Ġermaniż Friedrich Nietzsche li qal: “Il-​ħtija hija l-​agħar marda li qatt ħakmet lill-​bniedem.”

Imma xi riċerkaturi issa qed jaslu għal konklużjoni differenti. Susan Forward, Ph.D., terapista u awtriċi magħrufa internazzjonalment, tgħid: “Il-​ħtija hija parti essenzjali minn bniedem li jħoss, u li hu responsabbli. Hija għodda tal-​kuxjenza.” Mela allura, huma s-​sentimenti taʼ ħtija kollha ħżiena? Hemm xi ċirkustanzi fejn huwa tajjeb li tħossok ħati?

X’Inhi l-​Ħtija?

Il-​ħtija tinħass meta nirrealizzaw li nkunu weġġajna lil xi ħadd li jimpurtana minnu jew inkella meta nkunu nqasna li nimxu skond il-​livelli li nħossu li għandna ngħixu bihom. Bħalma jgħid xogħol wieħed taʼ referenza, il-​ħtija għandha x’taqsam maʼ “sens taʼ obbligu minħabba li persuna tkun ħatja taʼ falliment, offiża, delitt, jew dnub.”

Fl-Iskrittura Ebrajka, il-​ħtija kienet assoċjata mal-​fatt li xi ħadd mill-​Iżraelin jonqos li jgħix fi qbil mal-​Liġi t’Alla—ħafna mir-​referenzi għaliha fit-​test oriġinali jinsabu fil-​kotba Bibliċi tal-​Levitiku u n-​Numri. Fl-​Iskrittura Griega Kristjana, il-​konċett taʼ ħtija b’mod simili huwa konness maʼ offiżi serji kontra Alla.—Mark 3:29; 1 Korintin 11:27.

Sfortunatament, jistaʼ jkun li nħossuna ħatjin mingħajr ma nkunu verament ħatjin. Per eżempju, jekk individwu jkun wieħed li jistenna l-​perfezzjoni f’kollox u jkollu t-​tendenza li jagħmel livelli mhux raġunevoli għalih innifsu, kull diżappunt li jkollu jistaʼ jġagħlu jħossu ħati mingħajr ma jkollu għalfejn. (Koħèlet 7:16) Jew jistaʼ jkun ukoll li r-​rimors xieraq minħabba li nkunu għamilna xi żball jew xi ħaġa ħażina tant inħalluh jikber li nibdew inħossu sens taʼ għajb u fl-​aħħar nispiċċaw nikkastigaw lilna nfusna bla bżonn. Mela, liema ġid suppost li joħroġ meta nħossuna ħatjin?

Is-​Sentimenti taʼ Ħtija Jistgħu Jkunu Tajbin

Il-​fatt li nħossuna ħatjin jistaʼ jkun tajjeb minn taʼ l-​inqas bi tliet modi. L-​ewwelnett, is-​sens taʼ ħtija jindika li aħna konxji taʼ x’inhuma l-​livelli aċċettabbli. Juri li l-​kuxjenza tagħna qiegħda taħdem. (Rumani 2:15) Fil-​fatt, ktieb pubblikat mill-​Għaqda Amerikana tal-​Psikjatrija jqis in-​nuqqas taʼ sentimenti taʼ ħtija bħala li jwasslu għal imġiba li tagħmel il-​ħsara fis-​soċjetà. Nies b’kuxjenza mħassra jew mejta jsibuha diffiċli biex jagħrfu d-​differenza bejn it-​tajjeb u l-​ħażin, u dan jistaʼ jkun perikoluż.—Titu 1:​15, 16.

It-tieni, kuxjenza ħatja tistaʼ tgħinna nevitaw nagħmlu affarijiet mhux mixtieqa. Bħalma uġigħ fiżiku javżana li jistaʼ jkun li għandna xi problema f’saħħitna, l-​uġigħ emozzjonali, li jiġi mal-​ħtija, javżana li hemm xi problema morali jew spiritwali li għandna bżonn nagħtuha attenzjoni. Ladarba nkunu konxji tad-​dgħjufija tagħna, iktar se nitqanqlu biex nevitaw li nerġgħu nweġġgħu lilna nfusna, lill-​maħbubin tagħna, jew lil oħrajn fil-​futur.—Mattew 7:12.

Fl-aħħar, meta nistqarru ħtijietna, kemm aħna bħala l-​ħatjin u kemm il-​vittma, se nħossuna aħjar. Per eżempju, is-​Sultan David mal-​ħtija ħass agunija emozzjonali kbira. “Jien bqajt sieket, u nfena ġismi, jiena u nokrob il-​jum kollu,” kiteb hu. Imma meta fl-​aħħar stqarr id-​dnub tiegħu maʼ Alla, David, kollu ferħan, kanta: “Iddawwarni u tferraħni bil-​ħelsien tiegħek.” (Salm 32:​3, 7) Meta wieħed jistqarr dnubu jistaʼ wkoll iġiegħel lill-​vittma jħossu aħjar. Dan għaliex meta l-​individwu jammetti l-​ħtija tiegħu, il-​wieħed li jkun vittma jħossu żgurat li l-​ieħor iħobbu sal-​punt li ddispjaċieh li weġġgħu daqshekk.—2 Samwel 11:​2-15.

Ħarsa Bilanċjata Lejn is-​Sentimenti taʼ Ħtija

Biex ikollna ħarsa bilanċjata dwar il-​ħtija, ejja ninnotaw il-​kuntrast kbir fil-​mod li Ġesù u l-​Fariżej kienu jqisu lill-​midinbin u d-​dnub. F’Luqa 7:​36-50, naqraw dwar mara immorali li daħlet fid-​dar taʼ Fariżew, fejn kien qed jiekol Ġesù. Hi resqet lejn Ġesù, ħaslitlu saqajh bid-​dmugħ tagħha, u dilkithomlu b’żejt għali u jfuħ.

Il-Fariżew, li kien jippretendi li kien reliġjuż ħafna, ħares b’disprezz lejn din il-​mara bħala waħda li ma kienx jistħoqqilha d-​dinjità u l-​attenzjoni tiegħu. Hu qal bejnu u bejn ruħu: “Dan [Ġesù], li kien profeta, kien ikun jaf min hi u x’mara hi din li qiegħda tmissu; kien ikun jaf, għax hi midinba!” (Luqa 7:39) Ġesù malajr ikkoreġieh għal mod kif kien qed jaħseb. Qallu: “Rasi ma dlikthilix biż-​żejt, imma [din il-​mara] dilkitli riġlejja b’żejt ifuħ. Għalhekk ngħidlek li dnubietha, li kienu ħafna, nħafrulha, għax ħabbet ħafna.” Bla dubju dan il-​kliem inkuraġġixxa lill-​mara u ferrħilha qalbha.—Luqa 7:​46, 47.

Ġesù bl-​ebda mod ma kien qed jagħlaq għajnejh għall-​immoralità. Attwalment, kien qed jgħallem lill-​Fariżew kburi dwar is-​superjorità taʼ l-​imħabba bħala r-​raġuni għala naqdu lil Alla. (Mattew 22:​36-40) M’għandniex xi ngħidu, kien xieraq li l-​mara ħassitha ħatja minħabba l-​passat immorali tagħha. Jidher ċar li hi kienet niedma għax bkiet, u ma pprovatx issib skuża għall-​imġiba taʼ qabel tagħha. U wkoll, ħadet passi pożittivi biex tagħti ġieħ lil Ġesù fil-​pubbliku. Malli ra dan, Ġesù qalilha: “Il-​fidi tiegħek salvatek; mur bis-​sliem.”—Luqa 7:50.

Mill-banda l-​oħra, il-​Fariżew kompla jistmaha b’disprezz bħala midinba. Forsi ttama li jġagħalha ‘tibżaʼ minn Alla’ u tistħi għall-​azzjonijiet tagħha. Imma jekk il-​ħin kollu nipprovaw inġagħlu lil ħaddieħor iħossu ħati jekk ma jagħmilx l-​affarijiet dejjem kif naħsbu li għandhom isiru, ma nkunux qed nuru mħabba u, fl-​aħħar mill-​aħħar, dan se jaħdem kontrina. (2 Korintin 9:7) Jekk nimitaw lil Ġesù—billi nagħtu eżempju tajjeb, infaħħru sinċerament lil oħrajn, u nesprimu l-​fiduċja tagħna fihom avolja xi kultant ikun hemm bżonn taʼ xi twiddiba u parir—se jkollna l-​aqwa riżultati.—Mattew 11:​28-30; Rumani 12:10; Efesin 4:29.

Mela, jistaʼ jkun tajjeb, saħansitra neċessarju, li nħossuna ħatjin meta nagħmlu xi ħaġa ħażina. Proverbji 14:9 (KŻ) jgħid: “Il-​boloh jiddieħku bid-​dnub.” Kuxjenza ħatja tistaʼ, u għandha, tqanqalna nistqarru d-​dnub tagħna u nieħdu azzjonijiet pożittivi oħrajn. Madankollu, ir-​raġuni bażika għala naqdu lil Jehovah għandha dejjem tkun, mhux il-​ħtija, imma l-​imħabba. (Ġob 1:​9-11; 2:​4, 5) Il-​Bibbja tiżgurana li meta nies tajbin jiġu inkuraġġiti u rifreskati billi jżommu din il-​ħaġa f’moħħhom, huma se jagħtu mill-​aħjar tagħhom. Iktar importanti, se jagħtuh bil-​ferħ.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja