LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 3/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Nissaportu Traġedja li Ma Tistax Tiddeskriviha
    Stenbaħ!—2001
  • Martin Luteru—Min Kien u X’Ħalla Warajh
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Il-Bibbja Dalmatin Rari Imma Mhix Minsija
    Stenbaħ!—2001
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2002
g02 3/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

It-​Talb L-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Se Jismaʼ Alla t-​Talb Tiegħi?” (8 taʼ Lulju, 2001) vera qawwieni. Irċivejt din ir-​rivista meta kont fis-​sodda l-​isptar. Ma stajtx immur is-​Sala tas-​Saltna jew għall-​konvenzjoni tagħna. Kont vera mdejqa u ma stajtx nikkontrolla l-​emozzjonijiet tiegħi. Meta tlabt lil Jehovah ikkalmajt, u sa ċertu punt, qalbi ġiet imsaħħa. Kemm inħossni mfarrġa li naf li Jehovah qatt m’hu se jinsieni.

A. O., Ġappun

Għandi 18-il sena u jien pijuniera regulari, evanġelizzatriċi full-time. Għal dawn l-​aħħar ftit xhur, ħassejtni dipressa. Ħassejtni bħal Steve, iż-​żagħżugħ imsemmi fl-​artiklu li qal li kultant ħassu li m’għandux joqgħod idejjaq lil Alla bil-​problemi tiegħu. Imma kkunsidrajt bis-​serjetà l-​parir li nsibu f’Luqa 12:​6, 7. Bdejt inħossni iktar kalma u tqanqalt biex niftaħ qalbi maʼ Jehovah.

M. D., Nikaragwa

Imrobbija f’Kunvent L-​artiklu “Abbandunata mill-​Ġenituri​—Maħbuba minn Alla” (8 taʼ Lulju, 2001) ġabli lura ħafna memorji. Niftakar lil ommi tgħidilna dwar il-​ħajja tagħha fil-​kunvent u kif ġiet trattata mis-​sorijiet. Meta taʼ 16-il sena telqet mill-​kunvent, ma kellha mkien fejn toqgħod. Ħafna nies sofrew dan it-​tip taʼ maltrattament u huma beżgħana li jitkellmu dwaru. Inħossni ferħana li ħareġ dan l-​artiklu.

G. E., Stati Uniti

Is-​Saħħa Fil-​ħarġa tagħkom tat-​8 taʼ Ġunju, 2001, qrajt l-​artiklu “Il-​Mediċina Moderna​—Sa Fejn Tistaʼ Tasal?” Jien midħla tal-​mediċina u x-​xjenza, u għalhekk sibt l-​ispjegazzjonijiet u r-​referenzi tagħkom taʼ l-​istorja tal-​mediċina interessanti ħafna u taʼ għajnuna persunali. Din il-​ħarġa se nżommha.

E. F., Ġermanja

L-​Abbuż tad-​Drogi Jien nirċievi regolarment ir-​rivisti tagħkom mingħand wieħed minn sħabi tax-​xogħol, u naqrahom. Imma nsibha diffiċli biex naċċetta l-​implikazzjoni qawwija li saret fil-​ħarġa “L-​Abbuż tad-​Drogi​—Hemm Soluzzjoni!” li l-​mużiċisti tar-​rock kollha jabbużaw mid-​droga. (8 taʼ Lulju, 2001) Hemm ħafna mużiċisti tar-​rock li ma jiħdux drogi u li jagħmlu xogħolhom bis-​serjetà.

M. M., Ġappun

“Stenbaħ!” iwieġeb: Ma ridniex nagħtu x’tifhmu li l-​mużiċisti tar-​rock kollha jabbużaw mid-​droga. Madankollu, il-​popolarità taʼ l-​abbuż tad-​droga fost ħafna mill-​mużiċisti tar-​rock u fost l-​ammiraturi tagħhom waqt kunċerti tar-​rock hija magħrufa sew.

Il-​Bibbja Dalmatin Waqt li kont qed naqra l-​artiklu “Il-​Bibbja Dalmatin​—Rari imma Mhix Minsija” (8 taʼ Lulju, 2001), kont sorpriż meta qrajt f’paġna 31 li: “Milli jidher, hu [Dalmatin] ttraduċa mil-​lingwi oriġinali imma rrefera ħafna għat-​traduzzjoni tal-​Vulgata Latina bil-​Ġermaniż minn Luteru.” Kont naħseb li Luteru ttraduċa mil-​lingwi oriġinali tal-​Bibbja.

R.S., Ġermanja

“Stenbaħ!” iwieġeb: Ma ridniex nagħtu x’tifhmu li Luteru uża l-​“Vulgata” biss biex jittraduċi l-​Iskrittura Ebrajka. Għalkemm ħadd ma jaf id-​dettalji kollha dwar it-​traduzzjoni Ġermaniża taʼ Luteru, huwa stabbilit li Luteru uża l-​“Vulgata” bħala waħda mill-​għodda tiegħu biex jifhem il-​kitba oriġinali tal-​lingwa. Bla dubju, Luteru uża wkoll sorsi oħra li kienu disponibbli f’dak iż-​żmien, bħalma hi t-​traduzzjoni Griega magħrufa iktar bħala s-​“Settanta.”

Traġedja li Ma Tistax Tiddeskriviha Kont naħseb li ċertu affarijiet jiġru biss fil-​films. Għalhekk inħsadt meta qrajt l-​esperjenza “Nissaportu Traġedja li Ma Tistax Tiddeskriviha.” (8 t’Awissu, 2001) Malli spiċċajt naqraha, tlabt lil Jehovah biex jgħin lil Jonathan, lil Oscar, u lin-​nanniet taʼ Oscar. Esperjenzi bħal dawn jgħinuna biex inkomplu nagħtu l-​aħjar li nistgħu lil Jehovah qabel “iż-​żmien u l-​ġrajja mhix mistennija” jiġu fuqna.​—Ekkleżjasti 9:​11, NW.

E. P., Italja

L-​istorja terribbli li qrajt tat-​traġedja li laqtet lil Theresa u lill-​familja tagħha messitli qalbi. Nixtieq li l-​familja tagħha tkun taf li anki jien għandi sebaʼ mitt sena biex ngħannaq miegħi lil Theresa fid-​dinja l-​ġdida li wiegħed Jehovah.

L. T., Italja

Jien ilni nżomm lura milli nitgħammed għal sitt snin issa. Ma kontx determinat li nagħmel ċertu bidliet. Imma l-​esperjenza li għaddiet minnha Theresa ġagħlitni nimmedita. Wasalt għall-​konklużjoni li ma nistax ngħix mingħajr Jehovah, u għalhekk tlabtu verament minn qalbi. Għalkemm l-​esperjenza taʼ din il-​familja kienet traġika, inkuraġġietni ħafna.

M. L., Repubblika Ċeka

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja