LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 7/8 pp. 2-4
  • Il-Pulizija Għala Huma Bżonnjużi?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Pulizija Għala Huma Bżonnjużi?
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Servizz Soċjali u għall-​Ġid tal-​Komunità
  • Il-Protezzjoni tal-Pulizija—it-Tama u l-Biżaʼ
    Stenbaħ!—2002
  • Il-Pulizija X’Inhu l-Futur Tagħhom?
    Stenbaħ!—2002
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2002
  • Il-​ġlieda Mitlufa Kontra L-​kriminalità
    Stenbaħ!—1998
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 7/8 pp. 2-4

Il-​Pulizija Għala Huma Bżonnjużi?

KIF kienet tkun il-​ħajja mingħajr pulizija? Sewwa, x’ġara fl-​1997 meta 18,000 uffiċjal tal-​pulizija ħarġu fuq strajk fil-​belt Brażiljana taʼ Recife, u ħallew lill-​iktar minn miljun resident tal-​belt mingħajr pulizija?

Il-gazzetta The Washington Post irrapportat li f’temp taʼ ħamest ijiem mimlijin taħwid, ir-​rata taʼ omiċidji li kienu jseħħu kuljum f’din il-​belt ħdejn il-​baħar ittriplikat. Din tkompli li nsterqu tmien banek. Xi klikek, f’dagħdigħa, daħlu f’ċentru taʼ negozju u għamlu ħafna atti delinkwenti. Huma saqu wkoll f’distretti fejn joqogħdu s-​sinjuri u sparaw b’armi tan-​nar. Ħadd ma ta kas il-​liġijiet tat-​traffiku. Il-​mewġa taʼ kriminalità mliet il-​kamra mortwarja u fawret l-​akbar sptar statali, fejn il-​vittmi taʼ l-​armi tan-​nar u tad-​daqqiet taʼ sikkina spiċċaw jitqiegħdu fil-​kurituri. Ġie rapportat ukoll li s-​segretarju tal-​ġustizzja qal: “Dan il-​ksur taʼ liġi qatt ma kien hawn bħalu qabel.”

Ngħixu fejn ngħixu, il-​ħażen huwa moħbi wara l-​maskra sabiħa u superfiċjali taċ-​ċivilizzazzjoni. Għandna bżonnha l-​protezzjoni tal-​pulizija. M’għandniex xi ngħidu, ħafna minna semgħu bil-​kefrija, korruzzjoni, indifferenza, u abbuż tal-​poter min-​naħa taʼ xi uffiċjali tal-​pulizija. F’ċerti pajjiżi dawn l-​inċidenti huma serji iktar minn f’pajjiżi oħrajn. Imma x’konna nagħmlu mingħajr pulizija? M’huwiex minnu li l-​pulizija taʼ spiss jagħtu servizz siewi? Stenbaħ! staqsa xi uffiċjali tal-​pulizija minn partijiet differenti tad-​dinja għala għażlu din il-​karriera.

Servizz Soċjali u għall-​Ġid tal-​Komunità

“Nieħu gost ngħin lin-​nies,” jgħid Ivan, uffiċjal tal-​pulizija fil-​Britannja. “Laqatni l-​fatt li dan ix-​xogħol fih ħafna varjetà. Ftit jirrealizzaw li l-​kriminalità tagħmel biss minn 20 sa 30 fil-​mija tax-​xogħol tal-​pulizija. Dan huwa iktar servizz soċjali u għall-​ġid tal-​komunità. Normalment, meta nkun qed nagħmel ir-​ronda tiegħi, forsi nistaʼ niltaqaʼ maʼ xi mewta għal għarrieda, xi inċident tat-​traffiku, xi att kriminali, u xi xiħ mifxul li jkollu bżonn l-​għajnuna. Xi ħaġa li tagħtini sodisfazzjon partikulari hija meta nwassal lil xi tifel jew tifla li tkun intilfet [għand il-​ġenituri], jew inkella meta ngħin lil xi ħadd li jkun safa vittma taʼ xi reat biex jiffaċċja x-​xokk emozzjonali tiegħu.”

Stephen, mill-​Istati Uniti, huwa uffiċjal tal-​pulizija rtirat. Hu jgħid: “Bħala uffiċjal tal-​pulizija, għandek l-​abbiltà u l-​ħin biex tgħin bl-​aħjar mod lin-​nies li jiġu għandek ġenwinament għall-​għajnuna. Dan kien li ħajjarni għal dan ix-​xogħol. Ridt inkun hemm, lest biex ngħin lin-​nies u nġorr it-​tagħbija tagħhom. Inħoss li kont taʼ għajnuna biex nipproteġi lin-​nies mill-​kriminalità, għallinqas sa ċertu punt. F’ħames snin arrestajt iktar minn 1,000 persuna. Imma li nsib it-​tfal mitlufin, ngħin lil uħud morda bl-​Alzheimer li jkunu tilfu triqithom, u nsib vetturi misruqin ġabuli ħafna sodisfazzjon. Imbagħad kelli wkoll l-​eċċitament li niġri wara persuni suspettati u naqbadhom.”

“Ridt ngħin lin-​nies f’xi emerġenza,” jgħid Roberto, uffiċjal tal-​pulizija fil-​Bolivja. “Meta kont għadni żgħir, kont nammira ’l-pulizija għaliex kienu jipproteġu lin-​nies mill-​periklu. Fil-​bidu tal-​karriera tiegħi, kont nieħu ħsieb ir-​rondi li kienu jsiru fiċ-​ċentru tal-​belt, fejn hemm l-​uffiċini tal-​gvern. Kważi dejjem kien ikollna niffaċċjaw xi dimostrazzjoni politika. Xogħli kien li nikkontrolla s-​sitwazzjoni biex ma tinqalax vjolenza. Sibt li billi nkun dħuli u raġunevoli mal-​mexxejja [tad-dimostranti], stajt nevita li jqum inkwiet li fih setgħu jweġġgħu ħafna nies. Dan kien tassew premjanti.”

Il-pulizija jagħtu għadd kbir taʼ servizzi. Huma kellhom jittrattaw bosta sitwazzjonijiet varji, bħal li jsalvaw xi qattus minn fuq xi siġra, isalvaw l-​ostaġġi minn taħt idejn it-​terroristi, u jiffaċċjaw il-​ħallelin tal-​banek. Minkejja dan, sa minn meta bdew il-​korpi tal-​pulizija moderni, dawn kienu ċ-​ċentru kemm taʼ tama kif ukoll taʼ biżaʼ. Fl-​artiklu li jmiss se nikkunsidraw għala.

[Stampi f’paġna 2, 3]

Paġni 2 u 3: Jikkontrollaw it-​traffiku f’Chengdu, iċ-​Ċina; pulizija jikkontrollaw irvell vjolenti fil-​Greċja; uffiċjali tal-​pulizija fl-​Afrika t’Isfel

[Sors]

Linda Enger/Index Stock Photography

[Stampa f’paġna 3]

Ħanut misruq matul l-​istrajk li għamlu l-​pulizija f’Salvador, il-​Brażil, f’Lulju 2001

[Sors]

Manu Dias/Agência A Tarde

[Stampa f’paġna 4]

Stephen, Stati Uniti

[Stampa f’paġna 4]

Roberto, Bolivja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja