LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 9/8 pp. 9-11
  • Kif Tistaʼ Tkampa f’Soċjetà taʼ “Uża u Armi”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tkampa f’Soċjetà taʼ “Uża u Armi”
  • Stenbaħ!—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Evita l-​Ħela
  • Evita r-​Regħba
  • Tgħallem Aqsam maʼ Ħaddieħor
  • Kun Kuntent bin-​Neċessitajiet
  • Hemm Xi Soluzzjoni?
    Stenbaħ!—2002
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2002
  • Ngħixu f’Soċjetà taʼ “Uża u Armi”
    Stenbaħ!—2002
  • Kun Kuntent
    Stenbaħ!—2025
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2002
g02 9/8 pp. 9-11

Kif Tistaʼ Tkampa f’Soċjetà taʼ “Uża u Armi”

“FIN-​NATURA . . . m’hemm l-​ebda ħaġa li hija skart.” Skond ir-​rivista Time, din hi l-​opinjoni taʼ espert fir-​riċiklaġġ li hu rispettat ħafna. Hu kien qed jirreferi għall-​mod meraviljuż li fih, materjal bla ħajja u mormi minn parti waħda taʼ ekosistema jiġi dejjem użat biex jibbenefika partijiet oħra. Dan l-​istess espert qal li jħoss li “l-​bniedem jistaʼ jimita l-​modi meħlusin mill-​iskart tan-​natura, imma dan jirrikjedi teknoloġija innovattiva u bidla kbira fl-​attitudni.”

Probabbilment, il-​biċċa l-​kbira minna ftit li xejn nistgħu nagħmlu biex niżviluppaw xi teknoloġija ġdida innovattiva. Imma l-​attitudni tagħna

nistgħu nikkontrollawha! U l-​attitudni xierqa lejn ċerti prinċipji bażiċi taʼ kondotta tajba se tgħinna nkampaw aħjar mal-​problemi li jiġu minħabba li ngħixu f’soċjetà taʼ “uża u armi.”

Evita l-​Ħela

Individwu min kull ħamsa fid-​dinja jorqod bil-​ġuħ. Dan għandu jġagħalna nkunu iktar konxji dwar il-​ħtieġa li napprezzaw l-​ikel u nevitaw il-​ħela. Koppja li rritornaw lejn l-​Ewropa wara 28 sena taʼ xogħol missjunarju fl-​Afrika qalu li waħda mill-​iktar sfidi kbar li sabuha diffiċli biex jidraw f’pajjiżhom kienet “il-​mod ħali li bih in-​nies jarmu l-​ikel.”

Ġenituri għaqlin jgħallmu lit-​tfal tagħhom biex ma jkollhomx għajnejhom akbar minn żaqqhom. Dan innaqqas kemm l-​iskart u kemm il-​ħela. Aħjar tieħu ftit fil-​platt qabel ma titlob għal ftit ieħor. M’għandniex xi ngħidu, il-​ġenituri jridu jagħtu l-​eżempju. Ġesù tana l-​eżempju billi wera apprezzament ġenwin għall-​provvedimenti t’Alla, kemm fiżiċi u kemm spiritwali. Il-​Bibbja tindika li Ġesù kien attent biex jevita li ma jaħlix ikel—avolja dan kien ġie provdut mirakolożament b’tant abbundanza!—Ġwann 6:​11-13.

Il-prinċipju taʼ li wieħed jevita l-​ħela jistaʼ japplika wkoll għall-​ħwejjeġ, l-​għamara, u l-​makkinarju. Jekk nieħdu ħsieb l-​affarijiet u nibqgħu nużawhom kemm nistgħu, inkunu qed nuru li napprezzaw dak li għandna. M’għandniex għalfejn naqgħu vittma għall-​attentati li d-​dinja tar-​reklamar tagħmel biex iġagħalna nħossuna mhux sodisfatti b’dak li għandna għax toffrilna xi ħaġa akbar, aħjar, iktar effiċjenti, u iktar b’saħħitha. Naturalment, għandna kull dritt li nibdlu l-​affarijiet li jkunu għadhom tajbin. Imma qabel ma nagħmlu dan, forsi tajjeb li nirriflettu ftit dwar l-​attitudnijiet u l-​motivi tagħna.

Evita r-​Regħba

Hekk kif ivvjaġġaw tul ix-​xagħri fi triqithom lejn l-​Art Imwiegħda, l-​Iżraelin ġew mogħtijin il-​manna bħala ikel. Skond ir-​rapport Bibliku, il-​manna kienet tiġi provduta fil-​kwantità li kellhom bżonn. Madankollu, l-​Iżraelin ġew imwissijin, biex ma jsirux rgħiba; kellhom jieħdu biss daqs kemm setgħu jieklu. Dawk li m’obdewx, malajr skoprew li ma kienx jaqblilhom, għax il-​manna li kien jibqgħalhom kienet iddewwed u tinten. (Eżodu 16:​16-20) M’hemm ebda dubju li r-​regħba hija kundannata bil-​qawwa kollha u b’mod ripetut fil-​Bibbja.—Efesin 5:3.

Il-Bibbja m’hijiex l-​unika waħda li tenfasizza dan. Per eżempju, Seneca, filosfu Ruman u kittieb tad-​drammi li għex fl-​ewwel seklu, irrikonoxxa li bniedem rgħib qatt ma jkun sodisfatt. Hu għamel din l-​osservazzjoni: “Għar-​regħba lanqas in-​natura kollha m’hi biżżejjed.” Erich Fromm, filosfu tas-​seklu 20, wasal għal konklużjoni simili: “Ir-​regħba hi ħofra bla qiegħ li taħli saħħet il-​bniedem fi sforz bla waqfien biex jissodisfa l-​ħtieġa mingħajr qatt ma jasal għas-​sodisfazzjon.” Minbarra li jevitaw ir-​regħba u l-​ħela, hemm xi passi pożittivi li ħafna għażlu li jieħdu.

Tgħallem Aqsam maʼ Ħaddieħor

Qabel twarrab xi affarijiet li jkunu għadhom f’kundizzjoni tajba, ikkunsidra min forsi jistaʼ jieħu gost bihom. Per eżempju, meta t-​tfal ma jibqgħux jiġuhom ċerti ħwejjeġ, jistgħu dawn jingħataw lil xi ħadd għat-​tfal tiegħu? Tistaʼ tagħmel xi ħaġa simili rigward affarijiet oħra li għadhom f’kundizzjoni tajba imma li m’għadekx tużahom bħalma kont qabel? Aqsam il-​ferħ li ġablek oġġett li tawk billi tagħtih lil ħaddieħor. Mark Twain, awtur Amerikan u umorista, darba kiteb: “Biex tikseb il-​valur sħiħ tal-​ferħ irid ikollok maʼ min taqsmu.” Forsi int esperjenzajt li meta taqsam il-​ferħ maʼ ħaddieħor, jirdoppja. Barra minn hekk, meta taqsam maʼ ħaddieħor b’dan il-​mod, tkun qed tnaqqas l-​effetti negattivi tal-​mentalità taʼ “uża u armi.”

Li taqsam maʼ oħrajn huwa virtù li l-​Bibbja tirrikkmandah ferm. (Luqa 3:​11; Rumani 12:13; 2 Korintin 8:​14, 15; 1 Timotju 6:​18) Tabilħaqq, kemm tkun aħjar id-​dinja kieku kulħadd ikun lest li jaqsam maʼ ħaddieħor!

Kun Kuntent bin-​Neċessitajiet

Bniedem kuntent hu bniedem ferħan. Din hija verità universali. Proverbju Grieg jgħid: “Xejn ma jikkuntenta lil dak li m’huwiex kuntent bi ftit.” U l-​Ġappuniżi jgħidu: “Il-​fqir hu dak li m’huwiex kuntent.” Il-​Bibbja wkoll titkellem b’mod sabiħ dwar il-​kuntentizza. Naqraw: “[“Id-​devozzjoni lejn Alla,” NW] fiha qligħ kbir, tassew, għal min hu kuntent b’dak li għandu; għax aħna xejn ma ġibna fid-​dinja, u xejn ma nistgħu nieħdu magħna; sakemm għandna x’nieklu u x’nilbsu, dan għandu jkun biżżejjed għalina.”—1 Timotju 6:​6-8; Filippin 4:11.

M’għandniex xi ngħidu, li nkunu kuntenti b’dak li għandna għandu mnejn jirrikjedi “bidla kbira fl-​attitudni.” Mara żagħżugħa jisimha Susanne dan l-​aħħar irrealizzat li kellha tagħmel bidla bħal din. Hi qalet: “Iddeċidejt li ladarba ma stajtx nakkwista dak kollu li ridt, ikolli nitgħallem irrid dak li għandi. Issa jien ninsab ferħana u kuntenta.”

Il-kuntentizza tassew twassal għall-​ferħ. Il-​Professur Argir Hadjihristev, espert Bulgaru fis-​suġġett tax-​xjuħija, jgħid: “Il-​ħażen bażiku hu, l-​ewwel u qabel kollox, li wieħed ma jkunx kuntent bil-​ftit li jkollu.” Waqt li jirreferi għall-​benefiċċji li l-​kuntentizza għandha fuq is-​saħħa, hu jżid: “Xi ħadd li ma jipprovax jgħix aħjar minn ġâru, li ma jkunx dejjem moħħu biex ikollu iktar u iktar, jgħix mingħajr kompetizzjoni u għalhekk ma jkollux stress. U dan jgħinu jżomm kalm.”

Iva, soċjetà taʼ “uża u armi” qatt ma tistaʼ ġġib il-​ferħ veru. Aħseb u ara kemm se ġġib dan mentalità taʼ “uża u armi!” Jidher li iktar u iktar nies qed jindunaw b’dan. Int ukoll?

[Stampa f’paġna 9]

It-​tfal għandhom bżonn jitgħallmu jevitaw li ma jaħlux l-​ikel

[Stampa f’paġna 9]

Ġesù tana eżempju mill-​aħjar f’li jevita l-​ħela

[Stampa f’paġna 10]

Għala ma tagħtix lil oħrajn dak li m’għadekx tuża minflok ma tarmih?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja