LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 2/8 pp. 3-4
  • “Att Kriminali Kiefer”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Att Kriminali Kiefer”
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Għala Qed Tikber il-Problema?
    Stenbaħ!—2003
  • Id-​Diskriminazzjoni Kontra N-​Nisa
    Stenbaħ!—1998
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2003
  • Esplojtazzjoni Sesswali Taʼ Tfal Problema Mad-​Dinja Kollha
    Stenbaħ!—1997
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 2/8 pp. 3-4

“Att Kriminali Kiefer”

MARIAa saret prostituta meta kellha biss 14-il sena. Hi bdiet tgħix f’dan l-​istil ikrah taʼ ħajja għax ommha insistitilha li tagħmel dan. Kienet tgħidilha li kienet sabiħa u li kienet se togħġobhom ħafna lill-​irġiel. Kienet tgħidilha wkoll li kienet se taqlaʼ ħafna flus. Fil-​għaxijiet omm Maria kienet tiħodha f’motel biex tiltaqaʼ maʼ l-​irġiel. L-​omm kienet tistenna qrib il-​post biex tiġbor il-​flus. Kull lejla, Maria kienet tmur maʼ tlieta jew erbat irġiel differenti.

Carina, li kienet toqgħod ftit ’il bogħod minn Maria, ukoll kienet imġiegħla taqbad il-​prostituzzjoni meta kellha biss 13-il sena. Bħal ħafna familji oħrajn fil-​komunità tagħha magħmula minn ħaddiema tal-​kannamieli, il-​ġenituri taʼ Carina ġagħluha tibda tbigħ ġisimha biex jaqilgħu xi ħaġ’oħra tal-​flus biex ilaħħqu mal-​ħajja. F’post ieħor, Estela ħarġet mill-​iskola t’età żgħira, mingħajr ma tgħallmet taqra jew tikteb, u bdiet taħdem bħala prostituta fit-​toroq. U Daisy kellha madwar sitt snin meta ġiet abbużata sesswalment minn wieħed minn ħutha—l-​ewwel wieħed mill-​ħafna abbużi sesswali li saru fuqha minn qrabatha. Hi saret prostituta fl-​età t’14-il sena.

F’ħafna partijiet tad-​dinja, il-​problema tal-​prostituzzjoni tal-​minorenni hija realtà li twaħħax. Ir-​riżultati huma traġiċi. Spiss, prostituti taħt l-​età, kemm dawk li jieħdu sehem fil-​prostituzzjoni kultant jew inkella full-time, jiġu involuti wkoll fil-​kriminalità u l-​abbuż tad-​drogi. Ħafna minnhom iħossuhom mifxulin u bla dinjità, u ftit li xejn għandhom tama li jeħilsu mis-​sitwazzjoni miżera li jinsabu fiha.

Xi personalitajiet influwenti jirrikonoxxu l-​effetti qerrieda tal-​prostituzzjoni tal-​minorenni. Sewwa qal l-​ex-President tal-​Brażil, Fernando Henrique Cardoso: “Il-​prostituzzjoni tal-​minorenni hija att kriminali kiefer.” Gazzetta Brażiljana ppubblikat dan il-​kumment li jqanqal il-​ħsieb dwar il-​prostituzzjoni tal-​minorenni: “Pajjiżi fejn din il-​prattika hija komuni, tollerata, aċċettata, u saħansitra mfittxija minħabba [il-flus] li ġġib, jesperjenzaw kuljum il-​ħerba li din tikkaġuna. Kwalunkwe profitt finanzjarju li tistaʼ tipproduċi jitħassar b’mod inevitabbli bid-​diżastri individwali, familjari, u soċjali li ġġib magħha din il-​prattika.”

Madankollu, minkejja l-​intenzjonijiet nobbli taʼ dawk li jridu jwaqqfu l-​prostituzzjoni tal-​minorenni, il-​problema qiegħda tikber. Xi jwassal għal din is-​sitwazzjoni tal-​biżaʼ? Għala hawn tant li jittolleraw jew saħansitra jinkuraġġixxu din l-​attività kriminali?

[Nota taʼ taħt]

a L-ismijiet f’dawn l-​artikli tal-​bidu ġew mibdulin.

[Kumment f’paġna 3]

“Il-​prostituzzjoni tal-​minorenni hija att kriminali kiefer.”—L-​EX-PRESIDENT TAL-​BRAŻIL FERNANDO HENRIQUE CARDOSO

[Kumment f’paġna 4]

“Kull xorta taʼ sfruttament sesswali jmur kontra d-​dinjità umana, u għalhekk jikser id-​drittijiet umani fundamentali, minkejja l-​età, is-​sess, ir-​razza, il-​grupp etniku jew l-​istat soċjali tal-​vittma.”—UNESCO SOURCES

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja