LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 4/8 pp. 28-29
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Biżaʼ mill-​Istranġieri
  • Nies bla Fidi Jmexxu ’l Dawk li Għandhom il-​Fidi
  • Tiħrax l-​Intolleranza Reliġjuża fil-​Ġeorġja
  • Ir-​Reliġjon u l-​Gwerra
  • Il-​Ħalib taʼ l-​Omm Huwa taʼ Ġid
  • Ir-​Relazzjonijiet fil-​Familja Jistgħu Jgħinu biex Jiġi Evitat l-​Abbuż tad-​Droga
  • Rata taʼ Mwiet Iktar Baxxa
  • Taħriġ Fjakk għaż-​Żwieġ
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2005
  • Int Tiffrankaha jew Taħliha l-Enerġija?
    Stenbaħ!—1999
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2013
  • Ħarsa Lejn Id-Dinja
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2003
g03 4/8 pp. 28-29

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Biżaʼ mill-​Istranġieri

“Iktar minn 80 fil-​mija mis-​sewwieqa nisa jippreferu jqattgħu l-​lejl imsakkrin ġol-​karozza meta din tiqfilhom milli jaċċettaw l-​għajnuna mingħand xi stranġier,” tirrapporta The Independent taʼ Londra. Stħarriġ li sar fuq 2,000 sewwieq mid-​Direct Line Rescue wera li 83 fil-​mija min-​nisa u 47 fil-​mija mill-​irġiel jirrifjutaw l-​għajnuna meta tiqfilhom il-​karozza. Bl-​istess mod, il-​maġġuranza mis-​sewwieqa ma jiqfux biex jagħtu l-​għajnuna meta jaraw li xi ħadd waqfitlu l-​karozza. B’mod partikulari, in-​nisa jibżgħu li xi ħadd jistaʼ biss ikun qed jippretendi li waqfitlu l-​karozza. Il-​kelliemi Nick Cole qal: “Hija xi ħaġa li turi verament fiex wasalna fi żmienna, meta naraw li għal ħafna sewwieqa l-​prospett li jibqgħu bil-​qiegħda waħedhom fil-​karozza tagħhom għal lejl sħiħ jidher li huwa aħjar mill-​biżaʼ li jaqbadhom meta jiġu wiċċ imbwiċċ maʼ stranġier.”

Nies bla Fidi Jmexxu ’l Dawk li Għandhom il-​Fidi

Il-​qassisin nisa fiċ-​Church of England huma “ġeneralment iktar xettiċi minn sħabhom l-​irġiel dwar. . . ċerti duttrini Kristjani importanti,” tirrapporta The Times taʼ Londra. Stħarriġ fuq kważi 2,000 membru tal-​kleru fiċ-​Church of England wera li “tmienja minn kull għaxar qassisin jemmnu li Ġesù miet biex ineħħi d-​dnubiet mid-​dinja,” meta mqabbel maʼ 6 minn kull 10 qassisin nisa. U waqt li 7 minn kull 10 irġiel jemmnu fl-​irxoxt taʼ Ġesù Kristu, 5 minn 10 nisa jemmnu hekk. Robbie Low, kelliemi għall-​Cost of Conscience, l-​organizzazzjoni li għamlet l-​istħarriġ, qal: “Bla dubju hemm żewġ Knejjes fiċ-​Church of England: il-​Knisja li temmen, u l-​Knisja li ma temminx, u dan huwa skandlu. Iktar u iktar pożizzjonijiet t’awtorità qegħdin jingħataw lil nies li dejjem inaqqsu mill-​fidi tagħhom. Hija sitwazzjoni intollerabbli fejn dawk li għandhom fidi qed jitmexxew minn dawk li m’għandhomx fidi.”

Tiħrax l-​Intolleranza Reliġjuża fil-​Ġeorġja

“Ix-​Xhieda taʼ Jehovah kienu qed jippjanaw li jagħmlu laqgħa mill-​ġdid għas-​sajf ġo għalqa ħdejn kanal tax-​xmara, imma l-​lejl taʼ qabel waslet marmalja,” jgħid rapport f’The New York Times. “Erbgħa u għoxrin raġel lebsin slaleb tal-​Knisja Ortodossa Ġeorġjana waslu b’xarabank u għamlu tfittxija bir-​reqqa fid-​dar taʼ Ushangi Bunturi fejn kienet se ssir il-​laqgħa. Huma ġabru munzelli taʼ Bibbji u fuljetti reliġjużi kif ukoll l-​affarijiet tas-​Sur Bunturi fil-​bitħa u ħarquhom . . . Huma mlew il-​pixxina tal-​magħmudija bid-​diesel. Marru l-​pulizija wkoll, inkluż il-​kap tal-​pulizija lokali . . . Ħadd ma ġie arrestat. . . . L-​attakki saru qishom kienu ppjanati minn qabel.” Filwaqt li kien hemm tensjonijiet reliġjużi “f’ħafna minn dawk li qabel kienu repubbliki taʼ l-​Unjoni Sovjetika, inkluż ir-​Russja,” tgħid it-​Times, “il-​Ġeorġja hija unika fil-​ħruxija tal-​vjolenza lejn il-​minoranzi reliġjużi, u fl-​evidenza tal-​kompliċità fl-​attakki min-​naħa taʼ l-​uffiċjali. Il-​Ġeorġja ggarantiet il-​libertà tar-​reliġjon fil-​Kostituzzjoni li għamlet wara li nqatgħet mill-​Unjoni Sovjetika. Imma fil-​vjolenza li qed tiżdied kien hemm bosta attakki minn marmalji, attakki taʼ ħruq, u swat.”

Ir-​Reliġjon u l-​Gwerra

“L-​iktar kontroversji mdemmija u perikolużi taʼ llum . . . għandhom x’jaqsmu mar-​reliġjon,” tgħid il-​gazzetta USA Today. Dawn huma wkoll diffiċli ħafna biex jissolvew. “Il-​mezzi li normalment jintużaw fid-​diplomazija​—li l-​pajjiżi jkunu lesti jagħmlu kompromess, per eżempju, jew jinsew inġustizzji tal-​passat​—jistgħu jkunu iktar diffiċli li jintużaw meta dawk li jkunu kontra xulxin isostnu li Alla qiegħed magħhom,” tkompli l-​gazzetta. “Dan japplika anki meta r-​reliġjon tkun għodda biex tħeġġeġ l-​appoġġ tan-​nies iktar milli tkun il-​kaġun taʼ konflitt. Imma meta din tkun il-​kaġun, dan jistaʼ jinvolvi ġlied fuq affarijiet inqas spiritwali, bħal fuq xi biċċa art jew fuq il-​poter.” Differenzi reliġjużi saħansitra jagħmluha iktar diffiċli biex ikun hemm waqfa qasira minn gwerra. Eżempju wieħed huwa l-​ġlied reċenti fil-​Kosovo. Kien hemm ħsieb li ssir waqfa qasira fi żmien l-​Għid, imma ma setgħetx issir peress li d-​dati għaċ-​ċelebrazzjonijiet Kattoliċi u Ortodossi kienu differenti. “Fl-​aħħar spiċċaw biex lanqas biss waqfu għal ftit,” tgħid il-​USA Today.

Il-​Ħalib taʼ l-​Omm Huwa taʼ Ġid

“Sempliċement m’hemm l-​ebda ikel aħjar għat-​trabi tat-​twelid” mill-​ħalib taʼ l-​omm, jikteb in-​newrokirurgu t-​Tabib Sanjay Gupta fir-​rivista Time. “Trabi li jiġu mreddgħin mill-​omm jiddaħħlu inqas l-​isptar, ikollhom inqas infezzjonijiet fil-​widnejn, dijarea, raxxijiet, allerġiji u problemi mediċi oħra minn tfal li jingħataw il-​flixkun.” Huwa rapportat ukoll li l-​ħalib taʼ l-​omm jipproteġi minn mard tan-​nifs. Studju fid-​Danimarka kkonkluda li “l-​adulti li bħala trabi damu jiġu mreddgħin minn ommhom għal sebaʼ sa disaʼ xhur kellhom livell taʼ intelliġenza iktar għoli minn dawk li treddgħu biss għal ġimagħtejn jew inqas.” L-​Akkademja Amerikana tal-​Pedjatrija tissuġġerixxi li tarbija tiġi mreddgħa għal sitt xhur u, jekk inhu possibbli, għal sena jew iktar. “Fil-​fatt mhux it-​trabi biss jibbenefikaw jekk jiġu mreddgħin,” jgħid il-​U.S.News & World Report. Studju fuq 150,000 mara fi 30 pajjiż differenti wera li “għal kull sena li mara treddaʼ, din taqtaʼ r-​riskju għal għomorha li tiżviluppa kanċer fis-​sider b’4.3 fil-​mija.” Minkejja dan, “nofs l-​ommijiet Amerikani biss ireddgħu, għal perijodu taʼ madwar xahrejn jew tlieta.”

Ir-​Relazzjonijiet fil-​Familja Jistgħu Jgħinu biex Jiġi Evitat l-​Abbuż tad-​Droga

Studju fuq l-​adolexxenti fil-​Britannja, il-​Ġermanja, l-​Irlanda, l-​Italja, u l-​Olanda “juri li l-​kwalità tal-​ħajja tal-​familja, jew pjuttost il-​fatt li ħafna żgħażagħ lanqas biss ikollhom waħda, tinsab fil-​qalba tal-​problema tad-​drogi fis-​soċjetà tal-​Punent,” qal Dr. Paul McArdle li huwa riċerkatur fl-​Università taʼ Newcastle, l-​Ingilterra. Kif ġie rapportat f’The Daily Telegraph taʼ Londra, meta ż-​żgħażagħ għexu maż-​żewġ ġenituri u gawdew relazzjonijiet mill-​aqwa mal-​familja tagħhom, speċjalment maʼ ommhom, 16.6 fil-​mija minnhom biss żviluppaw vizzji tad-​droga. Imma meta ma kienx hemm dawn il-​fatturi, 42.3 fil-​mija kienu jieħdu d-​drogi. “Aħna lit-​tfal nuruhom biċ-​ċar il-​perikli taʼ l-​abbuż tad-​droga kemm fuq it-​TV u anki billi nieħdu passi fl-​iskejjel għall-​prevenzjoni tad-​droga, imma milli jidher ħadd ma qed jagħmel xejn fejn tidħol il-​kwistjoni tar-​responsabbiltà tal-​ġenituri,” qal McArdle. “Jien naħseb li prevenzjoni effettiva taʼ l-​użu tad-​droga tiddependi iktar mir-​relazzjonijiet fil-​familja milli minn kwalunkwe fattur ieħor.”

Rata taʼ Mwiet Iktar Baxxa

Fl-​Istati Uniti, “titjib fil-​kura taʼ l-​emerġenza f’dawn l-​aħħar 40 sena għen biex inaqqas ir-​rata taʼ mwiet taʼ vittmi li jiġu attakkati,” jgħid rapport mill-​Associated Press. Ir-​riċerkaturi sabu li mill-​1960 sa l-​1999, ir-​rata taʼ mwiet minn attakki kriminali naqas bi kważi 70 fil-​mija fl-​Istati Uniti, avolja kien hemm kważi sitt darbiet iktar attakki kriminali fl-​istess perijodu taʼ żmien. L-​istudju wera wkoll li fl-​1960, 5.6 fil-​mija mill-​vittmi t’attakki vjolenti spiċċaw biex mietu, imma fl-​1999, 1.7 fil-​mija biss mill-​attakki rriżultaw f’mewt. Ir-​riċerkaturi faħħru għadd taʼ avanzi mediċi li għenu biex tonqos ir-​rata taʼ l-​imwiet, fosthom “l-​iżvilupp tas-​servizzi t’emerġenza tan-​numru 911, li l-​vittmi taʼ inċidenti gravi malajr jinġiebu f’kundizzjoni stabbli u jittieħdu l-​isptar, taħriġ aħjar għall-​ispeċjalisti mediċi taʼ l-​emerġenza, u iktar sptarijiet u ċentri speċjalizzati biex jieħdu ħsieb inċidenti gravi,” jgħid ir-​rapport. Il-​professur Anthony Harris, mill-​Università taʼ Massachusetts ġo Amherst, qal: “In-​nies li setgħu spiċċaw ġol-​kamra mortwarja 20 sena ilu, illum sempliċement jingħataw kura u ħafna drabi joħorġu mill-​isptar fi ftit ġranet.”

Taħriġ Fjakk għaż-​Żwieġ

Iktar minn 40 fil-​mija mill-​koppji li jgħixu flimkien qabel jiżżewġu, jiddivorzjaw qabel l-​għaxar anniversarju tagħhom, tirrapporta d-​Daily News taʼ New York. Il-​figuri miġbura miċ-​Ċentru Nazzjonali għall-​Istatistiċi tas-​Saħħa juru wkoll li l-​koppji li jkunu għexu flimkien qabel iżżewġu u jibqgħu miżżewġin għal iktar minn għaxar snin għandhom ċans doppju li eventwalment jiksbu divorzju. “Jekk ikollok tnejn li qed jaħsbu biex jintrabtu flimkien u ma jaħsbux li huwa tajjeb li jgħixu flimkien minn qabel,” jgħid Matthew Bramlett, il-​kittieb prinċipali tar-​rapport, “dawn huma wkoll it-​tip taʼ nies li għandhom inqas ċans li jiddivorzjaw.” Iktar minn hekk, nies li jgħixu flimkien qabel iż-​żwieġ “jidhru li inqas ikunu lesti li jissaportu l-​uġigħ emozzjonali biex jipprovaw isolvu problemi f’relazzjoni,” tgħid il-​konsulenta taż-​żwieġ Alice Stephens.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja