LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 4/8 p. 31
  • Il-Ħxuna Żejda Qed Issir Epidemija Globali?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ħxuna Żejda Qed Issir Epidemija Globali?
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • L-Obeżità—Hija Verament Problema?
    Stenbaħ!—2004
  • L-Obeżità—Minn Xiex Tiġi?
    Stenbaħ!—2004
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2004
  • Id-dijabete—Tista’ tnaqqas ir-riskju?
    Stenbaħ!—2014
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2003
g03 4/8 p. 31

Il-​Ħxuna Żejda Qed Issir Epidemija Globali?

“TAʼ SPISS il-​ħxuna żejda tiġi meqjusa bħala l-​effett tal-​ħajja moderna f’pajjiżi sinjuri u żviluppati, imma issa din qiegħda teffettwa wkoll lil pajjiżi li qed jiżviluppaw,” jirrapporta l-​ġurnal mediku Ingliż The Lancet. Din uriet li issa l-​esperti tan-​nutriment qegħdin iwissu dwar “epidemija globali” taʼ mard li huwa konness mal-​ħxuna żejda bħalma hi d-​dijabete, il-​pressjoni għolja ħafna fid-​demm, il-​kanċer, u l-​mard tal-​qalb u l-​arterji.

F’dawn l-​aħħar tmien snin, fiċ-​Ċina, in-​numru taʼ rġiel li għandhom piż żejjed ittriplika ruħu filwaqt li dak tan-​nisa rdoppja. Minħabba dan, ir-​rata taʼ nies hemmhekk li jbatu bi pressjoni għolja fid-​demm saret simili għal dik fl-​Istati Uniti. Iktar minn nofs il-​każijiet ġodda kollha taʼ dijabete jinstabu fl-​Indja jew fiċ-​Ċina. Il-​livell taʼ dijabete fl-​Eġittu huwa ugwali għal dak fl-​Istati Uniti, u nofs in-​nisa f’dak il-​pajjiż għandhom piż żejjed. Fil-​Messiku, f’kull livell tas-​soċjetà u f’kull parti tal-​pajjiż, in-​numru taʼ dawk li huma ħoxnin iżżejjed żdied malajr b’konsegwenza li żdiedet id-​dijabete. Anki f’pajjiżi fqar ħafna fil-​parti taʼ l-​Afrika ’l isfel mid-​deżert tas-​Saħara, il-​ħxuna żejda u d-​dijabete qegħdin jiżdiedu.

Għalkemm f’xi pajjiżi l-​kaġun għall-​ħxuna żejda jistaʼ jkun l-​ikel taʼ malajr mimli xaħmijiet, wieħed mill-​kaġuni ewlenin huwa li ħafna manifatturi qegħdin iżidu iktar zokkor maʼ l-​ikel “biex dan ikollu togħma aħjar.” Iktar minn hekk, id-​dieti Asjatiċi u Afrikani jinkludu iktar żejt taʼ l-​ikel, u maʼ dan jiżdiedu l-​kaloriji. Minħabba t-​teknoloġija avanzata fil-​fabbriki u fl-​agrikultura, jinħtieġ inqas sforz biex isiru l-​prodotti. In-​nies iridu jaħdmu inqas u għandhom iktar ħin liberu. Issa li l-​kompjuters u t-​televixin saru xi ħaġa tant komuni, il-​ħaddiema jagħmlu inqas eżerċizzju, u minħabba l-​“E-mail m’għadx baqaʼ l-​bżonn li wieħed iqum minn postu biex iwassal messaġġ u biex ikellem lill-​kollegi tiegħu.”

Ladarba l-​ħxuna żejda qiegħda tiżdied ukoll fost it-​tfal taʼ l-​iskola, speċjalment fi nħawi fejn ir-​rikreazzjoni u l-​attività fiżika naqsu, hemm bżonn urġenti li l-​għalliema jżommu f’moħħhom li l-​ikel għandu x’jaqsam maʼ kemm wieħed imur tajjeb fl-​iskola. Gail Harrison, mill-​Iskola Pubblika tas-​Saħħa, fl-​Università taʼ Kalifornja, twissi li minbarra l-​isforzi u l-​metodi li jinħolqu għall-​prevenzjoni tal-​ħxuna żejda fit-​tfal fl-​inħawi lokali, huwa essenzjali li ssir lista waħda għall-​pajjiżi kollha madwar id-​dinja li turi xi jrid isir għall-​prevenzjoni. Maʼ din jiġi l-​iżvilupp taʼ regoli, abbiltajiet, u servizzi. Dan kollu jgħin sabiex tissolva l-​problema taʼ l-​epidemija tal-​ħxuna żejda u l-​mard li ġġib magħha.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja