LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 8/8 p. 28
  • Ħarsa Lejn id-Dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa Lejn id-Dinja
  • Stenbaħ!—2003
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jaqtgħu Biċċiet mill-​Klieb il-​Baħar
  • Użu Tajjeb mill-​Ħin
  • L-​Edukazzjoni Sesswali Bżonnjuża Iktar Minn Qatt Qabel
  • Protezzjoni min-​Nemus
  • X’għandek tkun taf dwar il-malarja
    Stenbaħ!—2015
  • Iċ-ċelluli tiegħek—Libreriji ħajjin!
    Stenbaħ!—2015
  • Kwalità tal-​Leħen
    Ibbenefika mill-Edukazzjoni tal-Iskola tal-Ministeru Teokratiku
  • Għandu Jkolli Credit Card?
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2003
g03 8/8 p. 28

Ħarsa Lejn id-​Dinja

Jaqtgħu Biċċiet mill-​Klieb il-​Baħar

Madwar id-​dinja kollha, is-​sajjieda kummerċjali qegħdin ifittxu bir-​reqqa fl-​oċeani għall-​klieb il-​baħar, jaqtgħulhom ix-​xewka taʼ daharhom, u jitfgħu lura fil-​baħar dak li jifdal mill-​ġisem mejjet tagħhom. “Dan it-​tbiċċir li jkexkxek isir minħabba sempliċi soppa [tax-xewka tad-​dahar tal-​kelb il-​baħar] li tiswa ħafna flus u li hawn domanda kbira għaliha,” tirrapporta s-​Science News. F’Awissu taʼ l-​2002, il-​Gwardja Kostali taʼ l-​Istati Uniti ssekwestrat bastiment mill-​Ħawajj li kien ’il barra mill-​kosta tal-​Messiku wara li sabet li dan kien mgħobbi bi 32 tunnellata xewk tad-​dahar tal-​klieb il-​baħar. Fuq il-​bastiment ma kienx hemm partijiet oħra tal-​kelb il-​baħar. “It-​tagħbija esaġerata tirrappreżenta l-​qtil taʼ mill-​inqas 30,000 kelb il-​baħar u r-​rimi taʼ madwar 580,000 kilogramma ħut,” tgħid ir-​rivista. “Huwa stmat li madwar il-​globu, id-​dgħajjes tas-​sajjieda qegħdin jaqbdu mal-​100 miljun kelb il-​baħar fis-​sena.” Peress li x-​xewk tad-​dahar tal-​kelb il-​baħar qiegħed jinbiegħ fis-​suq għal iktar minn Lm75 kull 450 gramma, id-​domanda hija kbira wisq biex tlaħħaq magħha.

Użu Tajjeb mill-​Ħin

Studju reċenti jikkonkludi li “dawk in-​nies li jgergru għax m’għandhomx biżżejjed ħin qegħdin iqarrqu bihom infushom,” tirrapporta The Australian. Il-​gazzetta tikkwota studju li sar mill-​Università taʼ New South Wales u mill-​Università Nazzjonali Awstraljana li jgħid: “Ħafna minna qegħdin inqattgħu iktar ħin fuq ix-​xogħol u fil-​faċendi tad-​dar minn kemm huwa verament neċessarju.” Ir-​riċerkaturi kkalkulaw l-​ammont taʼ ħin li kellha bżonn taħdem koppja bla tfal u li taħdem sekularment biex ikollha l-​ħtiġijiet bażiċi tal-​ħajja. Imbagħad qabblu dan l-​ammont mal-​ħin li jqattgħu fir-​realtà f’dawn l-​attivitajiet. L-​istudju wera li dawk il-​koppji bla tfal li jaħdmu “jqattgħu total taʼ 79 siegħa fil-​ġimgħa jaħdmu, 37 siegħa fil-​faċendi tad-​dar u 138 siegħa jieħdu ħsieb tagħhom infushom. Imma kulma kellhom bżonn hu li jaħdmu 20 siegħa biss fil-​ġimgħa [10 sigħat kull wieħed], iqattgħu 18-il siegħa fil-​faċendi tad-​dar u 116-il siegħa jieħdu ħsieb tagħhom infushom [inkluż jieklu u jorqdu],” tgħid il-​gazzetta. Kieku koppja tkun lesta li tissimplifika ħajjitha, tkun tistaʼ tiggwadanja daqs 100 siegħa oħra fil-​ġimgħa għall-​ħin liberu. Skond The Australian, l-​istudju jindika li l-​koppji bla tfal li jaħdmu “jsostnu li għandhom ġlieda kbira mal-​ħin, iżda fil-​fatt, għandhom inqas pressjoni minn oħrajn, ladarba l-​ġenituri huma l-​iktar uħud li jridu jiġġieldu mal-​ħin.”

L-​Edukazzjoni Sesswali Bżonnjuża Iktar Minn Qatt Qabel

Skond figuri uffiċjali fil-​Ġermanja, bejn l-​1996 u l-​2001, l-​abort żdied b’60 fil-​mija fost it-​tfajliet taʼ bejn il-​15 u 17-il sena u b’90 fil-​mija fost it-​tfajliet li huma saħansitra taʼ età iżgħar, tirrapporta Der Spiegel. Norbert Kluge, mill-​Università taʼ Koblenz-Landau, jgħid li waqt li t-​tfal qegħdin jilħqu l-​maturità sesswali taʼ età iżgħar minn qatt qabel, huma ‘m’humiex mgħallmin sew fejn jidħol is-​sess—u m’humiex qed jiġu mgħallma kmieni biżżejjed.’ It-​tfal għandhom bżonn ikunu informati sew dwar il-​fatti tal-​ħajja qabel ma jilħqu l-​età taʼ għaxar snin, imma ħafna ġenituri jevitaw ir-​responsabbiltà li għandhom, jgħid Kluge. Skond il-​Berliner Morgenpost, id-​direttur tal-​Kunsill Federali tal-​Ġenituri f’Bonn jagħti l-​parir lill-​ġenituri biex jagħtu iktar importanza lis-​suġġetti emozzjonali, bħall-​“imħabba u r-​relazzjonijiet,” minflok ma jenfasizzaw il-​proċess bijoloġiku.

Protezzjoni min-​Nemus

“Jeżistu iktar minn 2,500 speċi taʼ nemus u dawn jinsabu fuq il-​pjaneta kollha,” tgħid ir-​rivista México Desconocido. Waqt li n-​nemus maskili u femminili jiekol in-​nektar, in-​nisa biss jigdmu. Bħala riżultat, dawn jittrasmettu l-​malarja, id-​dengue, u l-​virus tal-​West Nile lill-​bnedmin. Kif tistaʼ tipproteġi lilek innifsek min-​nemus? Ir-​rapport jissuġġerixxi dan li ġej: (1) Evita li toħroġ fl-​għabex u bil-​lejl, meta n-​nemus ikun l-​iktar attiv. (2) Uża xibka tan-​nemus, miksija b’sustanza kontra n-​nemus. (3) Ilbes ħwejjeġ wesgħin bil-​kmiem twal u qliezet twal u, jekk ikun hemm bżonn, ilbes xi kappell bix-​xibka ħalli tgħatti rasek kollha. (4) Indilek b’sustanza kontra n-​nemus fil-​partijiet tal-​ġilda li jkunu mikxufin. (5) Kuljum ħu 300 milligramma vitamina B1. Din iġġiegħel li l-​għaraq taʼ xi nies ibiegħed lin-​nemus. (6) F’postijiet umdużi, itfaʼ t-​tajn fuq il-​ġilda tiegħek biex tiddefendi ruħek f’każ taʼ emerġenza. Jekk tingidem, evita li tħokk għax jekk tibda ddemma tistaʼ taqbdek infezzjoni. Minflok, indilek bil-​calamine lotion.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja