LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 3/8 pp. 3-6
  • L-Annimali—Għotja Mingħand Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Annimali—Għotja Mingħand Alla
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Relazzjoni fil-​Bidu mal-​Bnedmin
  • Relazzjoni mill-​Qrib u Dejjiema
  • Devoti Lejn l-​Annimali
  • L-Annimali Domestiċi—Żomm Ħarsa Bilanċjata Lejhom
    Stenbaħ!—2004
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2004
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2004
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 3/8 pp. 3-6

L-​Annimali—Għotja Mingħand Alla

QATT żort xi ġnien żooloġiku jew ċirklu? Xtaqt iżżomm jew tmelles xi wieħed mill-​annimali sbieħ—forsi xi ljun maestuż jew tigra Siberjana kbira? Forsi ħassejtek titgħaxxaq meta rajt lil dak li jħarreġ jew jieħu ħsieb l-​annimali jagħmel dan. Tabilħaqq, kważi 2,000 sena ilu kittieb tal-​Bibbja qal: “Kull xorta taʼ bhejjem u għasafar, kull xorta taʼ bhejjem li jitkaxkru maʼ l-​art u taʼ ħut, dawn kienu u huma mmansati mill-​bniedem.”—Ġakbu 3:7.

Kull tip taʼ annimal iwieġeb għall-​imħabba u l-​attenzjoni. Tabilħaqq, tistaʼ tkun xi ħaġa taʼ ferħ li tarahom jikkooperaw maʼ bnedmin li jieħdu ħsiebhom u li jimmansawhom. Plinju, il-​kittieb Ruman li kien kontemporanju tal-​kittieb tal-​Bibbja Ġakbu, tkellem dwar l-​iljunfanti, l-​iljuni, it-​tigri, l-​ajkli, il-​kukkudrilli, is-​sriep, u saħansitra l-​ħut li jiġu mmansati.

Fil-fatt, l-​annimali ilhom mill-​imgħoddi jiġu mmansati biex isiru domestiċi. Ħafna qabel ma bdew jiktbu Ġakbu u Plinju, l-​Eġizzjani kienu jimmansaw l-​annimali salvaġġi u jżommuhom bħala annimali domestiċi. Illum, f’xi pajjiżi, ħafna annimali li s-​soltu ssibhom fil-​ġnien żooloġiku tistaʼ ssibhom ukoll fid-​djar.

Relazzjoni fil-​Bidu mal-​Bnedmin

Il-​Bibbja, l-​ewwel dokument imniżżel bil-​miktub dwar l-​istorja tal-​bniedem, tgħid li l-​ewwel bniedem Adam semmaʼ lill-​annimali. “Ġiebhom quddiem il-​bniedem biex jara xi jsemmihom” tgħid il-​Bibbja, “il-​bniedem semma lil kull ħliqa ħajja, dak ikun isimha. U l-​bniedem ta isem lil kull bhima u ’l kull tajra taʼ l-​ajru, u ’l kull annimal selvaġġ.” (Ġenesi 2:​19, 20) Jidher ċar li Adam sar familjari sew maʼ l-​annimali sabiex ikun jistaʼ jagħtihom isem addattat. Iżda ma kellux bżonn protezzjoni—lanqas mill-​bhejjem salvaġġi. Kienu fil-​paċi miegħu, u min jaf kemm ħa gost bil-​kumpanija tagħhom!

Alla ta kemm lil Adam u kemm lil martu Eva r-​responsabbiltà li jieħdu ħsieb l-​annimali. Skond l-​iskop t’Alla kif inhu dikjarat fil-​Bibbja, il-​bnedmin kellhom “jaħkmu fuq il-​ħut tal-​baħar u fuq it-​tajr taʼ l-​ajru, fuq il-​bhejjem tad-​dar u fuq il-​bhejjem selvaġġi, u fuq il-​ħlejjaq li jitkaxkru fuq l-​art.”—Ġenesi 1:26.

Relazzjoni mill-​Qrib u Dejjiema

Meta n-​nies jaħkmu l-​annimali kif suppost, ir-​riżultat jistaʼ jqawwi l-​qalb. Annimal maħbub jistaʼ jitqies bħala ħabib għażiż, saħansitra bħala parti mill-​familja. Nistgħu naraw kemm dan kien minnu eluf taʼ snin ilu fir-​rakkont tal-​Bibbja dwar “ħarufa żgħira” taʼ raġel fqir. Il-​profeta Natan kellem lis-​Sultan David dwar il-​ħarufa, billi qallu dwar ir-​raġel fqir: “Kienet tiekol [il-ħarufa] mill-​ftiet tiegħu, tixrob mill-​kus tiegħu, u torqod fi ħdanu; għalih kienet qisha bintu.”—2 Samwel 12:​1-3.

Ħafna llum jistgħu jifhmu kif annimal jistaʼ jsir ħabib maħbub, bħal membru tal-​familja. Ikkunsidra familja li tgħix ħdejn Harare, il-​belt kapitali taʼ Żimbabwe. Il-​ġenituri xtraw kelb kull wieħed lit-​tfal tagħhom biex iżommilhom kumpanija. Meta wieħed mis-​subien, li dak iż-​żmien kellu xi tmien snin, kien miexi mal-​kelb tiegħu, f’daqqa waħda serp kbir velenuż li jissejjaħ mamba, waqaʼ minn siġra quddiemu. Is-​serp attakkah, iżda l-​kelb ħareġ għalih qisu sajjetta u salva l-​ħajja tat-​tifel. Tistaʼ timmaġina kemm kien prezzjuż dak il-​kelb għall-​familja?

Il-​klieb li ġew imħarrġin biex jgħinu lit-​torox huma partikolarment għeżież għal dawn l-​uħud. Waħda mara tgħid: “Twinkie tismaʼ l-​qanpiena ċċempel, u tiġi ttaptapli fuq sieqi u tiħodni sal-​bieb taʼ barra. Bl-​istess mod, meta Twinkie tismaʼ l-​allarm tal-​forn idoqq, hi tiġi tiġri sa ħdejja, u jien insegwiha. Jekk ikun hemm xi nar jew xi allarm tan-​nar, Twinkie hija mħarrġa biex tiġbidli l-​attenzjoni u mbagħad timtedd maʼ l-​art biex turini li jistaʼ jkun hemm xi periklu.”

Taʼ min jinnota kemm hi utli r-​relazzjoni bejn l-​għomja u l-​klieb tagħhom li jmexxuhom. Michael Tucker, li jħarreġ il-​klieb li jmexxu lill-​għomja, awtur taʼ The Eyes That Lead, jemmen li kelb li jmexxi l-​għomja jistaʼ jbiddel il-​ħajja taʼ l-​għami għaliex jagħtih “il-​libertà, l-​indipendenza, l-​abbiltà li jmur fejn irid, u l-​kumpanija.” Tabilħaqq, spiss tistaʼ titgħaxxaq meta tara r-​relazzjoni bejn dawn il-​klieb u sidhom!

Is-sitwazzjoni hija simili għal min hu diżabilitat b’xi mod ieħor u jżomm kelb bħala kumpanija. Kelb taʼ mara li ma tistaʼ tmur imkien mingħajr is-​siġġu tar-​roti, ġie mgħallem jerfaʼ t-​telefon u jilgħaq il-​bolol għall-​posta! Kelb ieħor iwieġeb għal 120 kmand, saħansitra jiġbor il-​laned u l-​pakketti mill-​ixkafef tas-​supermarket. Is-​sid diżabilitat jipponta bil-​laser fuq l-​affarijiet li jagħżel, u mbagħad il-​kelb tiegħu jġibhomlu.

L-annimali domestiċi jistgħu wkoll ikunu t’għajnuna għax-​xjuħ. Tabib veterinarju tal-​mediċina qal li l-​annimali domestiċi, inkluż il-​klieb, “jagħtu skop lix-​xjuħ fi żmien meta s-​soċjetà spiss tinjorahom.” The Toronto Star tirrapporta: “L-​annimali li jitrabbew bħala kumpanija huma konnessi mal-​fatt li sidhom ikollu inqas stress, jagħmel inqas visti għand it-​tabib, u saħansitra jżidulu ċ-​ċans li jibqaʼ ħaj wara attakk tal-​qalb.”

The New Encyclopædia Britannica tinnota din l-​osservazzjoni interessanti: “Meta trabbi l-​annimali domestiċi jkollok l-​opportunità tgħallem lit-​tfal dwar ir-​rabta mill-​qrib bejn il-​privileġġi u r-​responsabbiltà u jitgħallmu wkoll xi ħaġa dwar is-​sess. It-​tfal malajr jinnotaw li l-​annimali jitgħammru, kif ukoll kif wara jiġi l-​perijodu tat-​tqala u d-​diversi problemi involuti fit-​twelid u t-​trobbija tal-​frieħ.

Devoti Lejn l-​Annimali

Il-​lealtà taʼ l-​għaġeb taʼ l-​annimali fil-​fatt iġġiegħel lil xi nies iħobbu iktar lill-​annimali domestiċi milli lill-​membri tal-​familja. F’każijiet taʼ divorzju, kultant tingħata l-​kustodja taʼ l-​annimali domestiċi bħala parti mill-​arranġament tat-​tqassim tal-​proprjetà. U xi nies iniżżlu lill-​annimali domestiċi fit-​testment tagħhom bħala dawk li jibbenefikaw mill-​ġid enormi li jkollhom.

Mhux taʼ b’xejn li llum isir ħafna qligħ minn fuq l-​annimali domestiċi! Jeżistu kotba u rivisti li jipprovdu pariri dwar kwalunkwe ħaġa konnessa maʼ l-​annimali domestiċi. Billi jirrealizzaw li xi sidien huma lesti li jipprovdu lussu estrem għall-​annimali domestiċi tagħhom, in-​negozji joffru dak kollu li jistgħu jixtiequ dawn is-​sidien.

Per eżempju, huwa possibbli li persuna tikkonsulta maʼ tobba speċjalizzati ferm li jikkuraw kull tip taʼ wġigħ li jeffettwa lill-​annimali domestiċi. Hemm psikjatri taʼ dawn l-​annimali li jistgħu jagħtu riċetti taʼ kuri kontra d-​dipressjoni għall-​annimal domestiku. Barra minn hekk, jeżistu avukati u aġenti taʼ l-​assigurazzjoni għall-​annimali domestiċi, kif ukoll servizzi biex itejbu d-​dehra taʼ l-​annimali u ċentri li jipprovdu t-​taħriġ. Isiru wkoll funerali għall-​annimali domestiċi. U hemm min joffri li jipproduċi kopja identika (cloning) taʼ l-​annimali domestiċi—naturalment bil-​belli liri!

Jidher ċar li l-​imħabba lejn l-​annimali domestiċi hija xi ħaġa komuni. Fil-​ktieb tagħha The Animal Attraction it-​tabiba Jonica Newby tikkonkludi: “Meta kelb jiġi jiġri għal fuqna, iferfer denbu u jilqagħna bħallikieku konna l-​isbaħ ħaġa li ltaqaʼ magħha tul il-​ġurnata kollha, jidher li huwa raġunevoli li ngħajtulu ‘qalbi.’” Żgur li nistgħu nifhmu għala ħafna sidien t’annimali domestiċi jitqanqlu biex juruhom l-​istess “imħabba.”

Madankollu, l-​isforzi biex l-​annimali domestiċi jiġu trattati bħall-​bnedmin jistgħu wkoll ikollhom lat negattiv. Wara kollox, annimal domestiku ma jistax jissodisfa l-​bżonnijiet taʼ l-​individwu bħalma jistgħu jagħmlu l-​bnedmin sħabu. Iktar minn hekk, tistaʼ tkun taʼ problema kemm għall-​annimali infushom kif ukoll għas-​sidien tagħhom jekk l-​annimali domestiċi jipprovaw jaddattaw ruħhom għall-​ambjent taʼ xi belt. Se neżaminaw dawn l-​affarijiet fl-​artiklu li jmiss.

[Stampa f’paġna 3]

L-​annimali salvaġġi ilhom jiġu mmmansati għal żmien twil

[Sors]

Parti minn The Great King of the Parthians Hunts With His Tame Panthers minn Giovanni Stradanno: © Stapleton Collection/CORBIS

[Stampa f’paġna 4]

Ir-​rgħajja Iżraelin kienu jieħdu ħsieb lill-​ħrief tagħhom b’mod teneru

[Stampi f’paġna 5]

L-​annimali domestiċi jistgħu jgħinu lid-​diżabilitati u lix-​xjuħ

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja