LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 9/8 pp. 3-5
  • Forom Differenti taʼ Preġudizzju

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Forom Differenti taʼ Preġudizzju
  • Stenbaħ!—2004
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Preġudizzju Matul is-​Sekli
  • L-Għeruq tal-Preġudizzju
    Stenbaħ!—2004
  • Il-Preġudizzju—Ġejt Infettat?
    Stenbaħ!—2020
  • It-Tmiem tal-Preġudizzju
    Stenbaħ!—2004
  • Jalla nkunu lkoll ħaġa waħda bħalma huma Ġeħova u Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 9/8 pp. 3-5

Forom Differenti taʼ Preġudizzju

“Keċċi l-​preġudizzju ’l barra mill-​bieb, u jerġaʼ jidħol mit-​tieqa.”​—Federiku l-​Kbir, Re tal-​Prussja.

RAJESH jgħix f’Paliyad, raħal fl-​Indja. Bħal oħrajn tal-​kasta l-​iktar baxxa fis-​soċjetà Indjana, hu jrid jimxi 15-il minuta biex iġorr l-​ilma għall-​familja tiegħu. “Aħna ma nistgħux nużaw il-​viti taʼ l-​ilma fir-​raħal li jużaw dawk taʼ kasta iktar għolja,” jispjega hu. Meta kien l-​iskola, Rajesh u sħabu lanqas biss kienu jistgħu jmissu l-​futbol li kienu jilagħbu bih it-​tfal l-​oħra. “Minflok, konna nilagħbu bil-​ġebel,” jgħid hu.

“Inħoss li n-​nies jobogħduni, imma ma nafx għala,” tgħid Christina, żagħżugħa mill-​Asja li tgħix fl-​Ewropa. Hi żżid, “Inħossni frustrata ħafna. Is-​soltu nirreaġixxi billi ninqataʼ għalija waħdi, imma lanqas dan ma jtejjeb is-​sitwazzjoni.”

“L-​ewwel darba li sirt naf dwar il-​preġudizzju kien meta kelli 16-il sena,” jgħid Stanley, mill-​Afrika tal-​Punent. “Nies li lanqas biss kont nafhom qaluli biex nitlaq mill-​belt fejn kont noqgħod, u lil xi nies mit-​tribù tiegħi ħarqulhom djarhom. Missieri ma setax jiġbed flusu mill-​bank. B’riżultat taʼ dan, sirt nobgħod lit-​tribù li kien qed jaħqarna.”

Rajesh, Christina, u Stanley huma vittmi tal-​preġudizzju, u m’humiex waħedhom. “Mijiet taʼ miljuni taʼ bnedmin qed isofru minn razziżmu, diskriminazzjoni, senofobija (biżaʼ mill-​barranin), u esklużjoni mis-​soċjetà,” jispjega Koichiro Matsuura, id-​direttur ġenerali taʼ l-​Organizzazzjoni Edukattiva, Xjentifika, u Kulturali tal-​Ġnus Magħquda (UNESCO). “Dawn il-​prattiċi li jbaxxu lill-​bniedem huma sostnuti mill-​injoranza u l-​preġudizzju u kienu l-​bidu taʼ taqbid f’ħafna pajjiżi filwaqt li ġabu sofferenza umana kbira.”

Jekk int qatt ma kont vittma tal-​preġudizzju, għandek mnejn issibha diffiċli biex tifhem kemm dan hu trawmatiku. “Xi wħud jissaportu s-​sitwazzjoni u ma jgħidu xejn dwarha. Oħrajn ipattu l-​preġudizzju b’iktar preġudizzju,” jinnota l-​ktieb Face to Face Against Prejudice. Il-​preġudizzju b’liema modi jħassar il-​ħajjiet?

Jekk int parti minn grupp tal-​minoranza, forsi ssib li n-​nies iwarrbuk, iħarsu lejk bl-​ikrah, jew jgħaddu kummenti li jmaqdru l-​kultura tiegħek. Forsi ma tantx għandek opportunitajiet li tiġi impjegat sakemm ma taċċettax xi xogħol taʼ livell baxx li ħaddieħor ma jixtieqx jagħmel. Jistaʼ jkun diffiċli li ssib dar sura. It-​tfal tiegħek forsi jħossu li fl-​iskola jiġu maqtugħin u mwarrbin minn tfal oħra fil-​klassi tagħhom.

Agħar minn hekk, il-​preġudizzju jistaʼ jqanqal lil xi wħud għall-​vjolenza jew saħansitra għall-​qtil. Tabilħaqq, l-​istorja hija mimlija b’eżempji li jwaħħxuk taʼ vjolenza kaġunata mill-​preġudizzju​—inkluż massakri, ġenoċidji, u l-​hekk imsejjaħ tindif etniku.

Il-​Preġudizzju Matul is-​Sekli

Kien hemm żmien meta l-​Kristjani kienu lmira prinċipali tal-​preġudizzju. Per eżempju, ftit wara l-​mewt taʼ Ġesù kien hemm żjieda allarmanti fil-​persekuzzjoni ħarxa kontra l-​Kristjani. (Atti 8:3; 9:​1, 2; 26:​10, 11) Żewġ sekli wara, dawk li kienu jgħidu li huma Kristjani ffaċċjaw maltrattament krudil. “Jekk ikun hemm xi pesta,” kiteb Tertuljanu, kittieb tat-​tielet seklu, “mill-​ewwel l-​għajta hi, ‘Itfgħu l-​Kristjani qalb l-​Iljuni.’”

Madankollu, permezz tal-​Kruċjati li bdew fil-​11-il seklu, il-​Lhud saru l-​minoranza mhux popolari fl-​Ewropa. Meta l-​pesta bubonika nfirxet mal-​Kontinent u fi ftit snin biss qatlet madwar kwart mill-​popolazzjoni, kien faċli li jwaħħlu fil-​Lhud ladarba ħafna diġà kienu jobogħduhom. “Il-​pesta tat skuża lil din il-​mibegħda, u din il-​mibegħda ġagħlet lin-​nies, li kienu qed jibżgħu mill-​pesta, iqisu lil-​Lhud bħala l-​kaġun tal-​pesta,” tikteb Jeanette Farrell fil-​ktieb tagħha Invisible Enemies.

Eventwalment, taħt it-​tortura, raġel Lhudi fin-​nofsinhar taʼ Franza “ammetta” li l-​Lhud kienu kkaġunaw l-​epidemija billi tefgħu l-​velenu fil-​bjar. M’għandniex xi ngħidu, dak li qal ma kienx minnu, imma l-​informazzjoni ġiet imxandra bħala verità. Komunitajiet sħaħ taʼ Lhud fi Spanja, Franza, u l-​Ġermanja malajr bdew jinqatlu. Milli jidher ħadd ma ta kas taʼ dawk li kienu verament ħatjin​—il-​ġrieden. U ftit nies innotaw li bħal ħaddieħor anki l-​Lhud kienu qed imutu bil-​pesta!

Meta l-​preġudizzju jaqbad bħal ħuġġieġa, dan jistaʼ jibqaʼ mkebbes għal sekli sħaħ. F’nofs is-​seklu 20, Adolf Hitler qanqal sentimenti t’anti-Semitiżmu billi qal li kien minħabba l-​Lhud li l-​Ġermanja tilfet l-​ewwel gwerra dinjija. Fi tmiem it-​tieni gwerra dinjija, Rudolf Hoess​—il-​kmandant Nazist tal-​kamp tal-​konċentrament f’Auschwitz​—ammetta: “It-​taħriġ militari u ideoloġiku tagħna ġagħalna nemmnu li aħna kellna nipproteġu lill-​Ġermanja mil-​Lhud.” Sabiex ‘jipproteġi lill-​Ġermanja,’ Hoess ħa ħsieb li jinqatlu madwar 2,000,000 persuna, li l-​maġġuranza minnhom kienu Lhud.

B’dispjaċir, hekk kif għaddew is-​sekli, l-​atroċitajiet ma waqfux. Per eżempju, fl-​1994 il-​mibegħda bejn it-​tribujiet fl-​Afrika tal-​Lvant, tat-​Tutsi u l-​Ħutu, ikkaġunat il-​mewt taʼ minn taʼ l-​inqas nofs miljun ruħ. “Ma kienx hemm postijiet taʼ rifuġju,” irrapportat ir-​rivista Time. “Id-​demm ċarċar fil-​knejjes fejn ħafna fittxew il-​protezzjoni. . . . Il-​ġlied kien isir bl-​idejn, bejn nies li kienu jafu lil xulxin u kien tal-​biżaʼ. It-​tip taʼ kilba għad-​demm li kien hemm ħalliet lil dawk li rnexxielhom jaħarbu bla emozzjonijiet u bla kliem.” Anki t-​tfal ma skansawx il-​vjolenza terribbli. “L-​Irwanda hija post żgħir ħafna,” qal wieħed ċittadin. “Imma għandna l-​mibegħda tad-​dinja kollha.”

Il-konflitti li kien hemm meta kienet qed tinqasam l-​ex Jugoslavja, wasslu għall-​mewt taʼ iktar minn 200,000 persuna. Ġirien li kienu ilhom snin sħaħ jgħixu ħdejn xulxin fil-​paċi, qatlu lil xulxin. Eluf taʼ nisa ġew stuprati, u miljuni taʼ nies ġew imkeċċijin bil-​forza minn djarhom minħabba l-​azzjoni brutali tat-​tindif etniku.

Filwaqt li ħafna mill-​preġudizzju ma jwassalx għall-​qtil, dejjem jifred lin-​nies u jqanqal riżentiment. Minkejja l-​globalizzazzjoni, ir-​razziżmu u d-​diskriminazzjoni razzjali “donnhom qed jiżdiedu f’ħafna postijiet madwar id-​dinja,” jinnota rapport reċenti mill-​UNESCO.

Tistaʼ ssir xi ħaġa biex il-​preġudizzju jispiċċa? Sabiex inwieġbu din il-​mistoqsija, irridu niddeterminaw kif il-​preġudizzju jiżviluppa fil-​moħħ u fil-​qalb.

[Kaxxa f’paġna 5]

Il-​Karatteristiċi tal-​Preġudizzju

Fil-​ktieb tiegħu The Nature of Prejudice, Gordon W. Allport isemmi ħames tipi taʼ mġiba mqanqlin mill-​preġudizzju. Bniedem li hu preġudikat ġeneralment juri wieħed jew iktar minn dawn li ġejjin.

1. Kummenti negattivi. Individwu jitkellem bi tmaqdir dwar il-​grupp li ma jaħmilx.

2. Evitar. Hu jwarrab lil kulmin hu parti minn dan il-​grupp.

3. Diskriminazzjoni. Hu jeskludi membri mill-​grupp li hu malafamat minn ċerti tipi taʼ impjiegi, djar, jew privileġġi soċjali.

4. Attakk fiżiku. Hu jieħu sehem fil-​vjolenza li l-​iskop tagħha jkun li jintimida lin-​nies li sar jobgħod.

5. til. Hu jieħu sehem fi qtil, massakri, jew qerda taʼ popli sħaħ.

[Stampa f’paġna 4]

Il-​kamp tar-​refuġjati f’Benaco, it-​Tanzanija, 11 taʼ Mejju, 1994

Mara tistrieħ ħdejn il-​laned taʼ l-​ilma tagħha. Iktar minn 300,000 refuġjat, l-​iktar Irwandiżi mit-​tribù Ħutu, qasmu għat-​Tanzanija

[Sors]

Ritratt minn Paula Bronstein/Liaison

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja