LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g04 11/8 p. 30
  • Mingħand il-Qarrejja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mingħand il-Qarrejja
  • Stenbaħ!—2004
  • Materjal Simili
  • Kif Nistaʼ Nlaħħaq mal-Homework?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Nistaʼ Nsib il-Ħin biex Nagħmel il-Ħowmwerk?
    Stenbaħ!—2004
  • Paġna Tnejn
    Stenbaħ!—2004
  • ‘Għandi Wisq X’Nagħmel!’
    Stenbaħ!—2009
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2004
g04 11/8 p. 30

Mingħand il-​Qarrejja

Tfal Malli rċivejt is-​serje “It-​Tfal​—X’Jeħtieġu mill-​Ġenituri,” qrajtha b’ħerqa kbira. (1 taʼ Jannar, 2004) Bħala omm taʼ ħamest itfal, l-​artikli messewli qalbi profondament. Nixtieq li jistgħu jaqrawhom l-​ommijiet kollha madwar id-​dinja.

C. M., Franza

L-​artikli li tippubblikaw donnhom jiġu fil-​waqt għalija. Meta jien u żewġi sirna nafu li kont tqila, ippubblikajtu informazzjoni għan-​nisa tqal. (8 taʼ Jannar, 2003) Issa li aħna l-​ġenituri ferħanin taʼ tifel li għandu tliet xhur, ippubblikajtu suġġerimenti taʼ l-​għaġeb dwar kif trabbi lit-​tfal. Dawn l-​artikli kienu t’għajnuna kbira għalija bħala omm żagħżugħa.

D. K., Polonja

Bijografija Nirringrazzjakom taʼ l-​artikli kollha, imma l-​iktar li nieħu gost naqra huma l-​bijografiji. Ir-​rakkont taʼ Eileen Brumbaugh “Ix-​Xkiel Tiegħi Kien l-​Ilbies u d-​Dehra” messli qalbi. (8 taʼ Jannar, 2004) X’ħerqa ġenwina kellha biex issib ir-​reliġjon vera!

L. M., Russja

Kont interessata partikolarment fil-​bijografija taʼ Eileen Brumbaugh għax fejn noqgħod jien hawn popolazzjoni kbira taʼ familji mir-​reliġjonijiet Amish u Mennonin. Fil-​passat kont nirraġuna li għalxejn inkellimhom dwar il-​Bibbja għax jidhru konvinti ħafna mill-​fidi tagħhom. Mill-​esperjenza tagħha nistaʼ nara li jekk nuru interess persunali u sinċier, nistgħu ngħinu lil kull tip taʼ individwu biex jieħu għarfien eżatt dwar Alla.

M. H., Stati Uniti

Jien ukoll kelli l-​idea li l-​makeup u l-​ġojjelli kienu “tad-​dinja.” Kienet l-​imħabba bla ipokrisija tax-​Xhieda taʼ Ġeħova, kif ukoll ir-​rispett li għandhom għall-​Iskrittura Mqaddsa, li għenuni nara iktar milli sempliċement id-​dehra taʼ barra.

A. C., Stati Uniti

Mediċini Magħmulin mill-​Ħxejjex Jien ħadt gost naqra l-​artiklu “Mediċini Magħmulin mill-​Ħxejjex​—Jistgħu Dawn Jgħinuk?” (1 taʼ Jannar, 2004) Jien infermiera kwalifikata u nuża diversi mediċini magħmulin mill-​ħxejjex biex insaħħaħ l-​għadam tiegħi. Sibthom taʼ benefiċċju ħafna għalija. Madankollu, ma semmejtux li xi ħxejjex jistgħu jikkaġunaw telf kbir taʼ demm f’xi operazzjonijiet. Huwa importanti li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jkunu jafu li xi ħxejjex m’għandhomx jintużaw qabel xi operazzjoni kbira.

J. H., Stati Uniti

“Stenbaħ!” iwieġeb: Aħna napprezzaw din it-​tfakkira importanti. Qabel xi operazzjoni, huwa essenzjali li l-​pazjent jgħid lit-​tabib tiegħu bil-​mediċini kollha li jkun qed jieħu​—inkluż dawk magħmulin mill-​ħxejjex. Dan huwa importanti partikolarment għal dawk li jobdu l-​kmand tal-​Bibbja biex ‘nitbiegħdu mid-​demm.’—Atti 15:29.

Kelliemi fil-​Pubbliku Verament ħadt pjaċir naqra l-​artiklu “Iż-​Żgħażagħ Jistaqsu . . . Kif Nistaʼ Nirnexxi Bħala Kelliemi fil-​Pubbliku?” (1 taʼ Jannar, 2004) Jien ilni naħdem fil-​qasam tal-​ġurnaliżmu għal dawn l-​aħħar għaxar snin, imma xorta niċċita ruħi meta nkun se nagħmel preżentazzjoni quddiem grupp kbir taʼ nies. It-​taħriġ kollu li ħadt mill-​iskola u mix-​xogħol ma jitqabbilx maʼ l-​istruzzjoni li tispikka li ħadt bħala student fl-​Iskola tal-​Ministeru Teokratiku, li tinżamm fis-​Swali tas-​Saltna tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Dan it-​taħriġ mhux biss għenni biex nitjieb fil-​ministeru minn bieb għal bieb imma wkoll biex ikolli suċċess fix-​xogħol sekulari tiegħi.

L. B., Stati Uniti

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja