LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 4/8 pp. 26-27
  • Japprovah Alla ż-Żwieġ Bejn Tnejn taʼ l-Istess Sess?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Japprovah Alla ż-Żwieġ Bejn Tnejn taʼ l-Istess Sess?
  • Stenbaħ!—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ħallieq Tagħna Jagħmel il-​Livelli
  • Trid Tagħti Kont lil Alla
  • Il-Bibbja Tgħid Xi Ħaġa Dwar iż-Żwiġijiet tal-Istess Sess?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Hija l-omosesswalità ħażina?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Omosesswalità?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar l-omosesswalità?
    Stenbaħ!—2016
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2005
g05 4/8 pp. 26-27

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Japprovah Alla ż-​Żwieġ Bejn Tnejn taʼ l-​Istess Sess?

MATUL iċ-​ċerimonja fil-​knisja, iż-​żewġt irġiel jinsabu weqfin id f’id quddiem isqof Episkopali magħruf sew. Huma jagħmlu “patt . . . quddiem Alla u l-​knisja.” L-​isqof, liebes għall-​okkażjoni bi lbies abjad bid-​deheb, qiegħed ibierek l-​unjoni tagħhom pubblikament. Wara dan, il-​koppja jgħannqu u jbusu lil xulxin filwaqt li kulħadd iqum bil-​wieqfa jċapċpilhom. Skond dan l-​isqof, relazzjonijiet omosesswali bħal dawn “huma qaddisa u jixraq li jiġu mberkin, . . . jixraq li jissejħu dak li fil-​fatt huma: sagri.”

Madankollu, mexxejja reliġjużi oħra jesprimu oppożizzjoni qawwija għal dawn iż-​żwiġijiet bejn tnejn taʼ l-​istess sess. “Inħossuna verament imħawdin minħabba din id-​deċiżjoni [taʼ l-​isqof],” stqarret Cynthia Brust, kelliema għall-​Kunsill Anglikan taʼ l-​Amerika, grupp taʼ membri konservattivi tal-​knisja Episkopali. “It-​tberik taʼ tnejn taʼ l-​istess sess jikkontradixxi t-​tagħlim ċar tal-​Bibbja dwar iż-​żwieġ u s-​sesswalità,” qalet hi, u żiedet li “s-​sesswalità . . . għandha tkun limitata għal raġel u mara fiż-​żwieġ imqaddes.”

Il-kontroversja taħraq dwar din il-​kwistjoni m’hijiex min-​naħa tar-​reliġjon biss. Hemm dibattiti politiċi jaħarqu għaddejjin mal-​globu kollu ladarba l-​implikazzjonijiet soċjali, politiċi, u ekonomiċi li jinvolvu l-​pensjonijiet, is-​sigurtà fuq il-​kura tas-​saħħa bejn il-​koppji, u t-​taxxi huma kbar ħafna.

Il-​kwistjonijiet li jinvolvu d-​drittijiet tal-​bniedem u r-​rikonoxximent legali huma spiss komplikati ħafna u joħolqu firda fl-​opinjoni pubblika. Il-​Kristjani veri jridu joqogħdu attenti biex iżommu n-​newtralità billi jevitaw dibattiti politiċi. (Ġwanni 17:16)a Xorta waħda, xi wħud li għandhom rispett għall-​Bibbja jħossuhom konfużi dwar is-​suġġett taż-​żwieġ bejn tnejn taʼ l-​istess sess u l-​omosesswalità. Int kif tqisu ż-​żwieġ bejn tnejn taʼ l-​istess sess? X’inhuma l-​livelli t’Alla għaż-​żwieġ? L-​attitudni tiegħek x’effett għandha fuq ir-​relazzjoni tiegħek m’Alla?

Il-​Ħallieq Tagħna Jagħmel il-​Livelli

Il-​Ħallieq tagħna għamel regoli dwar iż-​żwieġ ferm qabel ma l-​gvernijiet bdew jistabbilixxu r-​regoli tagħhom dwar dan. L-​ewwel ktieb tal-​Bibbja jgħidilna: “Raġel iħalli lil missieru u lil ommu u jingħaqad maʼ martu u jsiru ġisem wieħed.” (Ġenesi 2:​24)Il-kelma Ebrajka “martu,” skond il-​Vine’s Expository Dictionary of Biblical Words, “tagħti s-​sens taʼ xi ħadd li hu esseri femminili.” Ġesù kkonferma li dawk li jingħaqdu flimkien fiż-​żwieġ għandhom ikunu “raġel u mara.”​—Mattew 19:4.

B’hekk, Alla ried li ż-​żwieġ ikun rabta permanenti u intima bejn raġel u mara. L-​irġiel u n-​nisa nħolqu biex jikkomplementaw lil xulxin sabiex ikunu kapaċi jissodisfaw il-​ħtiġijiet u x-​xewqat emozzjonali, spiritwali, u sesswali taʼ xulxin.

Ir-rakkont magħruf sew dwar Sodoma u Gomorra juri kif iħossu Alla dwar l-​omosesswalità. Alla ddikjara: “Hemm l-​għajta qawwija taʼ Sodoma u Gomorra u t-​toqol kbir taʼ dnubhom.” (Ġenesi 18:20) L-​istat tal-​perverżjoni midinba tagħhom dakinhar deher ċar meta żewġ mistidnin żaru lir-​raġel ġust Lot. “In-​nies taʼ Sodoma, miż-​żgħir sal-​kbir, il-​poplu kollu minn kull naħa, dawwru d-​dar. U sejjħu lil Lot u qalulu: ‘Fejn huma n-​nies li daħlu għandek illejla? Oħroġhomlna, ħalli ninqdew bihom.’” (Ġenesi 19:​4, 5) Il-​Bibbja tgħid: “In-​nies taʼ Sodoma kienu ħżiena u midinba ħafna quddiem il-​Mulej.”​—Ġenesi 13:13.

L-irġiel “xegħlu b’passjoni qawwija għal xulxin, raġel maʼ raġel.” (Rumani 1:​27) Huma “ntelqu għall-​użu mhux naturali tal-​ġisem.” (Ġuda 7) F’pajjiżi fejn isiru ħafna kampanji għad-​drittijiet taʼ l-​omosesswali, xi wħud għandhom mnejn joġġezzjonaw meta tintuża l-​frażi “mhux naturali” biex tiddeskrivi l-​imġiba omosesswali. Madankollu, m’huwiex Alla li fl-​aħħar mill-​aħħar għandu jiġġudika x’inhu u x’mhux kontra n-​natura? Hu kkmanda lill-​poplu tiegħu tal-​qedem: “La timteddx maʼ raġel, bħalma timtedd maʼ mara; għax hi ħaġa moqżieża.”​—Levitiku 18:22.

Trid Tagħti Kont lil Alla

Il-​Bibbja hija ċara: Alla la japprova u lanqas ma jagħlaq għajnejh għall-​prattiċi omosesswali. Hu ma japprovax ukoll lil dawk li “jaqblu maʼ dawk li jipprattikawhom.” (Rumani 1:​32) U ż-​“żwieġ” ma jistax jagħmel l-​omosesswalità tidher rispettabbli. Il-​kmand t’Alla biex ‘iż-​żwieġ ikun onorabbli għal kulħadd’ jeskludi l-​unjoni bejn tnejn omosesswali, ħaġa li hu jqisha bħala moqżieża.​—Ebrej 13:4.

Minkejja dan, bl-​għajnuna t’Alla kulmin irid jistaʼ jitgħallem ‘jitbiegħed miż-​żína,’ li tinkludi atti omosesswali, u “jikkontrolla ġismu bil-​qdusija u bl-​unur.” (1 Tessalonikin 4:​3, 4) Irridu nammettu li dan mhux dejjem ikun faċli. Nathanb, li qabel kien jipprattika l-​omosesswalità, qal: “Kont naħseb li qatt ma stajt inbiddel ħajti.” Imma hu tbiddel bl-​għajnuna taʼ l-​“ispirtu t’Alla tagħna.” (1 Korintin 6:​11) Bħalma skopra Nathan, ebda problema m’hi kbira żżejjed għal Ġeħova, li jistaʼ jipprovdi s-​saħħa u l-​għajnuna meħtieġa biex nilħqu l-​livelli Tiegħu u nirċievu l-​Barkiet Tiegħu.​—Salm 46:2 (46:​1, NW).

[Noti taʼ taħt]

a Anki meta l-​liġijiet tal-​pajjiż ma jkunux jaqblu mal-​kuxjenza tagħhom imħarrġa fuq il-​Bibbja, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova ma jiħdux sehem fi protesti jew f’kampanji politiċi sabiex ibiddlu liġijiet bħal dawn.

b Mhux ismu veru.

[Sors taʼ l-​Istampa f’paġna 26]

Ritratt minn Chris Hondros/Getty Images

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja