LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 57
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Omosesswalità?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Omosesswalità?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-tweġiba tal-Bibbja
  • Hija l-omosesswalità ħażina?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar l-omosesswalità?
    Stenbaħ!—2016
  • Kif Nistaʼ Nispjega l-Ħarsa tal-Bibbja Lejn l-Omosesswalità?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Kif Nistaʼ Nispjega l-Ħarsa tal-Bibbja Lejn l-Omosesswalità?
    Stenbaħ!—2011
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 57

Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Omosesswalità?

It-tweġiba tal-Bibbja

Alla ħalaq lill-bnedmin biex ikollhom x’jaqsmu sesswalment fl-arranġament taż-żwieġ bejn raġel u mara biss. (Ġenesi 1:27, 28; Levitiku 18:22; Proverbji 5:18, 19) Il-Bibbja tikkundanna l-attività sesswali li ma tkunx bejn raġel u martu, kemm jekk tkun kondotta omosesswali u kemm jekk le. (1 Korintin 6:18) Dan jinkludi l-att sesswali, it-tmesmis tal-organi ġenitali taʼ ħaddieħor, u s-sess orali jew anali.

Filwaqt li l-Bibbja ma tapprovax atti omosesswali, hi ma tittollerax il-mibegħda lejn l-omosesswali jew id-diskriminazzjoni kontrihom. Minflok, il-Kristjani huma kmandati biex “jirrispettaw lil kulħadd.”​—1 Pietru 2:17, Good News Translation.

Jistaʼ xi ħadd jitwieled omosesswali?

Il-Bibbja ma tikkummentax direttament dwar il-bijoloġija taʼ xewqat omosesswali, għalkemm tirrikonoxxi li lkoll nitwieldu bit-tendenza li mmorru kontra dak li jikkmanda Alla. (Rumani 7:21-25) Madankollu, minflok ma tiffoka fuq il-kaġun taʼ xewqat omosesswali, il-Bibbja tipprojbixxi atti omosesswali.

Kif tistaʼ togħġob lil Alla minkejja li jkollok ġibda lejn dawk tal-istess sess.

Il-Bibbja tgħid: ‘Tħallix lil ġismek jikkontrollak. Mewwet kull xewqa għal sess ħażin.’ (Kolossin 3:5, Contemporary English Version) Biex tmewwet xewqat ħżiena, li jwasslu għal azzjonijiet ħżiena, għandek bżonn tikkontrolla l-ħsib tiegħek. Jekk regolarment timla moħħok bi ħsibijiet tajbin, ikun iktar faċli li tkeċċi xewqat ħżiena. (Filippin 4:8; Ġakbu 1:14, 15) Għalkemm forsi għall-ewwel issibha diffiċli ħafna, maż-żmien tistaʼ ssir iktar faċli. Alla jwiegħed li se jgħinek ‘tiġġedded fil-forza li qed tqanqal lil moħħok.’​—Efesin 4:22-24.

Miljuni taʼ nies li għandhom xewqat eterosesswali u li jixtiequ jgħixu fi qbil mal-livelli tal-Bibbja jiffaċċjaw l-istess ġlieda. Pereżempju, hemm dawk li huma waħedhom u li ma tantx għandhom prospett li jiżżewġu jew uħud li huma miżżewġin lil xi ħadd li ma jistax ikollu relazzjonijiet sesswali. Dawn jagħżlu li jikkontrollaw il-ġibdiet sesswali tagħhom minkejja kwalunkwe tentazzjoni li għandhom mnejn jiffaċċjaw. Huma kapaċi jgħixu ferħanin, u anki dawk li huma miġbudin lejn dawk tal-istess sess jistgħu jekk verament jixtiequ jogħġbu lil Alla.​—Dewteronomju 30:19.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja