LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 4 pp. 7-9
  • Il-Bibbja x’tgħid dwar l-omosesswalità?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Bibbja x’tgħid dwar l-omosesswalità?
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’jemmnu x-​Xhieda taʼ Ġeħova?
  • Il-​Bibbja tippromwovi l-​preġudizzju?
  • Hija l-​ħarsa tal-​Bibbja kattiva?
  • “Hekk kienu xi wħud minnkom”
  • Kif Nistaʼ Nispjega l-Ħarsa tal-Bibbja Lejn l-Omosesswalità?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . Tweġibiet Prattiċi għall-Mistoqsijiet Tagħhom, L-1 Volum
  • Hija l-omosesswalità ħażina?
    Iż-Żgħażagħ Jistaqsu
  • Kif Nistaʼ Nispjega l-Ħarsa tal-Bibbja Lejn l-Omosesswalità?
    Stenbaħ!—2011
  • Il-Bibbja X’Tgħid Dwar l-Omosesswalità?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 4 pp. 7-9
Raġel jaqra l-Bibbja

Il-​Bibbja x’tgħid dwar l-​omosesswalità?

IL-​KWISTJONI dwar iż-​żwieġ bejn koppji tal-​istess sess għadha kontroversja f’ħafna pajjiżi. Madankollu, fl-​2015 fl-​Istati Uniti, il-​Qorti Suprema ddikjarat iż-​żwieġ bejn koppji tal-​istess sess bħala legali mal-​pajjiż kollu. Minn hemm ’il quddiem, it-​tfittxijiet fuq l-​Internet żdiedu f’daqqa. Waħda mill-​iktar mistoqsijiet popolari li ġiet mistoqsija kienet, “Il-​Bibbja x’tgħid dwar iż-​żwieġ bejn koppji tal-​istess sess?”

Il-​Bibbja ma titkellimx speċifikament dwar id-​drittijiet legali taż-​żwieġ bejn tnejn tal-​istess sess. Mistoqsija iktar importanti hi, Il-​Bibbja x’tgħid dwar l-​omosesswalità?

Mingħajr ma jeżaminaw mill-​qrib il-​Bibbja, ħafna nies jaħsbu li jafu t-​tweġiba—imma t-​tweġibiet tagħhom jikkontradixxu lil xulxin! Xi wħud jgħidu li l-​Bibbja b’mod ċar tikkundanna l-​omosesswalità. Oħrajn jgħidu li l-​kmand mill-​Bibbja biex ‘tħobb lill-​proxxmu tiegħek’ japprova kwalunkwe u kull stil taʼ ħajja sesswali.​—Rumani 13:9.

X’TGĦID IL-​BIBBJA?

Liema minn dawn l-​istqarrijiet taħseb li hi vera?

  1. Il-​Bibbja tikkundanna l-​atti omosesswali.

  2. Il-​Bibbja tiskuża l-​atti omosesswali.

  3. Il-​Bibbja tippromwovi l-​omofobija (mibegħda jew preġudizzju lejn l-​omosesswali).

TWEĠIBIET:

  1. VERU. Il-​Bibbja tgħid: ‘L-​irġiel li jimteddu maʼ l-​irġiel . . . ma jirtux is-​saltna t’Alla.’ (1 Korintin 6:9, 10) L-​istess japplika għan-​nisa.—Rumani 1:26.

  2. FALZ. Il-​Bibbja tgħallem li s-​sess għandu jsir biss bejn raġel u mara li huma miżżewġin lil xulxin.—Ġenesi 1:27, 28; Proverbji 5:18, 19.

  3. FALZ. Għalkemm il-​Bibbja tikkundanna l-​atti omosesswali, ma tippromwovix preġudizzju, reati taʼ mibegħda kontrihom, jew li jiġu ttrattati ħażin b’xi mod.—Rumani 12:18.[1]

X’jemmnu x-​Xhieda taʼ Ġeħova?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jemmnu li l-​liġijiet morali tal-​Bibbja fihom l-​aqwa gwida għall-​ħajja, u huma jagħżlu li jobduhom. (Isaija 48:17)[2] Dan ifisser li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jiċħdu l-​kondotta ħażina sesswali kollha, inkluż l-​omosesswalità. (1 Korintin 6:18)[3] Din hi l-​għażla tax-​Xhieda taʼ kif iridu jgħixu ħajjithom, u għandhom dritt għaliha.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jipprovaw isegwu r-​Regola tad-​Deheb billi jittrattaw lil oħrajn bil-​mod li jixtiequ jiġu ttrattati huma

Fl-​istess ħin, ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jirsistu biex ‘ifittxu li jkunu fil-​paċi man-​nies kollha.’ (Ebrej 12:14) Waqt li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jiċħdu l-​atti omosesswali, huma ma jisforzawx lil oħrajn biex ikollhom l-​istess ħarsa, lanqas jieħdu sehem f’reati taʼ mibegħda kontra l-​omosesswali jew jieħdu pjaċir meta jisimgħu dwarhom. Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jipprovaw isegwu r-​Regola tad-​Deheb billi jittrattaw lil oħrajn bil-​mod li jixtiequ jiġu ttrattati huma.—Mattew 7:12.

Il-​Bibbja tippromwovi l-​preġudizzju?

Xorta waħda, xi nies jgħidu li l-​Bibbja tippromwovi preġudizzju kontra l-​omosesswali u li dawk li jżommu mal-​liġijiet morali tagħha huma intolleranti. ‘Il-​Bibbja kienet miktuba fi żmien meta n-​nies kienu moħħhom magħluq,’ huma jgħidu. ‘Illum naċċettaw nies taʼ kull razza, nazzjon, u preferenza tal-​ġibda sesswali.’ Għalihom, li jiċħdu l-​omosesswalità hu l-​istess bħal meta jiċħdu nies b’kulur taʼ ġilda differenti. Dan il-​paragun jagħmel sens? Le. Għala le?

Għaliex hemm differenza bejn li tiċħad kondotta omosesswali u li tiċħad lin-​nies omosesswali. Il-​Bibbja tgħid lill-​Kristjani biex juru rispett lejn kull tip taʼ nies. (1 Pietru 2:17)[4] Imma dan ma jfissirx li l-​Kristjani għandhom jaċċettaw kull tip taʼ kondotta.

Ikkunsidra dan il-​paragun: Ejja ngħidu li tqis it-​tipjip bħala taʼ ħsara u anki diżgustanti. Xi ngħidu jekk kollega tax-​xogħol ipejjep? Se jgħid li int moħħok magħluq għax il-​ħarsa tiegħek dwar it-​tipjip hi differenti minn tiegħu? Il-​fatt li jpejjep u int le jfisser awtomatikament li int preġudikat kontrih? Jekk kollega tax-​xogħol jitolbok tbiddel il-​ħarsa tiegħek dwar it-​tipjip, ma jagħmilx dan lilu moħħu magħluq u intolleranti?

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jagħżlu li jgħixu skont il-​liġijiet morali li hemm fil-​Bibbja. Ma japprovawx l-​azzjonijiet li l-​Bibbja tipprojbixxi. Imma lanqas iwaqqgħu għaċ-​ċajt jew jittrattaw ħażin lin-​nies li għandhom ħarsa differenti minn tagħhom.

Hija l-​ħarsa tal-​Bibbja kattiva?

Xi ngħidu dwar in-​nies li għandhom inklinazzjonijiet omosesswali? Twieldu hekk? Jekk inhu hekk, ma tkunx ħaġa kiefra li ngħidu li hu ħażin li jaġixxu skont ix-​xewqat tagħhom?

Il-​Bibbja ma titkellimx dwar il-​bijoloġija tal-​omosesswalità, għalkemm tgħid li xi karatteristiki umani għandhom l-​għeruq fil-​fond. Xorta waħda, il-​Bibbja tgħid li ċerta kondotta—inkluż l-​atti omosesswali—għandha titwarrab jekk irridu nogħġbu lil Alla.—2 Korintin 10:4, 5.

Xi wħud jgħidu li l-​ħarsa tal-​Bibbja hi kattiva. Imma dak li jgħidu hu bbażat fuq l-​argument li għandna naġixxu fuq l-​inklinazzjonijiet tagħna. Jew, tant huma importanti l-​inklinazzjonijiet sesswali b’mod partikulari li m’għandhomx—saħansitra ma jistgħux—jiġu kkontrollati. Madankollu, il-​Bibbja tonora l-​bniedem billi tgħid li jistaʼ jirreżisti x-​xewqat tiegħu. Kuntrarju għall-​annimali, hu jistaʼ jagħżel li ma jaġixxix fuq l-​inklinazzjonijiet tiegħu.—Kolossin 3:5.[5]

Ikkunsidra dan il-​paragun: Xi esperti jgħidu li ċerti karatteristiki tal-​imġiba, bħall-​aggressjoni, jistaʼ jkollhom kawża bijoloġika. Il-​Bibbja ma titkellimx speċifikament dwar il-​bijoloġija tal-​aggressjoni, imma attwalment tgħid li xi nies huma inklinati li ‘jirrabjaw malajr’ u li ‘għandhom it-​tendenza li jinkorlaw.’ (Proverbji 22:24; 29:22) Madankollu, il-​Bibbja tgħid ukoll: “Itlaq ir-​rabja u ħalli d-​dagħdigħa.”—Salm 37:8; Efesin 4:31.

Xi nies ma jaqblux maʼ dan il-​parir jew jgħidu li hu kattiv għal min għandu tendenzi aggressivi. Fil-​fatt, anki dawk l-​esperti li jemmnu li r-​rabja għandha l-​għeruq fil-​formazzjoni ġenetika taʼ persuna jaħdmu iebes biex jgħinu n-​nies jikkontrollaw tendenzi bħal dawn.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jħarsu bl-​istess mod lejn kwalunkwe kondotta li ma taqbilx mal-​livelli tal-​Bibbja, inkluż atti sesswali bejn tnejn minn nies tas-​sess oppost li mhumiex miżżewġin lil xulxin. Fil-​każi kollha bħal dawn, parir Bibliku li jgħodd hu: “Kull wieħed minnkom ikun jaf kif jikkontrolla ġismu bil-​qdusija u bl-​unur, mhux b’aptit sesswali mimli xenqa.”—1 Tessalonikin 4:4, 5.

“Hekk kienu xi wħud minnkom”

Dawk li riedu jsiru Kristjani fl-​ewwel seklu ġew minn sfondi u tip taʼ ħajja differenti, u xi wħud minnhom għamlu bidliet sinifikanti fil-​ħajja tagħhom. Pereżempju, il-​Bibbja titkellem dwar ‘iż-​żienja, l-​idolatri, l-​adulteri, l-​irġiel miżmumin għal skopijiet mhux naturali,’ u mbagħad iżżid: “Hekk kienu xi wħud minnkom.”—1 Korintin 6:9-​11.

Meta l-​Bibbja tgħid “hekk kienu xi wħud minnkom,” tfisser hi li dawk li waqfu jieħdu sehem f’atti omosesswali qatt ma reġgħu esperjenzaw xewqat omosesswali? Ma jistax ikun, għax il-​Bibbja tħeġġeġ ukoll: “Ibqgħu mexjin bl-​ispirtu u ma twettqu assolutament l-​ebda xewqa tal-​laħam.”—Galatin 5:16.

Innota li l-​Bibbja ma tgħidx li Kristjan qatt mhu se jesperjenza xewqa mhux aċċettabbli. Minflok, tgħid li hu jew hi se tagħżel li ma tagħmilhiex dik ix-​xewqa. Il-​Kristjani jitgħallmu jrażżnu xewqat bħal dawn. Huma ma jaħsbux dwarhom sal-​punt li jaġixxu fuqhom.—Ġakbu 1:14, 15.[6]

B’hekk, il-​Bibbja tagħmel distinzjoni bejn inklinazzjonijiet u prattiki. (Rumani 7:16-​25) Individwu li għandu inklinazzjonijiet omosesswali jistaʼ jikkontrolla dak li jħalli lil moħħu jhewden fuqu, bħalma jikkontrolla kwalunkwe xewqa ħażina oħra, inkluż inklinazzjonijiet biex jirrabja, jagħmel adulterju, u jkun rgħib.—1 Korintin 9:27; 2 Pietru 2:14, 15.

Waqt li x-​Xhieda taʼ Ġeħova jappoġġjaw il-​liġijiet morali li hemm fil-​Bibbja, huma ma jisforzawx dak li jemmnu fuq oħrajn. Lanqas jipprovaw jibdlu liġijiet li jipproteġu d-​drittijiet taʼ dawk li għandhom stil taʼ ħajja differenti minn tagħhom. Il-​messaġġ tax-​Xhieda taʼ Ġeħova hu wieħed pożittiv, u huma jaqsmuh bl-​entużjażmu maʼ dawk kollha li jridu jisimgħuh.—Atti 20:20.

^ 1. Rumani 12:18: “Żommu l-​paċi mal-​bnedmin kollha.”

^ 2. Isaija 48:17: “Jien, Ġeħova, jien Alla tiegħek, li ngħallmek għall-​ġid tiegħek.”

^ 3. 1 Korintin 6:18: “Aħarbu miż-​żína [jew, immoralità sesswali].”

^ 4. 1 Pietru 2:17: “Onoraw lil kull xorta taʼ bnedmin.”

^ 5. Kolossin 3:5: “Mewtu l-​membri taʼ ġisimkom li qegħdin fuq l-​art fejn tidħol iż-​żína, in-​nuqqas taʼ ndafa, l-​aptit sesswali.”

^ 6. Ġakbu 1:14, 15: “Kull bniedem jiġi provat billi jkun miġbud u mħajjar mix-​xewqa tiegħu stess. Imbagħad, meta x-​xewqa ssir fertili, tiled id-​dnub.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja