Mingħand il-Qarrejja
Solitudni Ħassejtni mqanqla biex niktbilkom wara li qrajt is-serje “Kif Tkampa mas-Solitudni Avolja Waħdek.” (8 taʼ Ġunju, 2004) Is-serje mhux mill-ewwel laqtitni. Imma hekk kif bdejt naqra, irrealizzajt li spiss inżomm l-emozzjonijiet tiegħi magħluqin ġo fija. Is-suġġerimenti li kien hemm kienu dak li kelli bżonn.
A. V., Stati Uniti
Jien inbati bid-dipressjoni u bl-attakki tal-puplesija, u nqattaʼ ħafna mill-ħin rieqda minħabba l-effetti tal-medikazzjonijiet. Għalhekk, ħafna drabi nħossni waħdi u mdejqa. Dawn l-artikli għenuni nifhem li anki meta nħossuna waħedna, m’aħniex!
J. C., Stati Uniti
Jien għandi 14-il sena, u għaddejt minn perijodu meta ridt inkun aċċettat minn sħabi tal-klassi. Ħsibt li kienu l-ħbieb tiegħi. Però, meta raw li bħala Kristjan kont differenti, irrealizzajt li kienu se jwarrbuni jekk ma kontx se ninbidel u nsir bħalhom. Issa nirrealizza li tistaʼ ssib ħbieb veri—żgħar u kbar—fil-kongregazzjoni Kristjana.
N. C., Spanja
Dawn l-artikli għenuni nara għala aġixxejt b’mod negattiv meta r-raġel tiegħi kien jivvjaġġa b’xogħol u jien kont nibqaʼ waħdi. Il-parir tagħkom għenni ħafna biex inqis is-solitudni bħala esperjenza komuni u biex nitkellem dwarha maʼ ħabiba matura.
J. H., Repubblika Ċeka
Dalwaqt se mmur ngħix f’post fejn hemm bżonn taʼ iktar evanġelizzaturi. Ommi ferħana li se nagħmel dan, imma kultant tħossha waħedha. Meta bdejt naħseb x’nistaʼ nagħmel, ħarġu dawn l-artikli. Issa qed nippjana biex inżomm kuntatt m’ommi regolarment, billi naqsam magħha l-ferħ li nesperjenza fil-ministeru.
N. K., Ġappun
Ansjetà Reċentement, minħabba l-ansjetajiet, bdejt inħossni għajjiena ħafna. Minħabba li ħsibt li dak li bdejt inħoss kien riżultat taʼ nuqqas taʼ fidi ħassejtni agħar. Apprezzajt ħafna l-artiklu “Il-Ħarsa tal-Bibbja: Tindika l-Ansjetà Nuqqas taʼ Fidi?” (8 taʼ Ġunju, 2004) Ġeħova dejjem jipprovdi l-inkuraġġiment meta nkun inkwetata.
Y. I., Ġappun
Għarus Abbużiv Grazzi taʼ l-artiklu “Iż-Żgħażagħ Jistaqsu . . . X’Nistaʼ Nagħmel biex l-Għarus Ma Jibqax Jimmaltrattani?” (8 taʼ Lulju, 2004) Kont f’relazzjoni li kienet perikoluża kemm fiżikament u kemm emozzjonalment. Ħallejt ir-relazzjoni abbużiva tibqaʼ għaddejja għax kont nibżaʼ mill-għarus tiegħi. Fortunatament, irnexxieli nwaqqaf ir-relazzjoni bl-għajnuna tal-ġenituri tiegħi, l-anzjani Kristjani, u Alla Ġeħova. Dan l-artiklu se jkun taʼ benefiċċju għal dawk kollha li għandhom bżonn l-għajnuna.
J. A., Stati Uniti
Nittama li dan l-artiklu se jwaqqaf lil xi mara milli tiżżewweġ raġel li jimmaltrattaha. Mill-bidunett abbuż verbali, emozzjonali, u fiżiku m’għandux jiġi aċċettat! Tgħallimt din il-lezzjoni bil-qares.
T. G., Kanada