LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g05 7/8 p. 26
  • Kif Tistaʼ Tiddi x-Xemx f’Nofsillejl?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Tiddi x-Xemx f’Nofsillejl?
  • Stenbaħ!—2005
  • Materjal Simili
  • ‘Sajf u Xitwa Ma Jonqsu Qatt’
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
  • In-Natura Eċċezzjonali tax-Xemx Tagħna
    Stenbaħ!—2001
  • Vjaġġ li Jsaħħrek fi Triq Nru. 1
    Stenbaħ!—2003
Stenbaħ!—2005
g05 7/8 p. 26

Kif Tistaʼ Tiddi x-​Xemx f’Nofsillejl?

“KIF jistaʼ jkun li x-​xemx qatt ma tinżel?” Bħala missjunarju Finlandiż li naqdi f’Papwa Ginea Ġdida, spiss kont nismaʼ lil min jistaqsi mistoqsijiet simili. Fit-​Tropiċi, il-​ħin taʼ kemm idum id-​dawl tax-​xemx matul il-​jum ftit li xejn jinbidel minn xahar għall-​ieħor. Allura, ir-​residenti tat-​Tropiċi jsibuha diffiċli biex jimmaġinaw kif fl-​Artiku x-​xemx iddum biex tinżel għal xhur sħaħ. U meta pprovajt nispjega li fix-​Xitwa x-​xemx qatt ma titlaʼ, ħafna ħassewhom saħansitra iktar imħawdin.

Allura, kif tistaʼ tiddi x-​xemx f’nofsillejl? Dan il-​fenomenu taʼ min jammirah fil-​fatt hu marbut mal-​vjaġġ li tagħmel id-​dinja kull sena madwar ix-​xemx, waqt li l-​assi taʼ l-​art jibqgħu dejjem imxaqilbin 23.5 gradi b’mod vertikali. Għalhekk, matul is-​sajf fl-​Emisferu tan-​Nofsinhar, in-​North Pole ikun faċċata tax-​xemx, waqt li fix-​xitwa jiffaċċja n-​naħa l-​oħra. Ladarba l-​art kuljum iddur dawra sħiħa fuqha nfisha, fiċ-​Ċirku Artiku lejl wieħed fis-​sena—għall-​ħabta tal-​21 taʼ Ġunju—ix-​xemx ma tinżilx. Bl-​istess mod, darba fis-​sena—għall-​ħabta tal-​21 taʼ Diċembru—ix-​xemx ma titlax għalkemm f’nofsinhar barra jkun jidher donnu qed iżernaq il-​jum.

Fil-fatt, iktar ma titlaʼ lejn it-​tramuntana ’l fuq miċ-​Ċirku Artiku, iktar l-​iljieli tas-​sajf se jkunu mżejna bil-​ġmiel tax-​xemx taʼ nofsillejl u l-​ġranet tax-​xitwa jkollhom inqas dawl tax-​xemx. Fil-​poli, il-​lejl u n-​nhar idumu sitt xhur kull wieħed.a

Dawk li joqogħdu fl-​inħawi polari kif jirnexxilhom jorqdu fis-​sajf u kif ikampaw maʼ l-​iljieli twal tax-​xitwa? Fil-​passat, f’xi kulturi n-​nies kull lejl fix-​xitwa kienu jorqdu d-​doppju tal-​ħin li jorqdu fis-​sajf. Minħabba li ħafna bdew jgħixu ħajja iktar moderna, huma ma baqgħux jimxu maʼ din ir-​rutina. Imma l-​ġranet twal tas-​sajf għadhom jimlew b’iktar enerġija lil dawk li jgħixu fl-​art tat-​tramuntana. “Meta x-​xemx tkun fl-​aqwa tagħha fil-​ħdax taʼ fil-​għaxija, sempliċement ma jkollix aptit immur norqod,” jgħid Patrick, li jgħix l-​Alaska. “Ġieli noħroġ naqlaʼ l-​ħaxix mill-​ġnien jew nagħmel xi biċċa xogħol oħra.”

Mill-banda l-​oħra, xhur sħaħ taʼ dawl jew dlam biss jistgħu jegħjuk—fiżikament u psikoloġikament. Għalhekk, fis-​sajf xi nies jipprovaw ma jħallux id-​dawl jidħol fil-​kamra tas-​sodda u fix-​xitwa joqogħdu quddiem dawl qawwi. Dan l-​isforz kollu jagħmluh biex jipprovaw iżommu bilanċ fir-​rutina taʼ l-​irqad tagħhom u jevitaw li jħossuhom eżawriti jew dipressi. Però, minkejja l-​isfidi, min jgħix f’dawn l-​inħawi u dawk li jżuruhom jaqblu li meta tara x-​xemx f’nofsillejl tkun esperjenza li ma tinsieha qatt.—Kontribwit.

[Nota taʼ taħt]

a Fl-Antartiku jseħħu l-​istess fenomeni, imma fl-​Antartiku jkun is-​sajf meta fl-​Artiku tkun ix-​xitwa.

[Dijagramma/Stampa f’paġna 26]

(Għall-formazzjoni sħiħa tat-​test, ara pubblikazzjoni)

Ix-​xaqliba tad-​dinja tpoġġi lill-​poli dejjem fid-​dawl tax-​xemx fis-​sajf u dejjem fid-​dalma fix-​xitwa (L-eżempju muri hu fl-​Emisfera tat-​Tramuntana)

Ir-​Rebbiegħa ←

● ● ● ● ●

Ix-​Xitwa ● ◯ ● Is-​Sajf

● ● ● ● ● Id-​dinja ddur

dawra fuqha

→ Il-​Ħarifa nfisha darba

kuljum

[Stampa f’paġna 26]

Ritratti tal-​proċess tax-​xemx taʼ nofsillejl

[Sors]

© Paul Souders/WorldFoto

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja