LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 4/08 pp. 10-11
  • Hija s-Superstizzjoni fi Qbil mat-Tagħlim tal-Bibbja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Hija s-Superstizzjoni fi Qbil mat-Tagħlim tal-Bibbja?
  • Stenbaħ!—2008
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Is-​Sors tas-​Superstizzjoni
  • Xi Ħaġa ‘Mistkerrha Quddiem’ Ġeħova
  • Ninħelsu mis-​Superstizzjoni
  • Qegħdin is-Superstizzjonijiet Jikkontrollawlek Ħajtek?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Il-Ħajja Kontrollata mis-Superstizzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Stenbaħ!—2008
g 4/08 pp. 10-11

Il-​Ħarsa tal-​Bibbja

Hija s-​Superstizzjoni fi Qbil mat-​Tagħlim tal-​Bibbja?

ĠURNALIST għażel li ma jivvjaġġax bl-​ajru minħabba li wieħed li jaqra x-​xorti kien bassarlu li kellu jmut f’aċċident bl-​ajruplan. Nies minn kull qasam tal-​ħajja, inkluż politikanti, negozjanti, atturi, atleti, u studenti fl-​università, jirrikorru għall-​prattiki superstizzjużi. Fi żmien taʼ inċertezza, stress, jew ansjetà, huma jħossu li prattiki simili jipproteġuhom kontra perikli jew jgħinuhom biex ikollhom suċċess fil-​pjanijiet tagħhom.

Ħafna forom taʼ superstizzjoni huma meqjusin bħala li huma antikwati u fl-​istess ħin pjaċevoli jew bħala sors t’appoġġ psikoloġiku li ma jagħmilx ħsara. L-​antropologa Margaret Mead, li m’għadhiex ħajja, għamlet din l-​osservazzjoni: “Is-​superstizzjoni tirrifletti x-​xewqa profonda tagħna biex dak li nixtiequ jitwettaq jew biex nevitaw li tiġrilna xi ħaġa ħażina. Il-​fatt li s-​superstizzjonijiet ma naċċettawhomx, jew ma nemmnuhomx għalkollox, jgħinna nirċievu l-​benefiċċji psikoloġiċi tas-​superstizzjoni mingħajr ma nħossuna skjavi tagħha.” Xorta waħda, dawk li huma determinati li jogħġbu lil Alla għandhom jistaqsu lilhom infushom, ‘Hija s-​superstizzjoni fi qbil mal-​Kristjanità?’

Is-​Sors tas-​Superstizzjoni

L-​umanità in ġenerali ilha turmentata mill-​biżaʼ—biżaʼ mill-​mewt, minn dak li mhux magħruf, u minn dak li jseħħ wara l-​mewt, biex insemmu biss ftit. Satana, ir-​ribell li oppona lil Alla, huwa determinat li ijassar lin-​nies, u jkompli jqanqal dan il-​biżaʼ b’gideb malizzjuż. (Ġwanni 8:44; Rivelazzjoni 12:9) Satana m’huwiex waħdu fl-​isforzi tiegħu biex ibiegħed lin-​nies minn Alla. Fil-​Bibbja, Satana jissejjaħ “il-​ħakkiem tad-​demonji.” (Mattew 12:24-27) Min huma d-​demonji? Fi żmien Noè numru t’anġli ngħaqdu maʼ Satana fir-​ribelljoni tiegħu kontra Alla u għamlu lilhom infushom demonji. Minn dakinhar, huma baqgħu jipprovaw jinfluwenzaw l-​imħuħ tal-​bnedmin. Is-​superstizzjoni saret waħda mill-​għodod tagħhom.—Ġenesi 6:1, 2; Luqa 8:2, 30; Ġuda 6.

Gidba waħda taʼ Satana pprovdiet bażi għal superstizzjoni. Din hi t-​twemmin li xi entità inviżibbli wara l-​mewt taʼ persuna tibqaʼ tgħix u tistaʼ tiġi lura biex teffettwa lill-​ħajjin. Iżda l-​Bibbja tgħid: “Il-​mejtin ma jafu xejn.” Iżjed minn hekk tgħid li “ma jkunx hemm ħidma jew ħsieb” wara li wieħed imut.—Koħèlet 9:5, 10.

Xi Ħaġa ‘Mistkerrha Quddiem’ Ġeħova

Ħafna individwi għażlu li jemmnu l-​gideb taʼ Satana. Madankollu, snin ilu, Alla ta istruzzjonijiet ċari lill-​poplu tiegħu Iżrael dwar din il-​kwistjoni. Il-​Kelma tiegħu tgħid: “Ma għandu jkun hemm ħadd f’nofsok . . . min jeħber, min jitkixxef il-​ġejjieni, min jagħmel il-​magħmul u s-​sħarijiet, min isejjaħ l-​erwieħ, min jobsor u jistħarreġ il-​mejtin. Għax mistkerrah quddiem il-​Mulej kull min jagħmel dawn il-​ħwejjeġ.”—Dewteronomju 18:10-12.

B’sogħba, l-​Iżraelin mhux dejjem taw widen għal dawn it-​twissijiet. Per eżempju, fi żmien il-​profeta Isaija, xi wħud kienu jemmnu li biex ikollhom ħsad tajjeb kien jiddependi minn kemm jogħġbu lill-​alla tal-​fortuna—twemmin superstizzjuż li rriżulta f’konsegwenzi serji. Huma tilfu l-​favur u l-​barka taʼ Ġeħova.—Isaija 65:11, 12, ara n-​nota taʼ taħt.

L-attitudni taʼ Ġeħova lejn is-​superstizzjoni ma nbidlitx meta ġiet stabbilita l-​Kristjanità. L-​appostlu Pawlu ħeġġeġ lin-​nies superstizzjużi fil-​belt taʼ Listra ‘biex iħallu dawn il-​frugħat u jduru lejn l-​Alla l-​ħaj, li għamel is-​sema u l-​art u l-​baħar u kulma fihom.’—Atti 14:15.

Ninħelsu mis-​Superstizzjoni

Hemm numru bla għadd taʼ prattiki superstizzjużi, u lkoll kemm huma għandhom xi ħaġa komuni bejniethom—in-​nuqqas taʼ spjegazzjoni loġika. Is-​superstizzjonijiet jistgħu, fost affarijiet oħrajn, iwasslu lin-​nies biex jagħtu tort lill-​isfortuna tagħhom għar-​riżq ħażin minflok ma jaċċettaw ir-​responsabbiltà t’għemilhom.

B’ferħ, ħafna ħelsu mis-​superstizzjoni. Ġesù qal: “Tkunu tafu l-​verità, u l-​verità teħliskom.” (Ġwanni 8:32) Clementina, mara Brażiljana li kienet ilha taqra x-​xorti għal 25 sena, qalet: “Il-​qari tax-​xorti kien l-​uniku mezz t’għajxien għalija. Imma l-​verità tal-​Bibbja ħelsitni mis-​superstizzjoni.” Fir-​realtà, studju tal-​Bibbja regulari u talb bil-​ħerqa lil Alla Ġeħova jistaʼ jgħinna niżviluppaw saħħa ġewwinija. Dan jistaʼ jgħinna naħsbu iktar bil-​kalma u bil-​loġika, u jistaʼ jwassalna biex nieħdu deċiżjonijiet għaqlin li jiskansawna mill-​ħsara u jtaffulna l-​ansjetà.—Filippin 4:6, 7, 13.

Il-Bibbja tistaqsi: “X’għandu x’jaqsam id-​dawl mad-​dlam? Iktar minn hekk, xi qbil hemm bejn Kristu u Beljal [Satana]?” Għalhekk, il-​Kristjani veri għandhom iżommu ’l bogħod mis-​superstizzjoni.—2 Korintin 6:14-16

QATT ĦSIBT DWAR DAN?

◼ Minflok ma fdaw f’Alla, l-​Iżraelin superstizzjużi f’min fdaw fi żmien Isaija?—Isaija 65:11, 12.

◼ L-​appostlu Pawlu x’ħeġġiġhom jagħmlu lin-​nies superstizzjużi f’Listra?—Atti 14:15.

◼ Hija s-​superstizzjoni fi qbil mal-​Kristjanità vera?—2 Korintin 6:14-16.

[Stampa f’paġna 11]

Is-​superstizzjoni tagħti lin-​nies sens falz taʼ sigurtà

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja