Ġie Disinjat?
Il-Ġewnaħ tal-Mazzarell
● Ċerti mazzarelli (dragonflies) jistgħu jigglajdjaw għal 30 sekonda mingħajr ma jitbaxxew ħafna ’l isfel fl-ajru. X’inhu s-sigriet tagħhom? Ġewnaħ ajrudinamiku li jisboq kwalunkwe ġewnaħ manifatturat fl-industrija tal-inġenji tal-ajru!
Ikkunsidra: Il-ġewnaħ tal-mazzarell, li tant hu rqiq li hu trasparenti, huwa mmewweġ u għandu l-piegi biex ma jitgħawwiġx. Ix-xjenzati sabu li dawn il-piegi jgħinu wkoll lill-mazzarell biex jibqaʼ ’l fuq fl-arja waqt li jigglajdja. Ir-rivista New Scientist tgħid li dan iseħħ għax l-arja tiċċirkola fix-xquq taʼ bejn dawn il-piegi, u b’hekk tiċċaqlaq iktar bil-mod. Dan kollu jgħin l-arja tiġġenera fil-ġewnaħ ħalli l-mazzarell ikun jistaʼ jtir fl-għoli.
Abel Vargas, inġinier li jistudja l-atmosfera tal-arja u tal-ispazju, studja l-ġewnaħ tal-mazzarell. Hu u l-kollegi tiegħu kkonkludew li “l-ġwienaħ imfasslin fuq id-disinji tan-natura jgħinu ħafna biex jiġu disinjati inġenji żgħar li jtiru.” Armati b’kamera jew makkinarju ieħor, dawn l-inġenji daqs il-pala tal-id għandhom diversi użi prattiċi. Dawn jinkludu li jiksbu informazzjoni minn postijiet fejn ikunu seħħew xi diżastri, u saħansitra jkejlu l-livelli tat-tinġis.
Int x’taħseb? Il-ġewnaħ tal-mazzarell kollu piegi, li tant hu rqiq li hu trasparenti, ġie b’kumbinazzjoni? Jew ġie disinjat?
[Stampa f’paġna 10]
L-inġenju tal-ajru żgħir ħafna f’forma taʼ mazzarell (dragonfly microdrone) jiżen 120 milligramma, hu wiesaʼ sitt ċentimetri, u għandu ġwienaħ irqaq daqs karta strazza li jiċċaqalqu meta jitħaddmu bl-elettriku
[Sors f’paġna 10]
© Philippe Psaila/Photo Researchers, Inc.