LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/10 p. 11
  • L-Isem t’Alla Qed Isir Magħruf!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-Isem t’Alla Qed Isir Magħruf!
  • Stenbaħ!—2010
  • Materjal Simili
  • L-isem t’Alla
    Stenbaħ!—2017
  • Kif Tistaʼ Ssir Taf lil Alla b’Ismu
    Stenbaħ!—2004
  • A4 L-isem divin fl-Iskrittura Ebrajka
    Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
  • X’jismu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2010
g 10/10 p. 11

L-​Isem t’Alla Qed Isir Magħruf!

● Int u miexi madwar il-​gżira pittoreska taʼ Orleans, li tinsab qrib il-​belt taʼ Quebec, il-​Kanada, tistaʼ tinnota li mill-​bini li hemm, l-​abitanti bikrin tagħha kienu reliġjużi ħafna. Il-​kappelli storiċi li jfakkruk fi żminijiet tal-​imgħoddi għadhom jidhru mal-​kosta tal-​gżira, u kull parroċċa għandha l-​knisja tagħha stess.

Pereżempju, fil-​belt taʼ Saint-​Pierre hemm knisja rurali li tmur lura għall-​1717. Dan il-​bini, li issa qed jintuża għall-​esibizzjonijiet tal-​arti, għandu karatteristika straordinarja. ’Il fuq mill-​artal, wieħed isib it-​Tetragrammaton—l-​erbaʼ ittri bl-​Ebrajk li jifformaw l-​isem persunali tal-​Alla tal-​Bibbja, Ġeħova.

Illum, f’ħafna mill-​pajjiżi tad-​dinja rari tisimgħu jingħad l-​isem t’Alla f’xi knisja Kattolika, wisq inqas tarah. Tabilħaqq, dokument maħruġ mill-​Vatikan fl-​2008 stqarr li skont id-​direzzjoni li ħareġ il-​papa, l-​isem t’Alla “la għandu jintuża u lanqas jitlissen” fil-​funzjonijiet reliġjużi, fl-​innijiet, jew fit-​talb tal-​knisja Kattolika. Madankollu, il-​Bibbja tagħmilha ċara li Alla Ġeħova jrid li ismu “jixxandar fl-​art kollha.”—Eżodu 9:16.

Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova jħossu li biex jogħġbu lil Alla mhuwiex biżżejjed li juru l-​isem t’Alla miktub f’xi bini. Kull sena, mad-​dinja kollha, huma jqattgħu iktar minn 1.5 biljun siegħa jgħallmu lin-​nies dwar l-​isem u l-​iskopijiet t’Alla. Huma saħansitra reġgħu poġġew l-​isem t’Alla, Ġeħova, fil-​post fejn hu xieraq li jkun. Il-​Bibbja li ppubblikaw—It-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida taʼ l-​Iskrittura Mqaddsa—hi leali lejn il-​kitbiet tal-​lingwa oriġinali, li fihom l-​isem Ġeħova jidher madwar 7,000 darba. Sal-​lum ġew stampati iktar minn 165,000,000 kopja tat-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida, sħiħa jew parti minnha, fi 83 lingwa. Tabilħaqq, fejn jidħol l-​isem t’Alla, Ġeħova, il-​mistoqsija mhix Liema bażi għandna biex nużawh? imma Liema bażi għandna biex ma nużawhx?

[Stampa f’paġna 11]

It-​Traduzzjoni tad-​Dinja l-​Ġdida, li fiha l-​isem Ġeħova jidher madwar 7,000 darba, hija stampata, sħiħa jew parti minnha, fi 83 lingwa

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja