LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 3/13 pp. 12-13
  • Platun

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Platun
  • Stenbaħ!—2013
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA GĦANDU JIMPURTAK?
  • KIF INFIREX IT-​TAGĦLIM TAʼ PLATUN?
  • L-Idea Tidħol fil-Ġudaiżmu, fil-Kristjaneżmu, u fl-Islam
    X’Jiġrilna meta Mmutu?
  • Ħajja Wara L-mewt—In-Nies x’Jemmnu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Ħarsa Tiegħek Dwar ir-Ruħ Teffettwa lil Ħajtek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kemm Huwa Sod it-Twemmin Tiegħek fl-Irxoxt?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 3/13 pp. 12-13

TITWILA LEJN IL-​PASSAT

Platun

Platun (ċ. 427-​347 Q.K.) kien filosfu Grieg pagan. Twieled f’Ateni ġo familja aristokratika u rċieva l-​edukazzjoni li kienet tingħata lill-​ġuvintur Griegi stabene. Hu kien influwenzat mhux ħażin mill-​filosfu magħruf Sokrate u mis-​segwaċi tal-​filosfu u matematiku Pitagora.

WARA li dar ir-​reġjun tal-​Mediterran u involva ruħu fil-​politika taʼ Sirakuża, belt kbira Griega fi Sqallija, Platun irritorna lejn Ateni, fejn stabbilixxa l-​Akkademja. L-​Akkademja, li spiss tiġi msejħa l-​ewwel università tal-​Ewropa, saret ċentru għar-​riċerka tal-​matematika u l-​filosofija.

GĦALA GĦANDU JIMPURTAK?

It-​tagħlim taʼ Platun influwenza bil-​kbir it-​twemmin reliġjuż taʼ miljuni taʼ nies, inkluż il-​Kristjani tal-​isem li ħafna minnhom jaħsbu b’mod żbaljat li dan it-​twemmin huwa bbażat fuq il-​Bibbja. L-​iktar konċett magħruf mit-​tagħlim taʼ Platun hu li l-​bniedem għandu ruħ immortali li tibqaʼ ħajja wara l-​mewt tal-​ġisem fiżiku.

“L-​immortalità tar-​ruħ kienet waħda mis-​suġġetti favoriti taʼ Platun.”—Body and Soul in Ancient Philosophy

Platun kellu interess kbir fil-​ħajja wara l-​mewt. Il-​ktieb Body and Soul in Ancient Philosophy jgħid li “l-​immortalità tar-​ruħ kienet waħda mis-​suġġetti favoriti taʼ Platun.” Hu kien konvint għalkollox li “r-​ruħ tkompli tgħix wara l-​inkarnazzjoni preżenti, biex tkun ippremjata jew ikkastigata kif ikun ħaqqha” fil-​ħajja taʼ wara l-​mewt, skont kif il-​persuna tkun għexet fuq l-​art.a

KIF INFIREX IT-​TAGĦLIM TAʼ PLATUN?

Matul id-​disaʼ sekli li damet tiffunzjona l-​Akkademja taʼ Platun, mit-​387 Q.K. sal-​529 W.K., kellha influwenza kbira. L-​ideat taʼ Platun saru popolari f’pajjiżi ddominati mill-​Griegi u r-​Rumani. Il-​filosfu Lhudi Filo taʼ Lixandra adotta l-​Platoniżmu bħalma għamlu ħafna mexxejja reliġjużi fost il-​Kristjaneżmu. B’hekk, ideat filosofiċi pagani, inkluż l-​immortalità tar-​ruħ, daħlu fin fin fit-​tagħlim tal-​Ġudaiżmu u l-​Kristjanità.

“The Anchor Bible Dictionary jgħid li “t-​teoloġija Kristjana kollha tiddependi, għall-​inqas sa ċertu punt, fuq il-​filosofija kontemporanja Griega, primarjament il-​Platoniżmu, imma xi filosfi Kristjani . . . jistħoqqilhom it-​titlu taʼ Platonisti Kristjani.” Qabbel x’jgħidu s-​sorsi li ġejjin.

Dak li qal Platun: “[Mal-​mewt,] dik li hi l-​persuna reali taʼ kull wieħed minna, u li aħna nsejħulha r-​ruħ immortali, tmur fil-​preżenza taʼ allat oħra . . . biex tagħti rendikont tagħha nfisha,—prospett li t-​tajbin jiffaċċjaw bil-​kuraġġ, imma l-​ħżiena bl-​ikbar biżaʼ.”—Plato—Laws, Book XII.

Dak li tgħid il-​Bibbja: Ir-​ruħ hija l-​persuna nfisha jew il-​ħajja li din tgawdi. Anke l-​annimali huma erwieħ. Mal-​mewt, ir-​ruħ ma tibqax teżisti.b Ikkunsidra l-​iskritturi li ġejjin:

  • “L-​ewwel bniedem Adam sar ruħ ħajja.”—1 Korintin 15:45.

  • “Alla ssokta jgħid: ‘Ħa tnissel l-​art erwieħ ħajjin skond ġenshom, l-​annimali domestiċi u l-​annimali li jitkaxkru u l-​bhejjem salvaġġi taʼ l-​art.’”—Ġenesi 1:24.

  • “Ħa tmut ruħi.”—Numri 23:10.

  • “Ir-​ruħ li qed tidneb—din tmut.”—Eżekjel 18:4.

Jidher ċar li l-​Bibbja ma tgħallimx li r-​ruħ tibqaʼ ħajja wara li jmut il-​ġisem fiżiku. Għalhekk, staqsi lilek innifsek, ‘It-​twemmin tiegħi hu bbażat fuq il-​Bibbja jew fuq il-​filosofija taʼ Platun?’ ’

a Għalkemm l-​idea tar-​ruħ immortali għamilha popolari Platun, hu ma kienx l-​ewwel li adottaha. Fil-​forom differenti tagħha, din l-​idea kienet ilha parti mir-​reliġjon pagana, inkluż dik tal-​Eġittu u l-​Babilonja.

b Il-​Bibbja tgħallem li l-​mejtin huma bħallikieku reqdin, jistennew l-​irxoxt. (Ekkleżjasti 9:5; Ġwanni 11:11-​14; Atti 24:15) B’kuntrast, l-​hekk imsejħa ruħ immortali ma tistax tmut, u għalhekk ma jkollhiex bżonn irxoxt.

“Ir-​ruħ fit-​Testment il-​Qadim ma tfissirx parti mill-​bniedem, imma l-​bniedem kollu kemm hu—il-​bniedem bħala esseri ħaj. B’mod simili, fit-​Testment il-​Ġdid tfisser il-​ħajja umana. Il-​Bibbja ma titkellimx dwar li ruħ immaterjali tibqaʼ ħajja.’—New Catholic Encyclopedia.

“Kien biss fil-​perijodu taʼ wara li nkitbet il-​Bibbja li t-​twemmin ċar u sod tal-​immortalità tar-​ruħ rabba l-​għeruq . . . u sar wieħed mill-​pedamenti tat-​twemmin tal-​Lhud u l-​Kristjani.” (Korsiv tagħna.)—Encyclopaedia Judaica.

“It-​twemmin li r-​ruħ tkompli teżisti wara l-​mewt tal-​ġisem hu kwistjoni taʼ spekulazzjoni filosofika jew teoloġika . . . , u għalhekk imkien mhu mgħallem speċifikament fl-​Iskrittura Mqaddsa.”—The Jewish Encyclopedia.

FATTI FIL-​QOSOR

  • Platun hu meqjus li hu wieħed mill-​iktar filosfi influwenti li qatt għexu.

  • Bħala żagħżugħ, hu interessa ruħu fil-​politika imma din ħallietu ddiżappuntat għall-​aħħar.

  • Iktar tard kiteb fuq suġġetti bħalma huma l-​etika, il-​ġustizzja, l-​għarfien, il-​moderazzjoni, il-​virtù, ir-​ruħ, u l-​qlubija.

  • L-​iktar student magħruf taʼ Platun kien Aristotele, li sar għalliem, filosfu, u xjenzat.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja