LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/13 p. 16
  • Tinsab “f’Festa l-Ħin Kollu”?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tinsab “f’Festa l-Ħin Kollu”?
  • Stenbaħ!—2013
  • Materjal Simili
  • Għix Billi Żżomm il-Futur f’Moħħok
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • 4 | Ħares Lejn il-​Futur b’Tama
    Stenbaħ!—2022
  • Il-Bibbja Tistaʼ Tgħinek Issib l-Hena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • “Bil-Għaqal Hu Min Jaf Jilqaʼ t-Twiddib”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2013
g 11/13 p. 16

Tinsab “f’Festa l-​Ħin Kollu”?

“Il-​jiem taʼ min isofri kollha huma ħżiena; imma min iħossu tajjeb f’qalbu jinsab f’festa l-​ħin kollu.”—Proverbji 15:15.

DAN il-​kliem xi jfisser? Jirreferi għall-​kundizzjoni mentali u emozzjonali taʼ dak li jkun. “Min isofri” jiffoka fuq in-​negattiv—ħarsa li tagħmillu jiemu “ħżiena,” jew miżerabbli. B’kuntrast, dak li “jħossu tajjeb” jipprova jitfaʼ ħarstu fuq il-​pożittiv—attitudni li tippromwovi ferħ ġewwieni u ġġiegħlu jħossu “f’festa l-​ħin kollu.”

Ilkoll għandna problemi li jistgħu jisirqulna mill-​ferħ tagħna. Madankollu, għandna mnejn inkunu nistgħu nagħmlu xi affarijiet li jgħinuna nżommu l-​ferħ tagħna meta ngħaddu minn żminijiet diffiċli. Ara x’tgħid il-​Bibbja.

  • Tħallix l-​ansjetajiet dwar għada jtaqqluk illum. Ġesù Kristu qal: “Tinkwetax dwar għada; se jkollu biżżejjed inkwiet tiegħu stess. M’hemmx għalfejn iżżid mal-​inkwiet li kull ġurnata ġġib.”—Mattew 6:34, Good News Translation.

  • Ipprova ffoka fuq l-​affarijiet tajbin li għaddejt minnhom. Fil-​fatt, meta tħossok imdejjaq, għala ma tagħmilx lista taʼ dawn l-​affarijiet tajbin u tirrifletti fuqhom? Ukoll, tiffokax fuq żbalji tal-​passat jew għemejjel ħżiena. Tgħallem minnhom u imxi ’l quddiem. Kun bħal sewwieq li jagħti daqqa t’għajn fil-​mera biex jara x’qed jiġri wara imma li ma jiffokax fuqha. Ukoll, ftakar li ‘għand [Alla] hemm il-​maħfra vera.’—Salm 130:4.

  • Meta l-​ansjetajiet itaqqluk, iftaħ qalbek maʼ xi ħadd li kapaċi jgħinek tħossok aħjar. Proverbji 12:25 jgħid: “L-​ansjetà” lil qalbna “ttaqqalha, imma l-​kelma t-​tajba tferraħha.” Din “il-​kelma t-​tajba” tistaʼ tintqal minn membru tal-​familja jew xi ħabib fdat—xi ħadd li mhuwiex sarkastiku jew pessimist imma li “jħobb il-​ħin kollu.”—Proverbji 17:17.

Il-​pariri kollhom għerf li jinsabu fil-​Bibbja għenu lil ħafna wħud isibu iżjed ferħ fil-​ħajja, anke fi żmien diffiċli. Jalla dawk il-​pariri prezzjużi jgħinu lilek ukoll.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja