LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 1/14 p. 7
  • Ħarsa lejn id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħarsa lejn id-dinja
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Afrika, ’l isfel mis-​Saħara
  • L-​Italja
  • Il-​Ġappun
  • Il-​Brażil
  • Statistiċi dwar l-AIDS li Jaħsduk!
    Stenbaħ!—2001
  • Ħarsa Lejn id-Dinja
    Stenbaħ!—2013
  • Ktieb li l-Biċċa l-Kbira miż-Żgħażagħ Ma Jagħtux Kasu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Tfittxija Kontinwa għal Soluzzjonijiet
    Stenbaħ!—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 1/14 p. 7

Ħarsa lejn id-​dinja

L-​Afrika, ’l isfel mis-​Saħara

Mara Afrikana bit-​tarbija tagħha

“Persentaġġ taʼ 38 fil-​mija biss mit-​tfal taħt il-​ħames snin għandhom ċertifikat tat-​twelid,” jgħid rapport tal-​UNICEF dwar l-​Afrika, ’l isfel mis-​Saħara. Madankollu, f’ċerti nħawi f’dik il-​parti tad-​dinja, “ir-​reġistrazzjoni tat-​twelid hija essenzjali sabiex it-​tfal ikollhom aċċess għall-​kura tas-​saħħa u għall-​edukazzjoni, kif ukoll sabiex l-​iltiema jkunu jistgħu jirtu lill-​ġenituri tagħhom,” qalet Elke Wisch, deputat direttriċi reġjonali tal-​UNICEF għall-​Afrika tal-​Lvant u tan-​Nofsinhar.

L-​Italja

Tfajla Taljana adoloxxenti li hi vittma tal-​bullying permezz tal-​Internet

Skont stħarriġ li sar, l-​iktar biżaʼ komuni tal-​adoloxxenti Taljani hu l-​bullying permezz tal-​Internet. Fost dawk taʼ bejn it-​12 u s-​17-​il sena, kien hemm 72 fil-​mija li qalu li jitkexkxu minnu. Dan il-​persentaġġ huwa ogħla minn taʼ dawk li jibżgħu mid-​drogi (55 fil-​mija), li jiġu abbużati sesswalment minn adult (44 fil-​mija), jew li jlaqqtu xi marda trasmessa sesswalment (24 fil-​mija).

Il-​Ġappun

Adult żagħżugħ Ġappuniż

Bħalma ġie rapportat f’The Japan Times, iktar ma jmur, adulti żgħażagħ Ġappuniżi mhumiex jaċċettaw promozzjonijiet fuq il-​post tax-​xogħol. Erbgħin fil-​mija jqisu n-​nuqqas taʼ etika u l-​abbundanza taʼ prattiki diżonesti bħala oġġezzjonabbli. Ħafna impjegati jħossu li ma jistgħux jiddiskutu l-​opinjoni tagħhom maʼ dawk taʼ fuqhom jew jgħidulhom kif iħossuhom. Filwaqt li dawk taʼ ġenerazzjoni akbar baqgħu jaħdmu mal-​istess imgħallem, 60 fil-​mija tal-​impjegati żgħażagħ issa sempliċement jibqgħu bl-​istess impjieg sakemm isibu xogħol aħjar.

Il-​Brażil

Rivolver

Mill-​1980 sal-​2010 nqatlu kważi 800,000 ruħ fil-​Brażil bl-​armi tan-​nar. ’Il fuq minn 450,000 vittma kellhom bejn il-​15 u d-​29 sena. Studju dwar delitti iktar reċenti juri li l-​qtil spiss huwa r-​riżultat taʼ tilwim domestiku, konflitti mal-​ġirien, għira, jew argumenti bejn is-​sewwieqa.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja