LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 6/14 pp. 12-13
  • Mard tal-ħanek—Tbati bih?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Mard tal-ħanek—Tbati bih?
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Fatti dwar il-​mard tal-​ħanek
  • Il-​kawża u l-​effett tal-​mard tal-​ħanek
  • Id-​dijanjosi u l-​kura tal-​mard tal-​ħanek
  • Iċ-Chewing Gum—Modern iżda Antik
    Stenbaħ!—2002
  • It-2 Suġġeriment—Ħu Ħsieb il-Bżonnijiet Bażiċi taʼ Ġismek
    Stenbaħ!—2011
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
Stenbaħ!—2014
g 6/14 pp. 12-13
Missier u ibnu jaħslu snienhom

Mard tal-​ħanek—Tbati Bih?

DAN hu wieħed mill-​iktar mard orali (tal-​ħalq) komuni fid-​dinja. Madankollu, din il-​marda fl-​istadji inizjali tagħha tistaʼ ma tikkawżax sintomi mill-​ewwel. Dan in-​nuqqas taʼ sintomi ovvji hu karatteristiku tal-​mard tal-​ħanek. L-​International Dental Journal jinkludi l-​mard paradentali (tal-​ħanek) fost mard orali li hu taʼ “problema serja tas-​saħħa pubblika.” Iżid jgħid li l-​impatt tal-​mard orali “fuq individwi u komunitajiet f’dawk li huma wġigħ u tbatija, tfixkil biex jintuża l-​ħalq, u tnaqqis fil-​kwalità tal-​ħajja hu konsiderevoli.” Diskussjoni dwar din il-​kundizzjoni komuni tistaʼ tgħinek tnaqqas ir-​riskju li jkollok il-​mard tal-​ħanek.

Fatti dwar il-​mard tal-​ħanek

Hemm stadji differenti tal-​mard tal-​ħanek. L-​istadju inizjali, imsejjaħ ġenġivite, hu infjammazzjoni tal-​ħniek. Ħanek li jnixxi d-​demm jistaʼ jkun sinjal taʼ dan l-​istadju. Dan jistaʼ jiġri waqt il-​ħasil jew it-​tħammil tas-​snien jew għal ebda raġuni evidenti. Ukoll, jekk joħroġ id-​demm waqt eżami tal-​ħanek, dan jistaʼ jindika l-​ġenġivite.

Il-​mard tal-​ħanek li jiġi wara dan l-​istadju jismu periodontitis. F’dan il-​punt, l-​istrutturi orali li jżommu snienek f’posthom, bħaċ-​ċelluli tal-​għadam u tal-​ħanek, jibdew jinqerdu. Dan it-​tip taʼ mard tal-​ħanek jistaʼ ma jikkaġunax sintomi sa ma jilħaq isir gravi. Xi sinjali taʼ periodontitis jistgħu jkunu spazji fil-​ħniek; snien jiċċaqalqu; spazji li jifformaw bejn is-​snien; nifs jinten; ħniek li jinġibdu lura minn mas-​snien, u li b’hekk iġiegħlu lis-​snien jidhru itwal; u ħniek li jnixxu d-​demm.

Il-​kawża u l-​effett tal-​mard tal-​ħanek

Diversi fatturi jistgħu jżidu ċ-​ċans tal-​mard tal-​ħanek. Il-​plakka dentali, li hi lega rqiqa taʼ batterji li tifforma regolarment fuq is-​snien, hi l-​iktar kawża komuni. Jekk il-​plakka ma titneħħiex, il-​batterji jistgħu jikkaġunaw nefħa fil-​ħanek. Hekk kif dan il-​proċess ikompli, il-​ħniek jibdew jisseparaw minn mas-​snien u jippermettu l-​plakka mimlija batterji tikber taħt il-​ħanek. Ladarba l-​batterji jkunu waslu s’hawn, il-​proċess tal-​infjammazzjoni javvanza u jeqred iċ-​ċelluli tal-​għadam u tal-​ħanek. Il-​plakka dentali, fuq is-​snien jew fuq il-​ħanek, tistaʼ tibbies u ssir ġebla (jew kif tissejjaħ l-​iktar, tartru). Il-​ġebla wkoll tkun miksija bil-​batterji, u peress li tkun iebsa u teħel mas-​snien, ma jkunx faċli titneħħa daqs il-​plakka. Għalhekk, il-​batterji jistgħu jkomplu jeffettwaw ħażin lill-​ħanek.

Hemm fatturi oħra li jistgħu jikkontribwixxu għar-​riskju li jkollok il-​mard tal-​ħanek. Dawn jistgħu jinkludu iġjene orali mhux adegwata, mediċini li jdgħajfu s-​sistema immuni, infezzjonijiet virali, stress, dijabete mhux kontrollata, konsum żejjed tal-​alkoħol, użu tat-​tabakk, u bdil fl-​ormoni minħabba t-​tqala.

Il-​mard tal-​ħanek jistaʼ jeffettwak b’modi oħrajn. L-​uġigħ fil-​ħalq jew it-​telf tas-​snien minħabba mard tal-​ħanek jistaʼ jtellef l-​abbiltà tiegħek biex tomgħod u tgawdi l-​ikel. Id-​diskors u l-​apparenza tiegħek jistgħu jmorru minn taħt. Ukoll, ir-​riċerka wriet li s-​saħħa orali hi relatata mill-​qrib mas-​saħħa inġenerali.

Id-​dijanjosi u l-​kura tal-​mard tal-​ħanek

Kif tkun taf jekk għandekx mard tal-​ħanek? Tistaʼ tinnota xi affarijiet imsemmijin diġà f’dan l-​artiklu. Jekk inhu hekk, ikun għaqli tikkonsulta dentist li jistaʼ jevalwalek is-​saħħa tal-​ħanek.

Jistaʼ jiġi kkurat il-​mard tal-​ħanek? Jekk ikun għadu fil-​bidu tiegħu, il-​mard tal-​ħanek jistaʼ jitreġġaʼ lura. Jekk dan jiggrava sal-​punt li jsir periodontitis, imbagħad il-​mira tkun li l-​progress tal-​marda jitwaqqaf qabel ma jkompli jeqred l-​għadam u ċ-​ċelluli madwar is-​snien. Id-​dentisti jużaw għodda speċjalizzata biex ineħħu l-​plakka u l-​ġebla mis-​snien, kemm minn taħt u minn fuq il-​ħanek.

Kemm jekk m’għandekx aċċess jew għandek aċċess limitat għal kura professjonali dentali, il-​prevenzjoni hi s-​sigriet biex tnaqqas ir-​riskju li jkollok din il-​marda li ma tindunax biha mill-​ewwel u li tistaʼ tkun qerrieda. Kura orali tajba u regulari tiegħek innifsek hi l-​aqwa prevenzjoni biex tnaqqas ir-​riskju tal-​mard tal-​ħanek.

L-​IĠJENE ORALI

Mara taħsel snienha

Aħsel snienek mill-​inqas darbtejn kuljum. Hemm min ikollu bżonn jaħsilhom iktar spiss, forsi wara kull ikla, sabiex inaqqas ir-​riskju tal-​mard tal-​ħanek

Uża xkupilja ratba, b’movimenti ħfief u żgħar

Mara tnaddaf bejn is-​snien

Naddaf bejn is-​snien bl-​attenzjoni kuljum billi tuża d-​dental floss jew, jekk ikun hemm bżonn, apparat bħal xkupilja speċjali jew toothpick li tnaddaf bejn is-​snien

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja