LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g02 5/8 p. 31
  • Iċ-Chewing Gum—Modern iżda Antik

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iċ-Chewing Gum—Modern iżda Antik
  • Stenbaħ!—2002
  • Materjal Simili
  • Mard tal-ħanek—Tbati bih?
    Stenbaħ!—2014
  • Stikka li Tnaddaf is-Snien
    Stenbaħ!—2003
  • Mingħand il-Qarrejja
    Stenbaħ!—2002
  • Ma Nittraskurawx id-Dar t’Alla Tagħna
    Il-Ministeru tas-Saltna—2004
Stenbaħ!—2002
g02 5/8 p. 31

Iċ-​Chewing Gum—Modern iżda Antik

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIL-​MESSIKU

SA MINN ŻMIEN TWIL ILU, in-​nies kienu jieħdu pjaċir jomogħdu ċ-​chewing gum. Il-​Griegi tal-​qedem kienu jomogħdu s-​sustanza twaħħal, jew raża, li kienet toħroġ mis-​siġra tal-​mastiċi. L-​Azteki kienu jomogħdu t-​tzictli, jew chicle, il-​gomma tas-​siġra tas-​sapodilja. U l-​Amerikani Nattivi taʼ New England għallmu lin-​nies li marru joqogħdu hemm biex jomogħdu r-​raża minn tip taʼ siġra salvaġġa tal-​prinjoli. Fil-​fatt, fil-​bidu tas-​seklu dsatax, l-​ewwel chewing gum kummerċjali li beda jinbiegħ fl-​Istati Uniti kien biċċiet taʼ raża minn din is-​siġra. Iktar tard, kienet saret drawwa popolari li jomogħdu x-​xamaʼ bajda miżjuda biz-​zokkor.

Jintqal li ċ-​chewing gum modern beda fl-​aħħar nofs tas-​seklu 19. L-​ex-president Messikan, Santa Anna, kien ġie eżiljat fl-​Istati Uniti u ġie notat jomgħod xi biċċiet tal-​gomma li kien ġab miegħu mill-​Messiku. Ċertu inventur Amerikan intebaħ x’potenzjal kellha din il-​gomma li kieku kellhom iżidulha z-​zokkor u jagħtuha togħma taʼ xi ħaġa. Għalhekk, beda jimportaha fl-​Istati Uniti biex jagħmel iċ-​chewing gum.

Din il-​gomma tiġi mill-​ħalib li joħroġ mis-​sapodilja, siġra li dejjem tħaddar imsejħa s-​siġra taċ-​chewing gum. Din tikber oriġinarjament fil-​Gran Petén, il-​foresta tropikali tax-​xita fit-​tramuntana tal-​Gwatemala, fil-​Beliże, u fil-​Peniżola taʼ Yucatán fil-​Messiku. Hemmhekk, f’xi nħawi, tistaʼ ssib iktar minn mija u ħamsa u sebgħin siġra tas-​sapodilja kull għaxart elef metru kwadru. Matul l-​istaġun tax-​xita, iċ-​chicleros, dawk li jiġbru din il-​gomma, jagħmlu qsim żigużajg fiz-​zokk tas-​siġra salvaġġa tas-​sapodilja, u jħallu l-​ħalib iqattar bil-​mod il-​mod f’reċipjent taħt is-​siġra. Imbagħad jiġbruh, jgħalluh sakemm jagħqad kemm hemm bżonn, u jifformawh fi blokok biex ibigħuh. Sa ċertu punt, illum din il-​gomma għadha tintuża fl-​industrija taċ-​chewing gum—partikolarment fiċ-​chewing gum reklamat bħala naturali—imma mis-​snin 40 ’l hawn, ħafna drabi fl-​Istati Uniti bdew jintużaw ċerti prodotti sintetiċi minflokha.

Iċ-​chewing gum għala hu daqshekk popolari? Ħafna jomogħduh biex ikollhom togħma tajba u jnaddfu snienhom meta ma jkunux jistgħu jaħsluhom wara xi ikla jew meta jieħdu xi ħaġa żgħira.a Oħrajn isibu li ċ-​chewing gum jirrilassahom u jgħinhom jikkonċentraw. Fil-​fatt, peress li nstab li ċ-​chewing gum inaqqas it-​tensjoni u jgħin lil dak li jkun biex jibqaʼ mqajjem, il-​forzi armati Amerikani pprovdew iċ-​chewing gum lis-​suldati fl-​ewwel u t-​tieni gwerer dinjin u għadhom sa llum jinkluduh mal-​provvisti taʼ l-​ikel tas-​suldati, għal x’ħin ikunu qed jitħarrġu u jiġġieldu. Xi sewwieqa jsibu li ċ-​chewing gum huwa iktar effettiv mill-​kafè biex jibqgħu mqajmin. Dawk li jkunu qed jipprovaw jaqtgħu s-​sigaretti jistgħu jsibu li jgħinhom. Ukoll, hawn ħafna li meta jkollhom aptit inaqqru xi ħaġa jippreferu jieħdu ċ-​chewing gum, li fih inqas minn għaxar kaloriji kull biċċa.

Madankollu, ħafna nies ma togħġobhomx din id-​drawwa. U jistaʼ jkun hemm drabi fejn titqies bħala manjieri ħżiena. Mela jekk għandek din id-​drawwa antika iżda moderna taʼ li tomgħod iċ-​chewing gum, se jkun hemm bżonn li tuża l-​għaqal.b

[Noti taʼ taħt]

a Iċ-​chewing gum iżid ir-​riq. Dan jgħin biex jinnewtralizza l-​aċidu fil-​plakka fis-​snien, u b’hekk iwassal għal saħħa fil-​ħalq. Id-​dentisti jgħidu li għal iktar protezzjoni kontra t-​taħsir tas-​snien, tajjeb li wieħed jieħu chewing gum bla zokkor għal dan l-​iskop.

b Attenzjoni: Iċ-​chewing gum m’għandekx tibilgħu, għax jistaʼ jimblokka l-​imsaren jew il-​passaġġ taʼ bejn ġriżmejk u l-​istonku. Ukoll, jekk ikollok mili tas-​snien li fih il-​metall u toqgħod tomgħod ħafna chewing gum, se jinġemagħlek livell għoli taʼ merkurju.

[Stampa f’paġna 31]

Ħaddiema jagħmlu qsim żigużajg fiz-​zokk taʼ siġra tas-​sapodilja

[Sors]

Copyright Fulvio Eccardi/vsual.com

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja