LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g03 9/8 p. 11
  • Stikka li Tnaddaf is-Snien

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Stikka li Tnaddaf is-Snien
  • Stenbaħ!—2003
  • Materjal Simili
  • Iċ-Chewing Gum—Modern iżda Antik
    Stenbaħ!—2002
  • Mistoqsijiet mill-qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Mard tal-ħanek—Tbati bih?
    Stenbaħ!—2014
  • Protezzjoni għal Snien Delikati
    Stenbaħ!—2000
Stenbaħ!—2003
g03 9/8 p. 11

Stikka li Tnaddaf is-​Snien

MINN KITTIEB GĦAL STENBAĦ! FIŻ-​ŻAMBJA

L-​AFRIKA—kontinent fejn ħafna nies għandhom snien mill-​isbaħ u madankollu ftit għandhom xkupilji tas-​snien bħalma nixtru mingħand tal-​ħanut! Dan kif jistaʼ jkun? Għal ħafna wħud, is-​sigriet wara s-​snien brillanti huwa sempliċi biċċa injama—l-​istikka li tomgħodha!

L-istikek li tomgħodhom darba kienu jintużaw mill-​Babiloniżi u iktar tard mill-​Eġizzjani, il-​Griegi, u r-​Rumani. Dawn “l-​ixkupilji tas-​snien” żgħar u taʼ l-​injam kienu wkoll komuni fl-​Għarabja taʼ qabel l-​Islam. L-​Ewropej waqfu milli jużaw l-​istikka li tomgħodha madwar 300 sena ilu, biss xorta għadha popolari f’partijiet taʼ l-​Afrika, l-​Asja, u l-​Lvant Nofsani.

L-iktar sors komuni fil-​Lvant Nofsani minfejn iġibu l-​istikka li tomgħodha hija s-​siġra Salvadora persica, jew it-​toothbrush tree (letteralment tfisser siġra taʼ l-​ixkupilja tas-​snien). Fil-​Punent taʼ l-​Afrika, jintużaw is-​siġar tal-​lajm u tal-​larinġ waqt li fis-​sottokontinent taʼ l-​Indja s-​sors prinċipali minfejn iġibu l-​istikek li tomgħodhom hu mis-​siġra Azadirachta indica. Fil-​Lvant taʼ l-​Afrika jużaw xi 300 speċi differenti taʼ siġar u xtieli sabiex jagħmlu l-​istikek li tomgħodhom. Kif tnaddaf is-​snien din l-​istikka?

Meta tkun qed tomgħod l-​istikka, il-​fibra fit-​tarf tagħha tirtab, u għalhekk tifforma “xkupilja” iebsa. Jekk tkompli tomgħodha din terħi biċċiet bejn is-​snien u tqanqal iċ-​ċirkulazzjoni tad-​demm fil-​ħanek. Ukoll, meta tomgħod iżżid il-​produzzjoni tal-​bżieq fil-​ħalq, li jservi biex jaħsel il-​ħalq b’mod naturali u jlaħlaħ il-​batterji u joħloq ambjent li ma jħallihomx jiffjorixxu.a

Iżda l-​istikka li tomgħodha hija iktar minn sempliċi xkupilja. Iz-​zkuk u l-​għeruq taʼ ċerti speċi taʼ pjanti huma magħmulin minn kimiċi li ma jħallux il-​plakka tas-​snien tifforma malajr. L-​estratti taʼ ċerti stikek urew li għandhom effett li ma jħallix il-​batterji u l-​fungu jifforma. Iz-​zkuk tas-​siġra Salvadora persica, li semmejna qabel, jistgħu saħansitra jgħinu biex ma jħallux l-​ulċeri jifformaw. Fin-​Namibja, stikek li ttieħdu minn pjanta msejħa Diospyros lycioides iżommu l-​patoġeni milli jikbru u dawn huma magħrufa li jikkaġunaw it-​taħsir tas-​snien, il-​mard fil-​ħanek, u fil-​ġriżmejn. Dan l-​apparat naturali għall-​kura tas-​snien jistaʼ jevita li jitħassru s-​snien kif ukoll isaħħaħ l-​għeruq u l-​ħanek. Xi kumpaniji issa qed jagħmlu toothpaste li fih fibri u raża meħudin minn pjanti bħal dawn.

M’għandniex xi ngħidu, xi wħud jippreferu jużaw l-​ixkupilja tradizzjonali tas-​snien. Kemm jekk tagħżel li tuża l-​ixkupilja jew l-​istikka, bħalma kienu jagħmlu fl-​antik, ħaġa waħda hija ċerta: L-​iġjene tas-​snien hija parti importanti mill-​kura tas-​saħħa persunali.

[Nota taʼ taħt]

a M’għandniex xi ngħidu, dak li tiekol huwa importanti wkoll. Il-​popolazzjonijiet Afrikani li jgħixu fil-​kampanja spiss jieklu iktar żrieragħ u ħaxix mill-​Afrikani li jgħixu fil-​bliet. Ukoll, spiss jieklu inqas zokkor, ikel proċessat, u soft drinks—magħrufa bħala affarijiet li jħassru s-​snien.

[Stampa f’paġna 11]

Is-​siġra “Azadirachta indica” hi sors wieħed minfejn iġibu l-​istikek li tomgħodhom

[Sors]

William M. Ciesla, Forest Health Management International, www.forestryimages.org

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja