LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 8/14 pp. 14-15
  • Ħolm mingħand Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħolm mingħand Alla
  • Stenbaħ!—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Uża Alla l-ħolm biex jikkomunika mal-bnedmin?
  • Juża Alla l-ħolm biex jikkomunika magħna llum?
  • Għala tistaʼ tafda l-ħolm u l-​viżjonijiet dokumentati fil-​Bibbja?
  • Huwa l-Ħolm Messaġġ Mingħand Alla?
    Stenbaħ!—2001
  • Jistaʼ l-Ħolm Ibassar il-Futur?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Ikollna Noħolmu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Oqgħod Attent għall-Kelma Profetika t’Alla għal Żmienna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2014
g 8/14 pp. 14-15
Raġel joħlom

IL-ĦARSA TAL-BIBBJA

Ħolm mingħand Alla

Uża Alla l-ħolm biex jikkomunika mal-bnedmin?

“[Il-profeta t’Alla] Danjel kellu ħolma . . . fuq soddtu. Dak il-ħin hu kiteb il-ħolma u rrakkonta l-istorja kollha taʼ kif ġraw l-affarijiet.”—Danjel 7:1.

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

Alla ta messaġġi importanti lin-​nies b’modi differenti. Fi żminijiet Bibliċi, kultant uża l-​ħolm. Imma dan ma kienx ħolm vag taʼ kuljum u li ma jagħmilx sens. Il-​ħolm mingħand Alla kien ċar u loġiku, u kellu messaġġ definit. Pereżempju, il-​profeta Danjel f’ħolma ra serje taʼ bhejjem li jissimbolizzaw imperi politiċi minn Babilonja sa żmienna. (Danjel 7:1-​3, 17) Permezz taʼ ħolma, Alla qal lil Ġużeppi taʼ Nazaret, il-​missier adottiv taʼ Ġesù, biex jaħrab lejn l-​Eġittu maʼ martu u ibnu. Minħabba f’hekk, Ġesù ħelisha mill-​mewt minn taħt idejn is-​sultan kattiv Erodi. Meta miet Erodi, Alla għarraf dan lil Ġużeppi permezz taʼ ħolma, u fl-​istess ħin qallu jirritorna pajjiżu maʼ familtu.—Mattew 2:13-15, 19-23.

Juża Alla l-ħolm biex jikkomunika magħna llum?

“Tmorrux lil hinn minn dak li hemm miktub.”—1 Korintin 4:6.

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

Il-​ħolm imniżżel fil-​Bibbja hu parti mir-​rivelazzjoni miktuba li Alla ta lill-​bnedmin. Rigward din ir-​rivelazzjoni, it-​2 Timotju 3:16, 17 jgħid: “L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi, tiddixxiplina fis-​sewwa, sabiex il-​bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox, armat bis-​sħiħ għal kull għemil tajjeb.”

Il-​Bibbja ‘tarmana bis-​sħiħ’ fis-​sens li tirrivelalna kulma għandna bżonn inkunu nafu dwar Alla, il-​kwalitajiet tiegħu, il-​livelli morali tiegħu, u fejn nidħlu aħna fl-​iskop tiegħu għall-​art. Għalhekk, Alla m’għadux juża l-​ħolm biex iwassal il-​messaġġi lill-​bnedmin. Jekk irridu nitgħallmu dwar il-​futur u r-​rieda t’Alla għalina, m’għandniex ‘immorru lil hinn minn dak li hemm miktub’—jiġifieri miktub fil-​Bibbja. Iżjed minn hekk, prattikament l-​umanità kollha tistaʼ tirreferi għal dan il-​ktieb u tistudja l-​ħafna rivelazzjonijiet minn Alla, inkluż il-​ħolm.

Għala tistaʼ tafda l-ħolm u l-​viżjonijiet dokumentati fil-​Bibbja?

“Xi bnedmin tkellmu minn Alla skond kif tmexxew mill-​ispirtu qaddis.”—2 Pietru 1:21.

DAK LI TGĦID IL-BIBBJA

Ħafna mill-​ħolm u l-​viżjonijiet imniżżlin fil-​Bibbja kienu profetiċi—jiġifieri bassru ġrajjiet futuri. Minħabba li dawn il-​profeziji huma dokumentati, il-​Bibbja tagħti prova li hi u l-​kittieba tagħha kienu qed jgħidu s-​sewwa. Urew li kienu eżatti l-​kitbiet tagħhom? Ikkunsidra eżempju—il-​viżjoni li nsibu f’​Danjel 8:1-​7, li nkitbet lejn l-​aħħar tal-​Imperu Babiloniż.

Bl-​użu tas-​simboliżmu, fil-​profezija ssemmew muntun u bodbod li għeleb lill-​muntun billi għaffġu taħt saqajh. Danjel ma kellux għalfejn jaqtaʼ x’kienet it-​tifsira taʼ din il-​viżjoni. Messaġġier anġeliku t’Alla ddikjara: “Il-​muntun . . . li kellu ż-​żewġt iqrun jirrappreżenta lis-​slaten tal-​Medja u tal-​Persja. U l-​bodbod sufi jirrappreżenta lis-​sultan tal-​Greċja.” (Danjel 8:20, 21) L-​istorja tikkonferma li l-​Medo-​Persja għelbet lil Babilonja bħala qawwa dinjija. Imbagħad, xi mitejn sena wara, il-​Medo-​Persja ngħelbet minn Alessandru l-​Kbir tal-​Greċja. Din l-​eżattezza li tgħaġġbek tikkaratterizza l-​profeziji Bibliċi, inkluż il-​ħolm profetiku. Dan il-​fatt waħdu jifred il-​Bibbja mill-​kotba qaddisa l-​oħrajn kollha, u jagħmilha jistħoqqilha l-​fiduċja tagħna.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja