LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 11/15 pp. 14-15
  • Tmiem id-dinja

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tmiem id-dinja
  • Stenbaħ!—2015
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhi d-​“dinja” li se tgħaddi?
  • Kif se tispiċċa d-​dinja?
  • Meta se tispiċċa d-​dinja?
  • Meta Se Jiġi l-Aħħar tad-Dinja? Ġesù X’Qal?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2021
  • L-Iskop t’Alla Dalwaqt Se Jiġi Rrealizzat
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Erbaʼ Mistoqsijiet Dwar it-Tmiem Imweġbin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • Dan Kollu Xi Jfisser?
    Ibqaʼ Għassa!
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2015
g 11/15 pp. 14-15

IL-​ĦARSA TAL-​BIBBJA

Tmiem Id-​dinja

“Id-​dinja tgħaddi u x-​xewqa tagħha wkoll,” jgħid l-​1 Ġwanni 2:17. Din id-​“dinja” x’inhi? Kif u meta se tgħaddi?

X’inhi d-​“dinja” li se tgħaddi?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

Peress li d-​dinja li qed nitkellmu fuqha għandha ‘xewqat’ li ħaqqhom id-​diżapprovazzjoni t’Alla, ovvjament mhix id-​dinja letterali. Pjuttost, hi d-​dinja taʼ umanità li tinjora lil Alla u b’hekk tagħmel lilha nfisha għadu tiegħu. (Ġakbu 4:4) In-​nies li jifformaw din id-​dinja se “jieħdu l-​kastig ġudizzjarju taʼ qerda għal dejjem.” (2 Tessalonikin 1:7-​9) Mill-​banda l-​oħra, nies li ma jibqgħux “parti mid-​dinja,” billi jobdu lil Ġesù Kristu, għandhom il-​prospett taʼ ħajja taʼ dejjem.—Ġwanni 15:19.

Tabilħaqq, l-​1 Ġwanni 2:17 jikkonkludi: “Min jagħmel ir-​rieda t’Alla jibqaʼ għal dejjem.” Iva, ikollu l-​prospett li jkollu ħajja taʼ dejjem hawnhekk fuq l-​art, kif jintqal f’​Salm 37:29: “Il-​ġusti se jirtu l-​art, u jgħammru fiha għal dejjem.”

“Tħobbux id-​dinja u lanqas dak li hemm fid-​dinja. Jekk xi ħadd iħobb id-​dinja, l-​imħabba tal-​Missier mhix fih.”—1 Ġwanni 2:15.

Kif se tispiċċa d-​dinja?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

It-​tmiem se jiġi f’żewġ stadji prinċipali. L-​ewwel, Alla se jeqred ir-​reliġjonijiet organizzati foloz, impinġijin bħala prostituta li jisimha “Babilonja l-​Kbira.” (Rivelazzjoni 17:1-​5; 18:8) Filwaqt li tistqarr li hi leali lejn Alla, issieħbet mal-​mexxejja politiċi tad-​dinja. Però, dawn il-​mexxejja stess se jduru għaliha. “Lill-​prostituta . . . jħarbtuha u jneżżgħuha, u jiklulha laħamha [jew ir-​rikkezzi tagħha] u jaħarquha għalkollox bin-​nar.”—Rivelazzjoni 17:16.

Imbagħad, Alla se jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejn il-​mexxejja politiċi stess—“is-​slaten taʼ l-​art abitata kollha.” Flimkien man-​nies mill-​agħar inġenerali, dawn se jinqerdu fil-​“gwerra tal-​jum il-​kbir t’Alla li Jistaʼ Kollox,” imsejħa wkoll “Ħar–Magedon.”—Rivelazzjoni 16:14, 16.

“Fittxu lil Ġeħova, intom il-​ġwejdin kollha taʼ l-​art . . . Fittxu s-​sewwa, fittxu li tkunu ġwejdin. Probabbilment tkunu tistgħu tinħbew f’jum ir-​rabja taʼ Ġeħova.”—Sofonija 2:3.

Meta se tispiċċa d-​dinja?

DAK LI TGĦID IL-​BIBBJA

It-​tmiem jiġi meta l-​umanità tkun irċiviet twissija biżżejjed permezz tax-​xandir globali tas-​Saltna t’Alla—gvern dinji li se jieħu post it-​tmexxija tal-​bniedem. (Danjel 7:13, 14) Ġesù Kristu qal: “Din l-​aħbar tajba tas-​saltna tiġi pridkata fl-​art abitata kollha bħala xiehda lill-​ġnus kollha; u mbagħad jiġi t-​tmiem.” (Mattew 24:14) Dan ix-​xogħol tal-​ippritkar, li jirrifletti l-​ġustizzja u l-​ħniena t’Alla hu parti minn “sinjal” magħmul minn ħafna partijiet li jimmarka żmien it-​tmiem. Is-​sinjal jinkludi wkoll gwerer internazzjonali, terremoti, ġuħ, u mard.—Mattew 24:3; Luqa 21:10, 11.

Minbarra li tbassar ġrajjiet dinjin, il-​Bibbja tagħtina wkoll il-​karatteristiki tan-​nies tal-​“aħħar jiem.” Naqraw: “Ikun hawn żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom. Għax in-​nies ikunu jħobbu lilhom infushom, iħobbu l-​flus, . . . diżubbidjenti lejn il-​ġenituri, . . . mingħajr rażna, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tajjeb, . . . iħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla.”a—2 Timotju 3:1-​5.

Grupp taʼ nies irrabjati

Id-dinja mill-agħar preżenti dalwaqt se “tgħaddi.”—1 Ġwanni 2:17

Dawn il-​kundizzjonijiet kollha jimmarkaw l-​era li bdiet madwar iż-​żmien tal-​Ewwel Gwerra Dinjija fl-​1914. Iżjed minn hekk, minn dik is-​sena ’l hawn, is-​Saltna t’Alla ġiet imħabbra f’kull rokna tad-​dinja, u x-​Xhieda taʼ Ġeħova jqisuh taʼ unur li huma magħrufin man-​nies bħala dawk li qed jagħmlu dan ix-​xogħol. Infatti r-​rivista primarja tagħhom jisimha It-​Torri tal-​Għassa Jħabbar is-​Saltna taʼ Ġeħova.

“Għalhekk, ibqgħu għassa għax la tafu l-​jum u lanqas is-​siegħa.”—Mattew 25:13.

a Għal iżjed informazzjoni, ara kapitlu 9 tal-​ktieb Il-​Bibbja X’Tgħallem Verament? ippubblikat mix-​Xhieda taʼ Ġeħova. Disponibbli wkoll fuq www.jw.org/mt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja