LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 3 pp. 10-11
  • Kif tiddiskuti l-problemi

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tiddiskuti l-problemi
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • X’GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Kif turi apprezzament
    Stenbaħ!—2017
  • Kif turi rispett
    Stenbaħ!—2016
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Insolvu l-Problemi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 3 pp. 10-11
Raġel miżżewweġ jagħti widen lil martu

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IŻ-​ŻWIEĠ

Kif tiddiskuti l-​problemi

L-​ISFIDA

Meta int u s-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek tiddiskutu xi problema, tħossukom iżjed inkwetati u mbegħdin minn meta bdejtu l-​konversazzjoni? Jekk inhu hekk, tistaʼ ttejjeb is-​sitwazzjoni. L-​ewwel, imma, hemm ftit affarijiet li trid tkun taf dwar il-​modi differenti li bihom jikkomunikaw l-​irġiel u n-​nisa.a

X’GĦANDEK TKUN TAF

Raġel jaħseb kif se jirranġa problema waqt li mara taħseb kif se titkellem dwar il-problema

Ġeneralment, in-​nisa jippreferu jitkellmu dwar problema qabel ma jisimgħu soluzzjoni. Fil-​fatt, kultant li jitkellmu hi s-​soluzzjoni.

“Inħossni aħjar meta nkun esprimejt is-​sentimenti tiegħi u nkun naf li r-​raġel tiegħi jifhimni. Wara li nitkellem dwarha, jgħaddili—normalment fi ftit minuti biss wara l-​konversazzjoni.”—Sirppa.b

“Il-​ħaġa tibqaʼ tberren f’moħħi jekk ma jkollix l-​opportunità nispjega lil żewġi eżatt kif inħossni. Li nitkellimha hu mod taʼ kif nieqaf naħseb fuqha.”—Ae-​Jin.

“Qisu xogħol taʼ ditektiv. Jien u nitkellem, nanalizza kull pass tal-​problema u nipprova nifhem il-​kaġun tagħha.”—Lurdes.

L-​irġiel għandhom it-​tendenza jaħsbu f’termini taʼ soluzzjonijiet. Dan hu raġunevoli għaliex li raġel isolvi l-​affarijiet iġiegħlu jħossu utli. Li joffri soluzzjonijiet hu l-​mod taʼ kif raġel juri lil martu li tistaʼ tistrieħ fuqu għall-​għajnuna. Allura, irġiel miżżewġin jikkonfondu meta s-​soluzzjonijiet tagħhom ma jkunux aċċettati malajr. “Ma nistax nifhem għala titkellem dwar problema jekk ma ridtx soluzzjoni!” jgħid raġel miżżewweġ jismu Kirk.

Imma “li wieħed jifhem għandu jiġi qabel il-​parir,” iwissi l-​ktieb The Seven Principles for Making Marriage Work. “Trid turi lis-​sieħeb jew lis-​sieħba tiegħek li tifhem għalkollox il-​problema u tissimpatizza qabel ma tissuġġerixxi soluzzjoni. Ħafna drabi s-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek bl-​ebda mod ma tkun qed tistaqsik għal soluzzjoni—imma biss li tkun semmiegħ tajjeb.”

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Għall-​irġiel miżżewġin: Ipprattika li tismaʼ b’empatija. Raġel jismu Tomás jgħid: “Kultant wara li nkun smajt, nibda naħseb bejni u bejn ruħi, ‘Dan ma solva xejn.’ Imma spiss dak kulma jkollha bżonn il-​mara tiegħi—xi ħadd li jismaʼ.” Raġel miżżewweġ jismu Stephen jaqbel. “Insib li l-​aħjar ħaġa hi li nħalli lil marti tesprimi ruħha mingħajr ma ninterrompi,” hu jgħid. “Iktar iva milli le, hi tispiċċa dak li tkun qed tgħid u tgħidli li tħossha ħafna aħjar.”

Ipprova dan: Id-​darba li jmiss tiddiskuti problema maʼ martek, irreżisti t-​tentazzjoni li tagħti parir mhux mitlub. Agħmel kuntatt bl-​għajnejn u ffoka fuq dak li qed tgħid hi. Agħmel sinjal b’rasek biex turi li qed taqbel magħha. Irripeti l-​punt taʼ dak li hi tgħid biex turi li fhimt. “Kultant marti sempliċement ikollha bżonn tkun taf li nifhimha u li nappoġġjaha,” jgħid raġel miżżewweġ jismu Charles.—Prinċipju Bibliku: Ġakbu 1:19.

Għan-​nisa miżżewġin: Għid x’għandek bżonn. “Għandna mnejn nistennew li s-​sieħeb tagħna jkun jaf eżatt dak li għandna bżonn,” tgħid mara miżżewġa jisimha Eleni, “imma kultant irridu ngħidulhom ċar u tond.” Mara miżżewġa jisimha Ynez tissuġġerixxi dan: “Nistaʼ ngħid, ‘Hemm xi ħaġa ddejjaqni, u nixtieqek tismagħni. M’iniex ngħidlek biex issolviha, imma nixtieq li tifhem kif inħossni.’”

Ipprova dan: Jekk ir-​raġel tiegħek joffri soluzzjonijiet qabel ma jismaʼ kollox, tikkonkludix li qed ikun insensittiv. X’aktarx ikun qed jipprova jagħmilhielek iktar faċli. “Minflok nirrita ruħi,” tgħid mara miżżewġa jisimha Ester, “nipprova nirrealizza li żewġi jimpurtah minni u jrid jismaʼ imma wkoll li jrid sempliċement jgħin.”—Prinċipju Bibliku: Rumani 12:10.

Għat-​tnejn: Għandna t-​tendenza li nittrattaw lil oħrajn kif irridu li niġu trattati aħna. Madankollu, biex tiddiskuti l-​problemi b’mod effettiv, ikollok bżonn tikkunsidra kif is-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħek tixtieq tiġi trattata. (1 Korintin 10:24) Raġel miżżewweġ jismu Miguel ipoġġiha hekk: “Jekk int raġel miżżewweġ, kun lest li tismaʼ. Jekk int mara miżżewġa, kun lesta li tismaʼ soluzzjonijiet darba kultant. Meta jintlaħaq kompromess, it-​tnejn jibbenefikaw.”—Prinċipju Bibliku: 1 Pietru 3:8.

a Jistaʼ jkun li l-​aspetti li se niddeskrivu ma japplikawx għal kull raġel jew mara miżżewġa. Minkejja dan, il-​prinċipji diskussi f’dan l-​artiklu jistgħu jgħinu lil kwalunkwe individwu miżżewweġ jifhem u jikkomunika aħjar mas-​sieħeb jew is-​sieħba tiegħu.

b L-​ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • ‘Kun ħafif biex tismaʼ, tqil biex titkellem.’—Ġakbu 1:19.

  • “Kunu minn taʼ quddiem biex tonoraw lil xulxin.”—Rumani 12:10.

  • “Kunu fehma waħda, billi tħossu għal xulxin.”—1 Pietru 3:8.

IL-​WAQT XIERAQ?

Il-​Bibbja tgħid: “Kemm hi tajba kelma f’waqtha!” (Proverbji 15:23) Ovvjament, l-​oppost hu minnu wkoll.

“Jekk titkellem f’ħin mhux adattat, il-​konversazzjoni se tkun fqira.”—Sirppa.

“M’għandhomx jiġu diskussi affarijiet serji waqt li wieħed ikun għajjien jew bil-​ġuħ.”—Julia.

“Darba minnhom hekk kif ir-​raġel wasal id-​dar, infexxejt ingerger. Imbagħad waqaft f’nofs sentenza u indunajt kemm stajt għejjejtu u kont irritanti! Jien għedt lir-​raġel biex inkomplu nitkellmu wara l-​ikel. Hu rringrazzjani, u sakemm komplejna l-​konversazzjoni tagħna, konna iżjed kalmi u stajna nirraġunaw aħjar.”—Lurdes.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja