LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g17 Nru. 5 p. 16
  • Il-forom tal-arzell

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-forom tal-arzell
  • Stenbaħ!—2017
  • Materjal Simili
  • Werrej
    Stenbaħ!—2017
  • Ġojjelli minn Xatt il-Baħar
    Stenbaħ!—2003
  • Il-Qoxra tal-Mollusk
    Stenbaħ!—2009
  • Il-Gamew taʼ l-Italja Kapulavur Ċkejken
    Stenbaħ!—2001
Stenbaħ!—2017
g17 Nru. 5 p. 16
Arzell

ĠEW DISINJATI?

Il-forom tal-arzell

BIS-​saħħa tal-​arzell, il-​molluski jkunu jistgħu jgħixu f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna u jirreżistu l-​pressjoni enormi taʼ qiegħ il-​baħar. L-​abbiltà tal-​arzell li jagħti l-​aqwa protezzjoni ispirat lill-​inġiniera biex jistudjaw il-​forma u l-​istruttura tal-​arzell. Dan għamluh bil-​ħsieb li jiddisinjaw vetturi u bini li jkunu jistgħu jipproteġu lil dawk li jkunu fihom.

Ikkunsidra: L-​inġiniera analizzaw żewġ forom taʼ arzell—l-​arzell li għandu żewġ partijiet u li jinfetaħ u jingħalaq (bivalva) u dak li jdur fuqu nnifsu qisu garigor (spirali).

Fil-​każ tal-​arzell b’żewġ partijiet, instab li l-​linji fuq in-​naħa taʼ barra jidderieġu l-​pressjoni li tiġi fuqhom lejn il-​pern (li taħdem bħal ċappetta) u x-​xfarijiet taʼ barra. B’kuntrast, it-​tidwir taʼ barra tal-​arzell li għandu forma taʼ garigor jidderieġi l-​pressjoni lejn il-​qalba u l-​wiesaʼ taʼ fuq. Fiż-​żewġ każi, il-​forom tal-​arzell tefgħu l-​pressjoni fuq l-​iktar partijiet b’saħħithom tagħhom, u dan ifisser li f’każ li jkun hemm ħsara, il-​mollusk ikun iktar protett.

Ir-​riċerkaturi għamlu testijiet ukoll biex iqabblu kemm jiflaħ pressjoni l-​arzell naturali meta mqabbel maʼ arzell artifiċjali b’materjal simili. Dan l-​arzell artifiċjali kellu l-​forma taʼ emisferu (nofs tond) u kon li saru b’makkinarju 3-​D (3-​D printer). Ir-​riżultat wera li l-​wiċċ kumpless tal-​arzell naturali kien jiflaħ kważi d-​doppju tal-​pressjoni meta mqabbel mal-​forom artifiċjali.

Dwar din ir-​riċerka, ir-​rivista Scientific American tgħid: “Jekk xi darba tispiċċa ssuq karozza f’forma taʼ arzella, din se tkun kemm sabiħa u kemm disinjata biex tipproteġi lil min ikun hemm fiha.”

Int x’taħseb? Il-​forom tal-​arzell evolvew? Jew kienu disinjati?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja