LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g20 Nru. 3 pp. 4-5
  • Kun Af il-Fatti

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kun Af il-Fatti
  • Stenbaħ!—2020
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-Problema
  • Prinċipju mill-​Bibbja
  • Li Nafu l-​Fatti Kif Se Jgħinna?
  • Dak li Tistaʼ Tagħmel
  • Il-Preġudizzju—Ġejt Infettat?
    Stenbaħ!—2020
  • It-Tmiem tal-Preġudizzju
    Stenbaħ!—2004
  • Forom Differenti taʼ Preġudizzju
    Stenbaħ!—2004
  • Jalla nkunu lkoll ħaġa waħda bħalma huma Ġeħova u Ġesù
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2020
g20 Nru. 3 pp. 4-5
Żewġt irġiel jintervistaw mara biex taħdem ġo fabbrika tal-karozzi. Tħossha skomda.

Kun Af il-Fatti

Il-Problema

Spiss il-​preġudizzju jkun ibbażat fuq informazzjoni żbaljata. Ara l-​eżempji li ġejjin:

  • Dawk li jimpjegaw lin-​nies jemmnu b’mod żbaljat li n-​nisa mhumiex kwalifikati għal xogħlijiet xjentifiċi jew tekniċi.

  • Madwar elf sena ilu, il-​Lhud ġew akkużati b’mod falz li vvalenaw il-​bjar u xerrdu l-​mard. Matul il-​ħakma Nazista, il-​Lhud reġgħu ġew akkużati. Imma din id-​darba f’li kkaġunaw il-​kriżi ekonomika fil-​Ġermanja. B’hekk, il-​Lhud saru vittmi taʼ preġudizzju estrem, u ftit minnu għadu magħna sal-​lum.

  • Ħafna nies jikkonkludu b’mod żbaljat li kull persuna b’diżabilità hija mdejqa jew irrabjata.

Nies li jemmnu affarijiet bħal dawn isibu eżempji li jappoġġaw il-​preġudizzju tagħhom. U huma jaħsbu li kull min ma jaqbilx magħhom huwa injorant.

Prinċipju mill-​Bibbja

“Mhux tajjeb li wieħed ma jkollux għarfien.”—PROVERBJI 19:2.

Xi jfisser? Jekk ma nkunux nafu l-​fatti, se nieħdu deċiżjonijiet ħżiena. Jekk nemmnu dak li jgħidu n-​nies minflok ma nemmnu l-​fatti, aħna se niġġudikaw lil oħrajn ħażin.

Tgħallimna l-​Bibbja Biex Nuru Preġudizzju?

Ħafna jinsistu li l-​Bibbja tgħallimna biex nuru preġudizzju. Imma l-​Bibbja x’tgħid?

  • Il-​bnedmin kollha jiġu minn xulxin: “Minn raġel wieħed [Alla] għamel il-​ġnus kollha tal-​bnedmin.”—Atti 17:26.

  • Alla hu imparzjali: “Alla mhux parzjali, imma f’kull ġens min jibżaʼ minnu u jagħmel is-​sewwa hu aċċettat minnu.”—Atti 10:34, 35.

  • Alla jiffoka fuq il-​kwalitajiet taʼ persuna, u mhux fuq kif din tidher minn barra: “Il-​bniedem jara dak li jidher f’għajnejh; imma Ġeħova jara l-​qalb.”—1 Samwel 16:7.a

a Ġeħova hu l-​isem t’Alla bħalma turina l-​Bibbja.

Li Nafu l-​Fatti Kif Se Jgħinna?

Meta nsiru nafu n-​nies sew, m’aħniex se nemmnu l-​affarijiet foloz li nies oħrajn jgħidu dwarhom. U meta nirrealizzaw li l-​affarijiet negattivi li n-​nies jgħidu dwar ċertu grupp ma jkunux veri, m’aħniex se nemmnu malajr dak li nisimgħu.

Eżempju li Ġara: Jovica (Ewropa)

Jovica, li ssemma qabel, kien imdorri jismaʼ lin-​nies tar-​raħal tiegħu, l-​aħbarijiet, u programmi tat-​televixin jitkellmu kontra grupp taʼ nies. Hu jgħid, “Imtlejt bil-​preġudizzju u saħansitra mibegħda għal dawn in-​nies. Ħsibt li kelli dritt inħossni b’dak il-​mod.”

“Madankollu, meta kont suldat ma kellix għażla ħlief li ngħix u naħdem maʼ suldati oħra minn dak il-​grupp. Maż-​żmien, sirt naf iktar dwarhom. Ukoll, bdejt nitgħallem il-​lingwa tagħhom u nismaʼ l-​kanzunetti folkloristiċi tagħhom. Saħansitra bdejt immur tajjeb magħhom, u sirt inħares lejhom b’mod differenti. Imma naf li nistaʼ nerġaʼ nħoss is-​sentimenti ħżiena tal-​preġudizzju. Allura nevita aħbarijiet li jitkellmu kontra dak il-​grupp etniku. Ukoll, ma narax films jew kummiedji popolari li jwaqqgħuhom għaċ-​ċajt. Jien naf li l-​preġudizzju jistaʼ jwassal għar-​rabja u l-​mibegħda.”

Dak li Tistaʼ Tagħmel

  • In-​nies iħobbu jpoġġu lil gruppi taʼ nies f’keffa waħda. Imma tajjeb niftakru li ħafna minn dak il-​grupp ma jkollhomx kwalitajiet ħżiena.

  • Ftakar li int jistaʼ ma jkollokx l-​informazzjoni kollha dwar oħrajn.

  • Ipprova ġib il-​fatti minn sors li tafda fih.

Huma għelbu l-​mibegħda

Grupp ta’ stampi: 1. Żewġt irġiel mexjin u jkellmu lil xulxin. 2. Raġel jitbissem waqt li qiegħed mal-ħbieb.

X’għen lil raġel Għarbi u ieħor Lhudi jegħlbu l-​preġudizzju tagħhom?

Ara l-​vidjow L-​imħabba leali meta se tirbaħ fuq il-​mibegħda? Sib it-​titlu tal-​vidjow fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja