LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g22 Nru. 1 pp. 7-9
  • 2 | Ħu Ħsieb ix-​Xogħol u l-​Affarijiet Tiegħek

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • 2 | Ħu Ħsieb ix-​Xogħol u l-​Affarijiet Tiegħek
  • Stenbaħ!—2022
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI?
  • X’Għandek Tkun Taf?
  • X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?
  • Kif Tgħaddi b’Inqas Flus
    Iktar Suġġetti
  • Kif tqassmu l-flus
    Il-familja tiegħek tista’ tkun ferħana
  • Kif Timmaniġġa Flusek
    Stenbaħ!—2012
  • L-istabbilità finanzjarja
    Stenbaħ!—2019
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2022
g22 Nru. 1 pp. 7-9
Mastrudaxxa jsammar musmar f’biċċa njama.

F’DINJA TAL-​BIŻAʼ

2 | Ħu Ħsieb ix-​Xogħol u l-​Affarijiet Tiegħek

GĦALA HU IMPORTANTI?

Ħafna nies isibuha diffiċli biex ilaħħqu mal-​ħajja. Sfortunatament, il-​problemi fid-​dinja qed jagħmluha aktar diffiċli. Għala?

  • Meta jkun hemm il-​problemi, affarijiet bħal ikel u post fejn toqgħod ikunu iżjed għoljin.

  • Kriżi fil-​pajjiż tistaʼ twassal biex in-​nies jitilfu x-​xogħol jew jaħdmu għal inqas flus.

  • Id-​diżastri jistgħu jagħmlu ħsara jew ikissru n-​negozji, id-​djar, jew l-​affarijiet tan-​nies, tant li ħafna jispiċċaw fqar.

X’Għandek Tkun Taf?

  • Iktar ma tuża l-​flus bil-​għaqal, iktar ħa tkun preparat għal żmien taʼ kriżi.

  • Ftakar li l-​paga, il-​flus, u l-​affarijiet li għandek jistgħu jitilfu l-​valur.

  • Hemm affarijiet li ma tistax tixtrihom bil-​flus, bħall-​ferħ u familja magħquda.

X’Tistaʼ Tagħmel minn Issa?

Il-​Bibbja tgħid: “La għandna x’nieklu u biex nitgħattew, għandna nkunu kuntenti b’dawn l-​affarijiet.”—1 Timotju 6:8.

Aħna nkunu kuntenti meta jkollna dak li għandna bżonn. Dan hu importanti speċjalment meta ma jkollniex ħafna flus.

Biex tkun kuntent trid titgħallem tonfoq inqas flus. Jekk dejjem tipprova tixtri dak li ma taffordjax, ħa tispiċċa b’ħafna problemi.

X’SE JGĦINEK TKAMPA?​—Pariri Tajbin

Biex tieħu ħsieb ix-​xogħol u l-​affarijiet tiegħek, imxi ma’ dawn il-​pariri fi żminijiet diffiċli

ONFOQ INQAS FLUS

  • Mara kbira fl-​età tiġbor il-​karrotti mill-​ġnien tagħha.

    Onfoq inqas flus

    Tonfoqx flus fuq affarijiet li m’għandekx bżonn. Aħseb: ‘Nistaʼ noqgħod mingħajr karozza? Nistaʼ noqgħod attent kemm nonfoq flus fl-​ikel u forsi nipprova nkabbar xi affarijiet jien?’

  • Qabel tixtri xi ħaġa, staqsi lilek innifsek: ‘Għandi bżonnha? Naffordjaha?’

  • Jekk il-​gvern jew organizzazzjonijiet oħra joffru l-​għajnuna, applika għaliha.

“Jien u l-​familja rajna kif qed nonfqu l-​flus. Aħna naqqasna kemm nonfqu fid-​divertiment u bdejna nsajru b’affarijiet irħas.”—Gift.

AGĦMEL BUDGET

Mara tuża calculator u tikteb x’nefqet.

Agħmel budget

Il-​Bibbja tgħid: “Min hu bil-​għaqal jaħsibha tajjeb u jirnexxilu; imma min jgħaġġel jiġi fil-​bżonn.” (Proverbji 21:5, Il-​Bibbja, Għaqda Biblika Maltija) Budget jistaʼ jgħinek ma tonfoqx iżjed milli taqlaʼ.

  • Ikteb kemm taħseb li se taqlaʼ flus dak ix-​xahar.

  • Wara agħmel lista taʼ kif tonfoq il-​flus u ara x’tistaʼ tirranġa.

  • Kun ċert li għandek biżżejjed flus għal dak li għandek bżonn. Jekk tinduna li mhux se jkollok biżżejjed flus, naqqas l-​affarijiet li m’għandekx bżonn.

“Kull xahar, aħna nagħmlu lista taʼ kemm naqilgħu flus u xi spejjeż se jkollna. Jien u l-​mara nġemmgħu l-​flus għal li jistaʼ jinqalaʼ u għall-​affarijiet li nafu li se jkollna bżonn nixtru. Meta nagħmlu hekk, inkunu inqas anzjużi għax inkunu nafu kif se nonfqu l-​flus.”—Carlos.

EVITA D-​DEJN U FADDAL

  • Omm tgħin lit-​tifla tagħha tpoġġi l-​flus f’vażett.

    Evita d-​dejn u faddal

    Agħmel pjan tajjeb biex tnaqqas id-​dejn u jekk tistaʼ evitah. Minflok, ipprova faddal biex tixtri dak li għandek bżonn.

  • Faddal ftit flus kull xahar għall-​affarijiet li taf li se jkollok tħallas jew għal li jistaʼ jinqalaʼ.

AĦDEM IEBES BIEX MA TITLIFX IX-​XOGĦOL

Il-​Bibbja tgħid: ‘F’kull tip taʼ xogħol iebes hemm vantaġġ.’—Proverbji 14:23.

  • Mastrudaxxa jsammar musmar f’biċċa njama.

    Aħdem iebes biex ma titlifx ix-​xogħol

    Kun pożittiv dwar ix-​xogħol tiegħek. Anki jekk ma jogħġbokx, xorta qed taqlaʼ xi ħaġa tal-​flus.

  • Kun lest li taħdem iebes u li oħrajn jistgħu joqogħdu fuqek. Dan se jgħinek ma titlifx ix-​xogħol, jew għall-​inqas ikun faċli biex issib xogħol ieħor.

“Jien ma niddejjaqx nagħmel xogħlijiet differenti, anki jekk ma jogħġobnix ix-​xogħol jew ma naqlax kemm nixtieq. Jien nagħmel ċert li oħrajn dejjem ikunu jistgħu jafdawni. U x-​xogħol li nagħmel nara li dejjem ikun tajjeb, qisni qed nagħmlu għalija stess.”—Dmitriy.

Jekk qed tfittex xogħol . . .

  • Agħmel sforz. Staqsi kumpaniji differenti jekk għandhomx xogħol li tistaʼ tagħmel, anki jekk bħalissa mhux qed ifittxu ħaddiema. Għid lil tal-​familja u l-​ħbieb li qed tfittex xogħol.

  • Kun lest li tadatta għal xogħlijiet differenti. Probabbli mhux se ssib xogħol li għandu dak kollu li tixtieq.

Koppja qed jagħmlu budget waqt li t-tfal qed jilagħbu fil-ġnien.

TGĦALLEM IŻJED. Aqra l-​artiklu “Kif tikkontrolla l-​infiq.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja