LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g24 Nru. 1 pp. 7-9
  • X’Sar Minnu r-Rispett Lejn il-Ħajja?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Sar Minnu r-Rispett Lejn il-Ħajja?
  • Stenbaħ!—2024
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • GĦALA HU IMPORTANTI LI NIRRISPETTAW IL-ĦAJJA
  • KIF TISTAʼ TURI RISPETT LEJN IL-ĦAJJA?
  • IX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA X’QED JAGĦMLU?
  • Ipproteġi lilek innifsek mill-​mard
    Stenbaħ!—2016
  • Insibu s-Sigurtà f’Dinja Mimlija Riskji
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • X’Sar Minnu r-Rispett?
    Stenbaħ!—2024
  • It-tipjip—Kif iqisu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2024
g24 Nru. 1 pp. 7-9
Żagħżugħ u sħabu qed jixorbu l-alkoħol waqt li qed isuq.

X’Sar Minnu r-Rispett Lejn il-Ħajja?

GĦALA HU IMPORTANTI LI NIRRISPETTAW IL-ĦAJJA

Meta tagħmel affarijiet li huma ħżiena għal saħħtek jew li jkunu taʼ periklu għal oħrajn, tkun qed turi li ma tirrispettax il-ħajja tiegħek u tagħhom.

  • It-tipjip jikkawża l-kanċer u jagħmilha diffiċli għall-ġisem biex jiġġieled din il-marda. Fil-fatt, madwar 90 fil-mija tan-nies li jmutu bil-kanċer fil-pulmun hu minħabba li jkunu jpejpu jew għax ikunu maʼ nies li jpejpu.

  • Sparaturi tal-massa qed iħallu lil ħafna nies kull sena jbatu minn trawma emozzjonali. Minn riċerka li saret sabu li anki dawk li jsalvaw mill-attakki fl-iskejjel jibqgħu jbatu minn problemi emozzjonali u mentali għal ħafna snin.

  • Nies li jsuqu taħt l-effett tal-alkoħol jew tad-droga jkunu taʼ periklu għal nies li jkunu għaddejjin jew qed isuqu fit-triq. Meta n-nies ma jkunx jimpurtahom mill-ħajja, nies innoċenti jispiċċaw iweġġgħu.

KIF TISTAʼ TURI RISPETT LEJN IL-ĦAJJA?

Ħu ħsieb saħħtek. Qatt mhu tard wisq biex twaqqaf vizzji ħżiena bħat-tipjip, il-vaping, ix-xorb żejjed, jew li tieħu d-droga għall-pjaċir. Dawn il-vizzji jagħmlu ħsara lil saħħtek u bihom ma tkunx qed turi rispett lejn dawk taʼ madwarek, inkluż tal-familja tiegħek.

“Ħa nitnaddfu minn kulma jniġġes il-ġisem.”—2 Korintin 7:1.

Ipproteġi lilek innifsek u lil oħrajn. Żomm id-dar tiegħek f’kundizzjoni tajba biex tevita l-inċidenti. Meta tkun qed issuq oqgħod attent u żomm il-karozza tiegħek f’kundizzjoni tajba. Tħallix lil oħrajn iħajruk tagħmel affarijiet li jistgħu jweġġgħuk jew joqtluk.

“Jekk tibni dar ġdida, agħmel ċint mad-dawra tal-bejt tiegħek, sabiex int u l-familja ma tkunux ħatjin jekk xi ħadd jaqaʼ u jmut.”—Dewteronomju 22:8.a

Kun qalbek tajba m’oħrajn. Li turi rispett lejn il-ħajja jfisser li turi qalb tajba maʼ nies b’kulturi u minn pajjiżi differenti, nies sinjuri jew fqar, u nies taʼ skola jew le. Wara kollox, ħafna mill-vjolenza u l-gwerer li hawn fid-dinja huma minħabba l-preġudizzju u l-mibegħda.

“Tibqgħux iżżommu f’qalbkom, irrabjati, inkorlati, twerżqu, tgħajru, jew tagħmlu kwalunkwe ħaġa li tagħmel il-ħsara. Imma uru qalb tajba maʼ xulxin.”—Efesin 4:​31, 32.

IX-XHIEDA TAʼ ĠEĦOVA X’QED JAGĦMLU?

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova jinkuraġġixxu lin-nies biex jgħixu ħajja b’saħħitha. It-tagħlim tal-Bibbja li noffru fl-istudji u l-laqgħat tagħna għenu lin-nies jegħlbu vizzji u drawwiet ħżiena.

Fi proġetti taʼ kostruzzjoni aħna naraw li nobdu sew il-livelli taʼ sigurtà. Volontiera li jgħinu biex jinbnew postijiet għal-laqgħat tagħna u bini ieħor fejn isir tagħlim edukattiv minn fuq il-Bibbja, jiġu trenjati biex jevitaw l-inċidenti. Ukoll, il-bini tagħna jiġi ċċekkjat b’mod regolari biex inkunu ċerti li qiegħed fi qbil mal-liġijiet tas-sigurtà tal-pajjiż.

Aħna ngħinu nies li jgħaddu minn diżastri naturali. Matul l-aħħar sena nfaqna ftit iktar minn 11-il miljun ewro minn donazzjonijiet li ngħataw biex ngħinu lil vittmi f’madwar 200 diżastru li saru madwar id-dinja.

Meta l-virus tal-Ebola beda jinfirex fl-Afrika tal-Punent fl-2014 u fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo fl-2018, aħna spjegajna lin-nies kif jistgħu joqogħdu attenti biex ma tinfirixx din il-marda li tistaʼ twassal għall-mewt. Aħna bgħatna rappreżentanti biex jitkellmu dwar is-suġġett “L-Ubbidjenza Ssalva l-Ħajjiet.” Ipprovdejna affarijiet biex qabel ma jidħlu fil-postijiet fejn niltaqgħu għal-laqgħat jaħslu jdejhom, enfasizzajna kemm hu importanti l-ħasil tal-idejn, u spjegajna x’jistgħu jagħmlu iktar biex il-mard ma jkomplix jinfirex.

Fi Sierra Leone, sar avviż fuq ir-radju biex ifaħħru lix-Xhieda taʼ Ġeħova talli għenu lix-Xhieda u lil nies oħrajn f’dak il-post biex jevitaw il-virus tal-Ebola.

Xhieda taʼ Ġeħova qed jistennew bil-paċenzja wara xulxin biex jaħslu jdejhom qabel jidħlu f’Sala tas-Saltna.

Post fejn jaħslu jdejhom barra Sala tas-Saltna fl-2014 meta kien hemm il-virus tal-Ebola fil-Liberja

a Din il-liġi wriet kemm hu importanti li l-familja u nies oħrajn li jkunu fid-dar ikunu protetti.

Óscar Serpas.

TGĦALLEM IKTAR

Óscar Serpas, li kien membru taʼ gang, ma kienx juri rispett lejn ħajtu u oħrajn. Sir af kif ix-Xhieda taʼ Ġeħova għenuh jinbidel. Fittex l-artiklu “Kont qed nistieden il-mewt tiegħi” fuq jw.org.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja