KIF TKAMPA MAL-GĦOLI TAL-ĦAJJA
Aċċetta r-Realtà
Meta l-prezzijiet tal-affarijiet jibdew jogħlew bil-mod il-mod, jaf lanqas biss nindunaw, speċjalment meta l-pagi jogħlew ukoll. Però, meta l-prezzijiet jogħlew f’daqqa u l-pagi jibqgħu l-istess, nistgħu nibdew inħossuna anzjużi u stressati, speċjalment jekk ikollna familja x’nieħdu ħsieb.
Aħna ma nistgħux inwaqqfu l-affarijiet milli jogħlew, imma xi ħaġa li tistaʼ tgħinna hi li naċċettaw l-affarijiet kif inhuma.
GĦALA HU IMPORTANTI
Nies li jaċċettaw il-fatt li ma jistgħux jikkontrollaw l-għoli tal-ħajja jsibuha iktar faċli biex . . .
jibqgħu kalmi. Meta nkunu kalmi, se naħsbu b’mod ċar u se nieħdu deċiżjonijiet aħjar.
jevitaw drawwiet li mhumiex tajbin. Pereżempju, hu importanti li ma ninjorawx il-kontijiet u ma nonfqux flus f’affarijiet li m’għandniex bżonn.
iżommu lura milli jargumentaw maʼ tal-familja dwar il-flus.
jiddeċiedu x’inhuma l-iktar affarijiet li għandhom bżonn u liema huma inqas importanti.
X’TISTAʼ TAGĦMEL
Kun lest li taddatta. Meta tkun qed togħla l-ħajja hu importanti li nipprovaw nonfqu inqas flus. Xi wħud xorta jonfqu iktar flus milli għandhom, u dan jagħmel is-sitwazzjoni iktar diffiċli u jsibuha diffiċli biex ikampaw. Jekk għandek familja, int trid tieħu ħsiebha u tipprovdilha l-affarijiet li għandha bżonn! Imma ftakar: Il-familja tiegħek għandha bżonn l-imħabba, il-ħin, u l-attenzjoni tiegħek iktar minn kull ħaġa oħra.
Jekk tipprova tgħix tip taʼ ħajja li ma taffordjax tkun qisek qed tgħum kontra l-kurrent