LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 6
  • Iben Tajjeb u Ieħor Ħażin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iben Tajjeb u Ieħor Ħażin
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Aħwa li Żviluppaw Attitudnijiet Differenti
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Ir-rabja tiegħu wasslitu biex joqtol
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Noffru Sagrifiċċji Aċċettabbli lil Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • “Għalkemm Miet, Għadu Jitkellem”
    Imita l-Fidi Tagħhom
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 6

STORJA 6

Iben Tajjeb u Ieħor Ħażin

QED tarahom lil Kajjin u Abel issa? It-​tnejn li huma kibru. Kajjin sar bidwi. Hu jkabbar il-​qmuħ u l-​frott u l-​ħaxix.

Abel sar jieħu ħsieb in-​nagħaġ. Hu jħobb jieħu ħsieb il-​ħrief ċkejknin. Huma jikbru f’nagħaġ, u għalhekk Abel malajr ikollu merħla sħiħa taʼ nagħaġ x’jieħu ħsieb.

Darba minnhom Kajjin u Abel iġibu rigal lil Alla. Kajjin iġib xi ikel li kabbar hu. U Abel iġib l-​aqwa nagħġa li jkollu. Ġeħova jieħu gost b’Abel u r-​rigal tiegħu. Imma ma jiħux gost b’Kajjin u bir-​rigal tiegħu. Taf għala?

Ir-​raġuni ma kinitx sempliċement li r-​rigal t’Abel kien aħjar minn taʼ Kajjin. Imma kienet li Abel hu raġel tajjeb. Hu jħobb lil Ġeħova u lil ħuh. Imma Kajjin hu ħażin; hu ma jħobbx lil ħuh.

Għalhekk, Alla jgħid lil Kajjin li jrid jinbidel. Imma Kajjin ma jismax minnu. Hu jħossu rrabjat ħafna għaliex Alla kien jieħu gost iktar b’Abel. Għalhekk, Kajjin jgħid lil Abel, ‘Ejja mmorru sal-​għalqa.’ Hemmhekk, meta jkunu waħedhom, Kajjin jagħti daqqa lil ħuh Abel. Tant jagħtihielu bis-​saħħa li joqtlu. Ma taħsibx li dak li għamel Kajjin kien veru mill-​agħar?

Avolja Abel miet, Alla għadu jiftakru. Abel kien raġel tajjeb, u Ġeħova qatt ma jinsa lil xi ħadd bħal dan. Għalhekk, xi darba Alla Ġeħova se jerġaʼ jagħti l-​ħajja lil Abel. Dakinhar Abel qatt ma se jkollu jmut. Se jkun jistaʼ jgħix hawn fuq l-​art għal dejjem. Ma tkunx xi ħaġa sabiħa li nsiru nafu lil Abel u nies bħalu?

Imma Alla ma jiħux gost b’nies bħal Kajjin. Għalhekk, wara li Kajjin qatel lil ħuh, Alla tah kastig billi bagħtu ’l bogħod ħafna mill-​bqija tal-​familja tiegħu. Meta Kajjin telaq biex imur jgħix f’post ieħor fuq l-​art, hu ħa miegħu lil waħda minn ħutu l-​bniet u hi saret il-​mara tiegħu.

Maż-​żmien, Kajjin u l-​mara tiegħu bdew ikollhom it-​tfal. Tfal oħrajn t’Adam u Eva żżewġu meta kibru, u huma wkoll kellhom it-​tfal. Malajr kien hemm ħafna nies fuq l-​art. Ejja nitgħallmu dwar ftit minnhom.

Ġenesi 4:2-26; 1 Ġwanni 3:11, 12; Ġwanni 11:25.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja