LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 7
  • Raġel Kuraġġuż

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Raġel Kuraġġuż
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • “Kien għoġob sew lil Alla”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2017
  • Ħenok Mexa m’Alla f’Dinja li Tiċħad ’l Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Imxi m’Alla f’Dan iż-Żmien Instabbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Jinnota Jehovah Dak li Tagħmel Int?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 7

STORJA 7

Raġel Kuraġġuż

HEKK kif in-​nies bdew jiżdiedu fuq l-​art, ħafna minnhom għamlu affarijiet ħżiena bħal Kajjin. Imma kien hemm raġel wieħed li kien differenti. Hu dan ir-​raġel li jismu Enok. Enok kien raġel kuraġġuż. In-​nies madwaru kienu qed jagħmlu affarijiet ħżiena ħafna, imma Enok xorta baqaʼ jaqdi lil Alla.

Taf għala n-​nies taʼ dak iż-​żmien għamlu ħafna affarijiet ħżiena? Aħseb ftit, Min ġiegħel lil Adam u Eva biex ma jobdux lil Alla u jieklu mill-​frott li Alla qalilhom li m’għandhomx jieklu? Iva, kien anġlu ħażin. Il-​Bibbja tgħid li jismu Satana. U hu qed jipprova jagħmel lil kulħadd ħażin.

Darba minnhom Alla Ġeħova qal lil Enok biex jgħid lin-​nies xi ħaġa li ma kinux se jieħdu gost jisimgħu. Kienet din: ‘Alla xi darba se jeqred lin-​nies ħżiena kollha.’ X’aktarx li n-​nies irrabjaw ħafna meta semgħu dan. Jistaʼ jkun ukoll li pprovaw joqtlu lil Enok. Għalhekk, Enok ried ħafna kuraġġ biex jgħid lin-​nies x’kien se jagħmel Alla.

Alla ma ħalliex lil Enok jgħix żmien twil fost dawk in-​nies ħżiena. Enok għex sakemm kellu 365 sena biss. Għala ngħidu “365 sena biss”? Għax in-​nies dak iż-​żmien kienu ħafna iktar b’saħħithom mil-​lum u kienu jgħixu ħafna iktar. Fil-​fatt, it-​tifel t’Enok, Metuselaħ, għex sakemm kellu 969 sena!

Wara li Enok miet, in-​nies marru mill-​ħażin għall-​agħar. Il-​Bibbja tgħid li ‘kulma kienu jaħsbu kien biss ħażin il-​ħin kollu,’ u li ‘l-​art imtliet bil-​vjolenza.’

Taf x’kienet waħda mir-​raġunijiet għala kien hawn dak l-​inkwiet kollu fuq l-​art dak iż-​żmien? Kien minħabba li Satana sab mod ġdid kif iġiegħel lin-​nies jagħmlu affarijiet ħżiena. Se nitgħallmu dwar dan fl-​istorja li jmiss.

Ġenesi 5:21-24, 27; 6:5, 11-13; Ebrej 11:5; Ġuda 14, 15.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja