LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • uw kap. 4 pp. 29-37
  • Il-Wieħed li Għalih il-Profeti Kollha Taw Xiehda

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Wieħed li Għalih il-Profeti Kollha Taw Xiehda
  • Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • DAK LI RRIVELAW IL-​PROFEZIJI
  • KIF NISTGĦU NURU L-​FIDI TAGĦNA FI KRISTU?
  • Dak li Xehdu Għalih il-Profeti Kollha
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • L-Armonija Sħiħa tal-Bibbja
    Il-Bibbja—Il-Kelma tʼAlla jew tal-Bniedem?
  • Iż-Żerriegħa tas-Serpent—Kif Mikxufa?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • L-Unika Triq għall-Ħajja taʼ Dejjem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
uw kap. 4 pp. 29-37

Kapitlu 4

Il-​Wieħed li Għalih il-​Profeti Kollha Taw Xiehda

1. Il-​fatti dwar l-​eżistenza taʼ Ġesù qabel ma sar bniedem x’juru inkwantu għar-​relazzjoni tiegħu maʼ Jehovah?

BILLI kien qiegħed jiddeskrivi r-​relazzjoni intima li kellu maʼ Jehovah, Ġesù qal: “Il-​Missier għandu affezzjoni lejn l-​Iben u jurih l-​affarijiet kollha li hu nnifsu jagħmel.” (Ġwn. 5:​19, 20) L-​intimità taʼ dik ir-​relazzjoni bdiet fiż-​żmien tal-​ħolqien tiegħu, millennji bla għadd qabel it-​twelid uman tiegħu. Kien l-​Iben uniġenitu tiegħu, l-​uniku wieħed maħluq minn Jehovah waħdu. L-​affarijiet l-​oħrajn kollha fis-​sema u fuq l-​art kienu maħluqin permezz taʼ dak l-​Iben imwieled l-​ewwel li kien maħbub b’mod għażiż. Hu qeda wkoll bħala l-​Kelma t’Alla jew il-​Kelliemi, il-​wieħed li permezz tiegħu r-​rieda divina ġiet ikkomunikata lil oħrajn. Dan il-​wieħed, l-​Iben li Alla kien jgħożż b’mod speċjali, sar ir-​raġel Ġesù Kristu.​—Kol. 1:​15, 16; Ġwn. 1:14; 12:​49, 50.

2. Il-​profeziji tal-​Bibbja sa liema punt jirreferu għal Ġesù?

2 Qabel it-​twelid mirakoluż tiegħu bħala bniedem, għexieren taʼ profeziji mnebbħin dwaru ġew iddokumentati. Bħalma xehed l-​appostlu Pietru lil Korneljus, “Għalih jixhdu l-​profeti kollha.” (Atti 10:43) Tant huwa kbir is-​sehem taʼ Ġesù f’konnessjoni mal-​qima pura murija fil-​Bibbja li anġlu qal lill-​appostlu Ġwanni: “Qim ’l Alla; għax l-​għoti taʼ xiehda għal Ġesù huwa dak li jnebbaħ l-​ipprofetizzar.” (Riv. 19:10) Dawk il-​profeziji jidentifikawh b’mod ċar u jiġbdu l-​attenzjoni lejn aspetti taʼ l-​iskop t’Alla li jirrigwardjaw lilu u li huma taʼ interess ħerqan għalina llum.

DAK LI RRIVELAW IL-​PROFEZIJI

3. (a) Fil-​profezija f’​Ġenesi 3:​14, 15, min huwa rrappreżentat mis-​“serpent”? Mill-​“mara”? Miż-​‘żerriegħa tas-​serpent’? (b) It-​‘tbenġil tas-​serpent fir-​ras’ għala kellu jkun taʼ interess kbir għall-​qaddejja taʼ Jehovah?

3 L-​ewwel waħda minn dawn il-​profeziji kienet mistqarra wara l-​irvell f’Għeden. Kienet inkorporata fil-​ġudizzju taʼ Jehovah indirizzat lis-​serpent. Jehovah qal: “Se nqiegħed għadwa bejnek u l-​mara u bejn iż-​żerriegħa tiegħek u ż-​żerriegħa tagħha. Hu se jbenġlek fir-​ras u int se tbenġlu fl-​għarqub.” (Ġen. 3:​14, 15) Dak x’kien ifisser? Fiż-​żmien xieraq t’Alla profeziji oħrajn iċċaraw dan il-​punt u bnew fuqu. Bħala riżultat aħna nafu li l-​wieħed li lilu dan ġie indirizzat, bħalma huwa rrappreżentat mis-​serpent, huwa Satana x-​Xitan. “[I]l-mara” hija l-​organizzazzjoni tas-​sema leali taʼ Jehovah stess, li għalih hija bħal mara leali. ‘Iż-​żerriegħa tas-​serpent’ tinkludi kemm anġli u kemm bnedmin li juru l-​ispirtu tax-​Xitan, dawk li jopponu lil Jehovah u lill-​poplu tiegħu. Minħabba l-​mod kif is-​serpent ġie wżat mix-​Xitan f’Għeden, wieħed jistaʼ jintebaħ mill-​profezija li ‘t-​tbenġil tas-​serpent fir-​ras’ irrefera għall-​qerda eventwali taʼ dan l-​iben ribelluż t’Alla li kkalunnja lil Jehovah u kkaġuna niket kbir lill-​umanità. Imma inkwantu għall-​identità taż-​“żerriegħa” li kellha tagħmel it-​tbenġil, dan baqaʼ sigriet sagru għal żmien twil.​—Rum. 16:​25, 26.

4. Il-​linja taʼ dixxendenza taʼ Ġesù kif għenet biex tidentifikah bħala ż-​Żerriegħa mwiegħed?

4 Wara xi 2,000 sena taʼ storja umana, Jehovah ipprovda iktar dettalji. Hu indika li ż-​Żerriegħa kellu jidher fil-​linja tal-​familja t’Abraham. (Ġen. 22:​15-18) Madankollu, il-​linja li kellha twassal għaż-​Żerriegħa ma kellhiex tiddependi sempliċement fuq id-​dixxendenza tal-​laħam imma fuq l-​għażla t’Alla. Minkejja l-​imħabba li Abraham kellu għal ibnu Ixmael, imwieled mit-​tfajla rsira Ħagar, Jehovah qal b’enfasi: “Il-​patt tiegħi se nistabbilih maʼ Iżakk, li Sara se tiled għalik.” (Ġen. 17:​18-21; 21:​8-12) Iktar tard dak il-​patt ġie kkonfermat, mhux lil Eżaw, l-​ewwel imwieled taʼ Iżakk, imma lil Ġakobb, li minnu tnisslu t-​tnax-il tribù taʼ Iżrael. (Ġen. 28:​10-14) Maż-​żmien ġie indikat li ż-​Żerriegħa kellu jitwieled fit-​tribù taʼ Ġuda, fid-​dar taʼ David.​—Ġen. 49:10; 1 Kron. 17:​3, 4, 11-14.

5. Saħansitra kmieni fil-​ministeru taʼ Ġesù fuq l-​art, x’kien hemm iktar li għamilha evidenti li hu kien il-​Messija?

5 Iktar minn 700 sena bil-​quddiem, il-​Bibbja semmiet lil Betlehem bħala l-​post tat-​twelid uman taż-​Żerriegħa imma rrivelat ukoll li kien wieħed li diġà eżista “mill-​jiem taʼ żmien indefinit,” miż-​żmien li ġie maħluq fis-​sema ’l hawn. (Mik. 5:2) Iż-​żmien tad-​dehra tiegħu fuq l-​art bħala l-​Wieħed Midluk taʼ Jehovah, il-​Messija, ġie mbassar permezz tal-​profeta Danjel. (Dan. 9:​24-26) U meta ġie midluk bl-​ispirtu qaddis, leħen mis-​sema identifikah. (Matt. 3:​16, 17) Għalhekk, wara li sar segwaċi taʼ Ġesù, Filippu setaʼ jgħid bil-​konvinzjoni: “Sibna lill-​wieħed li dwaru Mosè, fil-​Liġi, u l-​Profeti kitbu, Ġesù, bin Ġużeppi [b’adozzjoni], minn Nazzaret.”​—Ġwn. 1:45.

6. (a) Wara l-​mewt taʼ Ġesù, is-​segwaċi tiegħu x’irrealizzaw? (b) Prinċipalment, min hu ż-​‘żerriegħa tal-​mara,’ u li hu jbenġel ras is-​serpent x’ifisser?

6 Wara dan, is-​segwaċi taʼ Ġesù rrealizzaw li litteralment għexieren taʼ referenzi profetiċi għalih kienu minsuġin fl-​Iskrittura mnebbħa. Wara l-​mewt u l-​irxoxt tiegħu, hu personalment “interpretalhom affarijiet li jikkonċernaw lilu nnifsu fl-​Iskrittura kollha.” (Luqa 24:27) Issa jidher ċar li Ġesù, prinċipalment, hu ż-​‘żerriegħa tal-​mara,’ il-​wieħed li jbenġel ras is-​“serpent” b’tali mod li Satana fl-​aħħar mill-​aħħar jiġi meqrud mill-​eżistenza. Permezz taʼ Ġesù l-​wegħdi kollha t’Alla li għamel lill-​umanità, l-​affarijiet kollha li għalihom nixxennqu bis-​serjetà, se jsibu t-​twettiq tagħhom.​—2 Kor. 1:20.

7. Minbarra l-​identità tal-​wieħed li jirreferu għalih dawn il-​profeziji, x’hemm iżjed li huwa taʼ benefiċċju li wieħed jikkunsidra?

7 Meta qrajt għall-​ewwel darba xi ftit minn dawn il-​profeziji forsi staqsejt, bħalma għamel l-​ewnuku Etjopjan, “Dwar min jgħid hekk il-​profeta?” Imma meta rċieva r-​risposta l-​ewnuku ma ħalliex il-​kwistjoni tieqaf hemmhekk. Wara li ta widen bir-​reqqa għall-​ispjegazzjoni li ta Filippu, ir-​raġel irrealizza li apprezzament lejn il-​mod kif Ġesù wettaq il-​profezija kien jeħtieġ azzjoni min-​naħa tiegħu, billi jiġi mgħammed. (Atti 8:​32-38; Isa. 53:​3-9) Inwieġbu aħna b’mod simili? Xi drabi hija l-​manjiera li biha profezija tiġi ppreżentata li tqanqalna profondament, jew qalbna tistaʼ tiġi mqanqla permezz tal-​konklużjonijiet li joħorġu mill-​Bibbja nfisha meta jiġi indikat it-​twettiq.

8. Erbaʼ mudelli profetiċi rigward Ġesù Kristu huma kkunsidrati hawnhekk. Irraġuna fuq il-​mistoqsijiet u l-​iskritturi pprovduti biex turi kif dawn il-​profeziji jeffettwawna. Ikkunsidra biss waħda wara l-​oħra.

8 Innota kif dan huwa minnu bil-​wegħdi profetiċi u mudelli li ġejjin dwar Ġesù Kristu. Il-​mistoqsijiet huma għalik biex twieġeb bil-​għajnuna taʼ l-​iskritturi ċċitati.

(1) Ir-​rakkont dwar kif Abraham ipprova joffri lil Iżakk kif jgħinna napprezzaw dak li Jehovah għamel f’li pprovda r-​rahan permezz taʼ Ibnu? (Ġwn. 3:16; Ġen. 22:​1-18 [innota kif Iżakk hu deskritt fit-​2 vers.])

Dan liema fiduċja għandu jagħtina? (Rum. 8:​32, 38, 39)

Imma x’inhu meħtieġ min-​naħa tagħna? (Ġen. 22:18; Ġwn. 3:36)

(2) F’li tidentifika lil Ġesù bħala l-​profeta bħal Mosè, il-​Bibbja tfakkarna f’liema responsabbiltà serja? (Atti 3:​22, 23; Dewt. 18:​15-19)

X’inhuma xi ftit mill-​affarijiet li dwarhom Ġesù tkellem magħna, u għala huma issa f’waqthom? (Matt. 28:​18-20; 19:​4-9; 18:​3-6)

(3) Meta tispjega x’kien iffigurat bil-​quddiem permezz tas-​saċerdozju t’Aronne, il-​Bibbja tiġbed l-​attenzjoni lejn liema kwalitajiet li jappellaw taʼ Ġesù bħala qassis il-​kbir? (Eb. 4:​15–5:3; 7:​26-28)

Mela kif għandna nħossuna dwar li nersqu quddiem Alla permezz taʼ Ġesù fit-​talb għall-​għajnuna biex negħlbu d-​dgħjufijiet tagħna?

(4) Minħabba s-​superjorità tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù (li ħa post dawk is-​sagrifiċċji kollha offruti taħt il-​Liġi Mosajka), għala għandna noqogħdu attenti ħafna biex nevitaw li nidħlu fid-​drawwa li nagħmlu kwalunkwe ħaġa li nafu li hija taʼ dispjaċir għal Alla? (Eb. 10:​26, 27)

Jekk verament napprezzaw it-​tama tal-​ħajja magħmula possibbli bħala riżultat tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù, liema affarijiet se nagħmlu b’mod diliġenti? (Eb. 10:​19-25)

KIF NISTGĦU NURU L-​FIDI TAGĦNA FI KRISTU?

9. Għala m’hemm ebda salvazzjoni għalina ħlief dik minn Ġesù Kristu?

9 Wara li wera lill-​qorti suprema tal-​Lhud f’Ġerusalemm kif il-​profezija twettqet f’Ġesù, l-​appostlu Pietru kkonkluda bil-​qawwa: “M’hemm ebda salvazzjoni fi kwalunkwe wieħed ieħor, għax m’hemmx isem ieħor taħt is-​sema li ngħata fost il-​bnedmin li bih irridu niġu salvati.” (Atti 4:​11, 12; Salm 118:22) In-​nisel kollu t’Adam huma midinbin, u għalhekk mewthom tiġi bħala l-​kundanna għad-​dnub u m’għandha ebda mertu li jistaʼ jiġi applikat bħala rahan għal kwalunkwe wieħed. Imma Ġesù kien perfett, u l-​għoti taʼ ħajtu għandu valur sagrifikali. (Salm 49:​6-9; Eb. 2:9) Hu offra lil Alla rahan li fil-​valur ikkorrisponda eżatt maʼ dak li Adam kien tilef għad-​dixxendenti tiegħu. Dan kif ibbenefikana?​—1 Tim. 2:​5, 6.

10. Spjega mod wieħed li bih is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bbenefikana bil-​kbir.

10 Dan għamilha possibbli li jkollna kuxjenza nadifa minħabba l-​maħfra tad-​dnubiet​—xi ħaġa ferm iktar milli qatt ġie miksub għal Iżrael permezz tas-​sagrifiċċji taʼ l-​annimali taħt il-​Liġi Mosajka. (Atti 13:​38, 39; Eb. 9:​13, 14) Li jkollna dan, m’għandniex xi ngħidu, jirrikjedi li nkunu onesti magħna nfusna u li jkollna fidi ġenwina f’Ġesù Kristu. Napprezzaw aħna personalment kemm għandna bżonn is-​sagrifiċċju taʼ Kristu? “Jekk nagħmlu l-​istqarrija: ‘M’għandna ebda dnub,’ qegħdin inqarrqu bina nfusna u l-​verità m’hijiex ġewwa fina. Jekk nistqarru dnubietna, hu leali u twajjeb sabiex jaħfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull nuqqas taʼ tjieba.”​—1 Ġwn. 1:​8, 9.

11. It-​tgħaddis fl-​ilma għala huwa fattur importanti f’li nakkwistaw kuxjenza tajba quddiem Alla?

11 M’għandniex xi ngħidu, xi wħud li jgħidu li jafu li huma midinbin u li jistqarru li jemmnu fi Kristu, li saħansitra jieħdu sehem sa ċertu punt f’li jgħidu lil oħrajn dwar is-​Saltna t’Alla bħalma għamel Ġesù, xorta waħda jonqsu milli juru fidi sħiħa f’Ġesù. B’liema mod? Sewwa, bħalma huwa muri fil-​Bibbja, meta persuni fl-​ewwel seklu saru kredenti, kif urew dak pubblikament? Tgħammdu. Għala? Għaliex Ġesù kien ikkmanda li d-​dixxipli jiġu mgħammdin. (Matt. 28:​19, 20; Atti 8:12; 18:8) Meta l-​qalb taʼ xi ħadd tkun tassew imqanqla mill-​provvediment taʼ mħabba li għamel Jehovah permezz taʼ Ġesù Kristu, hu mhux se jżomm lura. Se jagħmel kwalunkwe tibdil f’ħajtu, jiddedika lilu nnifsu lil Alla u jissimbolizza dan permezz taʼ tgħaddis fl-​ilma. Bħalma turi l-​Bibbja, huwa billi juri l-​fidi b’dan il-​mod li hu jagħmel ‘talba lil Alla għal kuxjenza tajba.’​—1 Piet. 3:21.

12. Jekk nirrealizzaw li kkommettejna dnub, x’għandna nagħmlu dwar dan, u għala?

12 Saħansitra wara dak, m’għandniex xi ngħidu, xi karatteristiċi midinbin se jintwerew. Imbagħad? “Qiegħed niktbilkom dawn l-​affarijiet biex ma tagħmlux dnub,” qal l-​appostlu Ġwanni. Mela m’għandniex inqisu d-​dnub ġewwa fina bħal li kieku dan ma kien xejn, kemm jekk dan jintwera fl-​azzjoni, fid-​diskors, jew fl-​attitudni. “U madankollu, jekk xi ħadd jagħmel dnub, għandna ajjutant mal-​Missier, Ġesù Kristu, wieħed twajjeb. U hu sagrifiċċju taʼ tpattija għal dnubietna, u madankollu mhux għal tagħna biss imma wkoll għal tad-​dinja kollha kemm hi.” (1 Ġwn. 2:​1, 2) Ifisser dak li, nagħmlu x’nagħmlu, jekk nitolbu lil Alla, ‘Aħfrilna dnubietna,’ kollox se jkun sew? Le. Iċ-​ċavetta għall-​maħfra hija ndiema ġenwina. Jistaʼ wkoll ikun hemm bżonn t’għajnuna minn anzjani fil-​kongregazzjoni Kristjana. Irridu nirrikonoxxu l-​ħażen taʼ dak li sar u nħossu dispjaċir sinċier dwar dan ħalli nagħmlu sforz bis-​serjetà biex nevitaw li nirrepetuh. (Atti 3:19; Ġak. 5:​13-16) Jekk nagħmlu dan, nistgħu naċċertaw erwieħna mill-​għajnuna taʼ Ġesù. Fuq il-​bażi tal-​fidi tagħna fil-​valur tat-​tpattija tad-​dnub tas-​sagrifiċċju tiegħu, ir-​restawrar għall-​favur taʼ Jehovah huwa possibbli, u dan huwa vitali jekk il-​qima tagħna se tkun aċċettabbli għalih.

13. (a) Spjega mod ieħor li bih is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bbenefikana. (b) Is-​servizz tagħna lejn Alla għala ma jrebbaħniex dan il-​premju? (ċ) Imma jekk tassew għandna l-​fidi, x’se nkunu qegħdin nagħmlu?

13 Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù fetaħ ukoll għalina l-​opportunità għal ħajja eterna​—fis-​smewwiet għall-​“merħla ċkejkna,” u fuq art magħmula Ġenna għal biljuni oħrajn taʼ l-​umanità. (Luqa 12:32; Riv. 20:​11, 12; 21:​3, 4) Dan m’huwiex premju li nirbħuh. Nagħmlu kemm nagħmlu fis-​servizz taʼ Jehovah, qatt ma nistgħu nakkumulaw daqstant mertu li Alla se jkollu jagħtina l-​ħajja. Il-​ħajja eterna hija “l-​għotja li jagħti Alla . . . bi Kristu Ġesù l-​Mulej tagħna.” (Rum. 6:23; Ef. 2:​8-10) Minkejja dan, jekk għandna fidi f’dik l-​għotja u apprezzament għall-​manjiera kif din saret possibbli, dan se nagħmluh manifest. Billi nifhmu kif b’mod meraviljuż Jehovah uża lil Ġesù f’li jwettaq ir-​rieda Tiegħu u kemm huwa vitali li lkoll kemm aħna nsegwu l-​passi taʼ Ġesù mill-​qrib, se nagħmlu l-​ministeru Kristjan wieħed mill-​iktar affarijiet importanti f’ħajjietna. Il-​fidi tagħna se tkun evidenti mill-​konvinzjoni li biha ngħidu lil oħrajn dwar din l-​għotja manjifika t’Alla.​—Qabbel Atti 20:24.

14. Fidi bħal din f’Ġesù Kristu kif għandha effett li jgħaqqad?

14 X’effett mill-​aħjar u li jgħaqqad għandha fidi bħal din! Permezz tagħha ninġibdu eqreb lejn Jehovah, lejn Ibnu u lejn xulxin ġewwa l-​kongregazzjoni Kristjana. (1 Ġwn. 3:​23, 24) Din iġġegħilna nithennew li Jehovah b’qalb tajba ta lil Ibnu “l-​isem li huwa fuq kull isem ieħor [minbarra l-​isem t’Alla], sabiex f’isem Ġesù kull irkobba għandha tintlewa taʼ dawk fis-​sema u dawk fuq l-​art u dawk taħt l-​art, u kull ilsien għandu jirrikonoxxi fil-​beraħ li Ġesù Kristu hu Mulej għall-​glorja t’Alla l-​Missier.”​—Fil. 2:​9-11.

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

● Meta deher il-​Messija, l-​identità tiegħu għala kienet ċara għal dawk li verament emmnu l-​Kelma t’Alla?

● Il-​mudelli profetiċi li twettqu f’Ġesù, bħalma huma murijin f’paġna 34, kif għandhom jeffettwawna?

● Is-​sagrifiċċju taʼ Ġesù b’liema modi bbenefikana diġà? Kif nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna għal dan?

[Box/Pictures on page 34]

Mudelli Profetiċi Dwar Ġesù​—Kif Għandhom Jeffettwawk?

Abraham qiegħed joffri lil Iżakk

Mosè bħala l-​kelliemi għal Alla

Aronne bħala l-​qassis il-​kbir

Sagrifiċċji taʼ l-​annimali

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja