Għanja 59
Napprezzaw it-Tfakkiriet t’Alla
(Salm 119)
1. Henjin dawk li jagħtu kas kliem Alla,
Li jagħmlu sforz biex ifittxuh,
Li il-kmandi tiegħu jobdu dejjem
U jagħmlu kollox biex jobduh.
Kmandamenti t’Alla japprezzaw,
Dwar imħabbtu lkoll jirrakkontaw.
Lejn il-Liġi huma juru mħabba
Għax f’Kelmtu dejjem jittamaw.
2. Kbira taʼ Jehovah hi l-imħabba;
Hi ogħla iktar mis-smewwiet!
Il-ġudizzji tiegħu iħarsuna,
Jipproteġuna mill-inkwiet.
Dawk li jħobbu ’l Alla jiksbu s-sliem;
Barkiet jieħdu huma lkoll bla tmiem.
Bħalma tifraħ ruħ bi priża kbira,
Jiżdied il-ferħ f’ta’ Alla l-Kliem.
3. Jalla jismaʼ t-talb tagħna Jehovah
Biex Kelmtu aħna nifhmu sew.
Nitolbuh biex dejjem jieqaf magħna
Għax tagħna hu l-Ħallieq tassew.
Jalla qlubna jgħożżu l-verità
W lilu nobdu dejjem bl-umiltà.
Twajjeb u leali hu Jehovah,
Dejjem jaġixxi b’fedeltà.